Illum previous editions

illum 12 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/540319

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

TLIET avukati li kienu jaħdmu fid-ditta legali Ganado and Sammut Advocates, li għal tlettax- il sena sħaħ il-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil kien direttur tagħha, ingħataw diversi ħatriet f 'bordijiet pubbliċi u kif ukoll kuntratti ta' konsulenzi minn gvernijiet differenti Nazzjonalisti. It-tliet avukati huma Rita Mifsud, Jeanine Giglio u Simon Galea Testaferrata. Matul dawn l-aħħar xhur Busuttil tkaża għax nies li kellhom xi konnessjoni Laburista ngħataw karigi jew postijiet fuq xi bord tal-Gvern u akkuża lill-Gvern preżenti li mhux qed ikun meritokratiku. L-Avukat Rita Mifsud, li hija wkoll kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista fin-Nadur u li kienet ukoll membru tal- Eżekuttiv tal-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista, għamlet seba' snin taħdem fid-ditta legali ta' Simon Busuttil bejn l-2003 u l-2010. Taħt gvernijiet Nazzjonalisti hija ngħatat karigi f 'bordijiet tal-gvern kif ukoll konsulenzi. Fl-2008 inħatret b'mod dirett fuq il-bord ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fejn damet ftit xhur u tħallset mal-€1,500. F'Lulju tal-istess sena nħatret għal darb'oħra b'mod dirett fuq il-bord tad-Diretturi tal-Gozo Channel, fejn damet sa April 2013 u tħallset iktar minn €28,000. Mifsud kienet intgħażlet ukoll bħala konsulent legali għal Dar il-Mediterran għall-Konferenzi u għall-Aġenzija Appoġġ. Mifsud illum hija impjegata mad-ditta tal-avukati IURIS, li taħt gvern Nazzjonalista ngħatat mal-€110,000 f 'servizz legali lill-Fondazzjoni għall- Ħarsien Soċjali, li taħtha taqa' l-Appoġġ. L-Avukat Jeanine Giglio ħadmet ma' Simon Busuttil f 'Ganado and Sammut Advocates bejn l-2004 u l-2005. Fl-2006 Giglio nħatret b'mod dirett u fuq bażi ta' fiduċja bħala konsulenta fulltime mal-Ministru dak iż-żmien responsabbli mill-familja u l-qasam soċjali. Hija tħallset mat-€38,000. Bejn l-2008 u l-2013 l-istess Jeanine Giglio tpoġġiet membru tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti fejn tħallset €14,000. Fl-2012 hija tpoġġiet ukoll membru fil-bord tal-appell tal- Awtorità tad-Djar fejn tħallset €200. L-Avukat Simon Galea Testaferrata kien involut f 'Ganado and Sammut Advocates flimkien ma' Simon Busuttil, bejn l-1996 u l-2010. Fl-2003 Galea Testaferrata nħatar chairman tal-bord tal- Kummissarji Speċjali kariga li baqa' jżomm sal-2006. Bejn l-2007 u l-2011 tpoġġa fil-bord tal-Koperattivi bħala segretarju fejn tħallas iktar minn €8,000. Fl-istess ħin Galea Testaferrata kien ukoll konsulent fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija u l-Ministeru għall-Kompetittività u l-Komunikazzjoni. Minn kalkolu li għamlet il-gazzetta Illum jirriżulta li dawn it-tliet avukati eks sħab professjonali u ħbieb ta' Simon Busuttil bejniethom tħallsu qrib il-€100,000 permezz ta' ħatriet u konsulenzi li ngħataw taħt gvernijiet Nazzjonalisti. Fl-aħħar ġimgħat il-Kap tal- Oppożizzjoni tkellem għal ħafna drabi dwar il-ħtieġa tal-meritokrazija fit-tmexxija tal-pajjiż. 6 illum | Il-Ħadd 12 ta' Lulju 2015 Kollegi ta' Busuttil b'ħatriet f 'bordijiet pubbliċi Il-każ saħansitra spiċċa quddiem il-President tar-Repubblika Ikompli minn paġna 1 "Kif tridna noħorġu?" staqsa George, "u jekk Alla ħares qatt jiġri xi ħaġa jkollna niddependu fuq in-nies biex iniżżluha t-taraġ jew mill- gallarija. Allura hekk sew?" Huwa jagħmilha ċara li l-Ministru Michael Farrugia dejjem żammu infurmat u tkellem magħhom imma wera wkoll ċertu inkwiet meta l-istess Ministru kien qallu li x-xogħol jista' jġebbed sal-aħħar tas-sena. "Mela aħna nistgħu nibqgħu ħabsin ġo darna għal sitt xhur oħra?" staqsa George b'ħarsa ta' wieħed li donnu tilef kull tama. Il-każ spiċċa quddiem il- President Coleiro Preca Intant George uriena ittra li bagħtet bintu għan-nom tiegħu u ta' Stella lill-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca illi fiha titlobha tieħu azzjoni. Fl-ittra hija tgħid illi l-proċess tat-tendering kien lest u li kulma kien għad fadal huwa li jibda x-xogħol, xi ħaġa li kkonfermaha l-Ministru Farrugia ma' dan il-ġurnal. Imma hija tgħid illi issa "il- problema qed tkompli tiggrava peress li dħalna fis-seba' xahar bla lift u ommi hija persuna b'diżabilità, xi ħaġa li ġarrbet wara li kellha stroke 6 snin ilu." Bint George u Stella titlob lil Coleiro Preca biex tintervjeni sabiex "il-ġenituri tiegħi jkunu jistgħu joħorġu minn darhom u jgħixu ħajja normali kemm jistgħu." Din l-ittra ntbagħtet din il- ġimgħa stess, b'oħra tintbagħat mill-Uffiċċju tal-President li tgħid illi l-każ kien se jgħaddi għand il-President tar- Repubblika. Sakemm morna għall-istampa kien jidher li l-familja Scerri Taylor ma kienet għadha rċeviet ebda korrispondenza oħra. Kieku nista' ngħidlu jagħmel ix-xogħol illum stess Intant il-Ministru għall- Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia tkellem mal-ILLUM u assigura lill- ġurnal li huwa qed iżomm lill-familja aġġornata dwar is-sitwazzjoni. Huwa spjega kif sfortunatament, bħala Ministru, huwa marbut ma' ċerti proċessi li ma jistax jinjorahom. "Jien ma nistax naqbad u ngħid lil xi ħadd biex iwaħħal il-lift f 'Binja Ħamrija. Hemm proċess ta' tendering li jien irrid nsegwi" sostna Farrugia illi żvela kif it-tender ġie aġudikat u issa għandu jibda x-xogħol neċessarju. Huwa spjega wkoll kif dan il- lift partikolari qed isir flimkien ma' 24 oħrajn f 'binjiet tal- Gvern fejn sfortunatament qatt ma kien sar xejn biex dan ix-xogħol jitwettaq. "Sfortunatament bħalissa għandi ħafna nies maqbudin fi djarhom u Stella, li jien nafha, hija waħda minnhom" qal Farrugia li reġa' tenna li l-Gvern huwa kommess li dan ix-xogħol isir u miegħu jsir xogħol ieħor f 'binjiet oħrajn. Binja Ħamrija fin-Naxxar It-80 tarġa li jwasslu għall- appartament ta' Scerri Taylor Rita Mifsud Jeanine Giglio u Simon Galea Testaferrata

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 July 2015