Illum previous editions

illum 12 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/540319

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Lulju 2015 | illum 27 SPORTSillum SPORTSillum Jittellgħu l-poloz tal-Kampjonat BOV tal- Ewwel, tat-Tieni u tat-Tielet Diviżjoni ILBIERAĦ f 'lukanda ewlenija fil-Furjana ttellgħu l-poloz tal-Kampjonati BOV tal-Ewwel, tat-Tieni u tat-Tielet Diviżjoni. Fl- Ewwel Diviżjoni, fl-ewwel ġurnata Pietà Hotspurs se jiltaqgħu kontra Vittoriosa Stars, waqt li Żebbuġ Rangers jiltaqgħu kontra ċ-champions tat-Tieni Diviżjoni, San Ġwann. Gżira United jiltaqgħu kontra Lija Athletic, Fgura United jaffrontaw lil Ħamrun Spartans, Rabat Ajax jilagħbu kontra St George's, Senglea Athletic jiffaċjaw lill-Imqabba waqt li Gudja United jilagħbu kontra Melita. Il-Kampjonat BOV tal- Ewwel Diviżjoni jibda nhar il-11 ta' Settembru u jintemm nhar l-24 ta' April. Logħbiet validi minn dan il-kampjonat se jintlagħbu fis-Centenary Stadium, Luxol Stadium u Victor Tedesco Stadium. Logħba waħda tintlagħab nhar ta' Ġimgħa, tnejn nhar ta' Sibt u erba' nhar ta' Ħadd, jew inkella erba' logħbiet nhar ta' Sibt u tnejn nhar ta' Ħadd. Żewġ timijiet minn dan il-Kampjonat fi tmiem l-istaġun ikunu promossi għall-Kampjonat BOV Premier, waqt li t-tim li jtemm fit-tielet post ikun qed jilgħab decider tal- promozzjoni kontra t-tim li jtemm fl-għaxar post fil-Kampjonat BOV Premier, waqt li tliet timijiet ikunu relegati għall-Kampjonat BOV tat-Tieni Diviżjoni. Niġu issa għall-Kampjonat BOV tat-Tieni Diviżjoni li jibda nhar it-18 ta' Settembru u jintemm fil-25 ta' April. Logħbiet validi minn dan il-Kampjonat li tant ġibed interess matul l-istaġun li għadda jintlagħbu fis- Centenary Stadium, fiċ- Charles Abela Stadium, fil-Luxol Stadium u fis-Sirens Stadium. Logħba tintlagħab nhar ta' Ġimgħa waqt li sitt logħbiet oħra jintlagħbu nhar ta' Sibt u Ħadd. Tliet timijiet jiġu promossi għall-Ewwel Diviżjoni waqt li tlieta jiġu relegati għall-Kampjonat BOV tat-Tielet Diviżjoni. Fl-ewwel ġurnata minn dan il-kampjonat, Sirens jiltaqgħu kontra Siġġiewi, Mġarr United jilagħbu kontra Birżebbuga St Peters, Kirkop United jiltaqgħu kontra Qrendi, Żurrieq jiffaċċjaw lil Żebbuġ Rangers, Msida St Joseph jilagħbu kontra Mellieħa, Żejtun Corinthians jiltaqgħu kontra Marsa u Għargħur jilagħbu kontra Swieqi United. Il-Kampjonat BOV tat- Tielet Diviżjoni jibda nhar id-19 ta' Settembru u jintemm fl-24 ta' April. Logħbiet validi minn dan il-Kampjonat se jintlagħbu fis-Centenary Stadium, Charles Abela Stadium, Luxol Stadium u Sirens Stadium. Is-sitt logħbiet ta' kull tmiem il-ġimgħa se jintlagħbu nhar ta' Sibt u Ħadd. Tliet timijiet minn dan il-Kampjonat se jkunu promossi għall-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni u l-aħħar żewġ timijiet ikklasifikati jkunu jridu jerġgħu japplikaw biex jieħdu sehem għall- Kampjonat sussegwenti. Fl-ewwel ġurnata valida minn dan il-Kampjonat, Kalkara jilagħbu kontra Xgħajra Tornadoes, Attard jiltaqgħu kontra Dingli Swallows, Santa Lucia jilagħbu kontra Sta Venera Lightnings, Marsaskala jiltaqgħu kontra Mtarfa, Ta' Xbiex jilagħbu kontra Luqa St Andrew's, Mdina Knights jilagħbu kontra Marsaxlokk, waqt li Għaxaq United jilagħbu l-ewwel logħba tagħhom fil-Kampjonat kontra Kalkara. Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA, Bjorn Vassallo, flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-BOV, Charles Borg, waqt it-tlugħ tal-poloz ilbieraħ f 'lukanda ewlenija fil-Furjana Serena Williams tirbaħ is-6 titlu ta' Wimbledon u l-21 titlu Grand Slam fil-karriera tagħha SERENA Williams - bla dubju waħda mill- aqwa tennisti nisa li qatt ipproduċa t-tennis mondjali, ilbieraħ irnexxielha tirbaħ is- sitt titlu prestiġjuż ta' Wimbledon fil-karriera tagħha, li kien ukoll il- 21 titlu Grand Slakm li qatt rebħet – titlu Grand Slam inqas mit-tennista leġġendarja, Steffi Graf. It-tennista Amerikana preżentament klassifikata fin-numru 1 tal- klassifikazzjoni mondjali tat-tennisti nisa saret l-akbar mara li qatt rebħet Grand Slam Tournament fl- 'Open era'. Dan kien ir-raba' titlu Grand Slam li Serena Williams li llum tgħodd it-33 sena, rebħet matul dan l-istaġun. L-aħħar darba li Serena Williams irnexxielha tirbaħ erba' titli Grand Slam fi staġun wieħed imur lura għall-istaġun 2002/03. Fil-finali ta' Wimbledon tal-bieraħ, hija għelbet lit- tennista żagħżugħa ta' 21 sena mwielda fil-Venezwela, iżda naturalizzata Spanjola, Garbine Muguruza, li lbieraħ kellha wirja mill- aqwa u tat sfida denja liċ-champion, Serena Williams. M'hemmx dubju li din it-tennista Spanjola, klassifikata fin-numru 20 fil-klassifikazzjoni mondjali tat-tennisti nisa għandha futur mill-isbaħ quddiemha fit-tennis. Fil-fatt, ilbieraħ hija kienet qed tegħleb lil Serena Williams bl-iskor ta' 4-2 fl-ewwel sett, iżda mbagħad spiċċat fuq in- naħa telliefa bl-iskor ta' 6-4. Fit-tieni sett, hija kienet 5-1 minn taħt, qabel naqset il-marġni tal-iskor għal 5-4, biex temmet dan is-sett fuq in-naħa telliefa bl-iskor ta' 6-4. Serena Williams saret l-ewwel plejer li rebħet l-ewwel titlu Grand Slam tas-sena sa mill-1988. Steffi Graf, kient l-aħħar tennista li rnexxielha tilħaq dan it- tragward. Inċidentalment, Steffi Graf, f 'dik is-sena kienet rebħet ukoll dak li huwa msejjaħ bħala calendar slam. Jekk Serena Williams, tirbaħ il-U.S. Open f 'Settembru li ġej, hija tirbaħ ukoll il-calendar slam - tragward li huwa ferm diffiċli li jintlaħaq minn kull tennista. Permezz ta' din ir-rebħa, Serena Williams, se tkun qed tirċievi s-somma inkredibbli ta' $2.94 miljun, waqt li t-tennista Spanjola li spiċċat fit-tieni post ta' dan it-tournament ferm prestiġjuż ta' Wimbledon, Garbine Muguruza, se tkun qed tirċievi s-somma sostanzjali ta' $1.47 miljun bħala r-runner-up. Serena Williams tifraħ bil-kbir wara li rebħet is-6 titlu ta' Wimbledon u l-21 titlu Grand Slam fil-karriera tagħha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 July 2015