Illum previous editions

illum 12 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/540319

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 12 ta' Lulju 2015 "Ma nafx kif Tonio ssaportieni għal 35 sena" Din il-ġimgħa ddeċidejt li nsegwi x-xogħol li tagħmel il-membru Parlamentari Ewropea f 'isem il- partit Soċjalista, Marlene Mizzi. Din id-darba segwejtha fil-Parlament Ewropew ta' Strasburgu fl-Alsace fi Franza. Il-post fejn kull membru Parlamentari jaqla' fwiedu sa ma jasal hemmhekk, iżda bilfors iridu jiltaqgħu 12-il darba fis-sena skont it-trattat li kien sar meta ssawret l-Unjoni Ewropea. Il-fatt hu li l-ajruport hu żgħir u kull membru Parlamentari li jkun ġej minn pajjiżu jrid jasal sa Strasburgu jew bit-tren inkella b'kowċ li jintbagħat mill-belt ta' Strasburgu li jwassalhom minn Frankfurt sa' Strasburgu. Iltqajt ma' Marlene Mizzi fuq l-ajruplan Lufthansa sa Frankfurt fejn fuq l-istess ajruplan iltqajt wkoll ma' Roberta Metsola u Dr Peter Agius, il-Kap tal-uffiċċju Ewropew f 'Malta li għeni biex nagħmel din iż-żjara għal Parlament Ewropew fi Strasburgu. Kif wasalna Marlene Mizzi stednitni biex nitla' magħhom fuq il-kowċ li jwassal lill-parlamentari għal Strasburgu, vjaġġ li suppost jieħu sagħtejn u nofs iżda minħabba t-traffiku li sibna domna sejrin madwar 4 sigħat. Kienu t-8 ta' filgħaxija xħin wasalna u Marlene u l-membri l-oħra baqgħu deħlin il- parlament fejn kienet diġà għaddejja l-plenarja. F'dan il-vjaġġ twil spiċċajna nitkellmu xi ftit dwar kollox u fuq kollox. Sirt naf aktar mill-viċin lil Marlene li nista' ngħid li hi mara ta' sustanza, mara li kapaċi tiddiskuti u titkellem fuq kollox. Bla dubju li ma setax jonqos li ma titkellimx dwar bintha Alexandra u n-neputi ta' 8 xhur, Max li hu l-mimmi t'għajnejha u ma tiqafx titkellem dwaru, "Max hu l-isbaħ ħaġa li ġrali f 'ħajti". Fil-fatt Marlene hi l-unika nanna mill- parlamentari Maltin u din tagħmilha kburija, speċjalment li hi nanna mill- aktar eleganti. Qaltli li bintha segwiet it-triq ta' missierha fil-liġi fejn illum hi avukat u t-triq fin-negozju bħal ta' ommha. Iżda dwar jekk hux se ssegwi l-ħajja politika qaltli, "jien bdejtha tard it-triq tal-politika. Żgur li dak kollu li binti tiddeċiedi li tagħmel se ssibni warajha." Semmietli wkoll lil missierha (li miet ftit tas-snin ilu) li kien uffiċjal fil- GWU u lil ommha li hi l-persuna li dejjem segwietha u għadha ssegwiha u tistenna dejjem it-telefonata ta' bintha kull darba li tkun 'il bogħod minn Malta (li hu ħafna drabi). Sirt naf ukoll li l-ġurnata li konna qed nivjaġġaw kienet il-ġurnata tal-anniversarju tagħha taż-żwieġ mal-Imħallef Tonio Mizzi. Kumment vera ħelu kien meta qaltli bi tbissima, "Ma nafx kif issaportieni 35 sena. Tonio is a very good man, a very good man." Komplejna nitkellmu dwar il-ħajja fir-Rabat, il-ħajja Maltija, il-kotba li tħobb taqra (speċjalment il-kotba ta' Jean Sasson li tikteb ħafna dwar il-ħajja tan-nisa fil-palazzi tal-prinċpijiet tal-Medju Orjent) u l-politika. Meta staqsejtha jekk tinteressahiex li tikkontesta elezzjoni għal Parlament Malti weġbitni, "Ifhimni jien inħobb wisq il-politika Ewropea u qatt m'għaddietli minn moħħi li nikkontesta elezzjoni għal parlament Malti, iżda l-ħajja għallmitni li qatt ma ngħid qatt għax x'jista' jinqala' fil-politika ħadd ma jaf. Hawn sibtni komda u naħseb li lokali ma nkampax." Lil Marlene ili nafha minn meta konna żgħar għax inzertat mir- Rabat bħali u naf li Marlene żgur li ma kellhiex bżonn il-politika biex tilħaq l-ogħla pożizzjoni fil- karriera tagħha, "Il-politika għalija mhux karriera. Il-karriera tiegħi hi n-negozju li għandi. Il-politika nħossha bħala vokazzjoni. Irrid nagħmel b'xi mod effett f 'pajjiżi. Il-Parlament Ewropew hu l-post fejn tinħema l-ħajja tan-nies. Qatt ma kelli bżonn il-politika iżda togħġobni ħafna." Ġurnata ta' 15-il siegħa ta' ħidma bla nifs Iltqajt mal-assistenta ta' Marlene, il-Bulgara Desislava Dimitrova li sirt naf li hi miżżewġa Malti minn B'Kara fejn il-globu li hemm barra l-parlament Ewropew. Għaddejna mis-soltu ċekk tas-sigurtà (iebes aktar minn tal-ajruport) u tlajt fejn Marlene fejn sibtha tistudja l-aġenda tal-ġurnata li bdiet fit-8.30 ta' filgħodu u kellha tispiċċa fil-11 ta' billejl. Fl-uffiċċju tagħha hemm televiżjoni li jitrasmetti dak li jkun qed isir fil-plenarja fejn kienet għaddejja d-diskussjoni tat-TTIP li l-vot għaliha kellu jittieħed l-għada l-Erbgħa u Marlene qaltli li hi kienet taqbel ma' dan il-ftehim bejn l-Amerka u l-Ewropa. Kellha titlaq tattendi kumitat u lili ħallietni fl-uffiċċju tagħha fejn spiċċajt nieħu xi stessu fl-uffiċċju tagħha. Wara xi siegħa rritornat kuntenta li l-grupp soċjalista ħatarha bħala l-kelliem tagħhom għar-rapport li jikkumbatti l-abbuż sesswali u l-esplojtazzjoni tat-tfal u l-pornografija tat-tfal. Ħabbat il-bieb u daħal l-ambaxxatur Iżraelit li kellu laqgħa magħha dwar talba tal-Iżraeljani biex jieħdu xi fondi Ewropej u dan kien qed jagħmel il-lobby tiegħu biex Marlene tivvota favur dawn il-fondi. Laqgħa li ħadet madwar siegħa u li jien anke jekk Marlene talbitni nkun preżenti ħassejt li l-ambaxxatur ma kienx komdu u ħriġt 'il barra. Wara l-laqgħa tlaqna għal ħin tal-vot fejn kien hemm diversi voti x'jittieħdu dwar diversi rapporti. Marlene qabel tlaqna fehmitni kif isiru l-voti fejn il-grupp soċjalista jagħti l-indikazzjoni tiegħu kif għandhom jivvutaw fuq kull amenda u anke fuq kull rapport, "iżda aħna xorta nivvutaw kif jaqbel lil pajjiżna u mhux kif jgħidilna l-grupp dejjem. Ġieli ma qbilniex fejn ikun involut pajjiżna għax aħna nieħdu d-direzzjoni mill-uffiċċju tar- rappreżentant permanenti mill-Malta House, għalkemm xorta nivvutaw kif inħossu aħna individwalment." Attendejt għal voti u kienet esperjenza sabiħa tara kif jittieħdu l-voti, biċċiet minnhom billi jgħollu jdejhom u oħrajn b'mod elettroniku. Wara l-votazzjoni fejn Marlene għamlet dmirha bil-votazzjoni li minn fuq żgur ma nafx kif ivvutat, iltqajna u stednitni biex immur nippranza magħha fir-ristorant riservat għal membri tal-Parlament u l-mistiedna tagħhom. Ikla Franċiża tajba spiċċata b'kejk tal-blueberries u kafè, "din mhux soltu li niġi hawn," qaltli Marlene, "iżda minħabba fik." Irringrazzjajtha u erġajna lura għall- ħidma fejn kellha żewġ kumitati oħra tas-Soċjalisti, li skont Marlene kienu interessantissimi iżda bħas- soltu l-kumitati tal-gruppi huma magħluqa għall-ġurnalisti. Minn hemm tibqa' sejra għas-sessjonijiet oħra tal-plenarja li jwassluha sal-11 Mara ta' sustanza Strasburgu ma' Marlene Mizzi John Busuttil illum@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 July 2015