Illum previous editions

illum 12 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/540319

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 12 ta' Lulju 2015 SPORTSillum MIS-SUQ TAT-TRASFERIMENTI... MARTIAL – Skont is-sit elettroniku Infosport +, Everton jinsabu interessati -attakkant ta' Monaco, Anthony Martial. Dan l-istess player qed jattira l-interess ta' diversi clubs Ewropej fejn minbarra t-To es kif inhuma iktar magħru n Everton, l-attakkant Franċiż li għandu oriġini mill- Guadalupe qed jiġi segwit ukoll Spanja speċjalment mill-club ta' Valencia. IMMOBILE – Fiorentina jinsabu ferm interessati li jakkwistaw is-servizzi tal- attakkant internazzjonali Taljan Ciro Immobile mingħand Borussia Dortmund. Dan il-player xejn ma kellu bidu tajjeb mal-Ġermaniżi li kellhom staġun diżastruż l-Bundesliga u huwa mifhum li jista' jħalli lill- club minn Dortmund biex jingħaqad mal-Viola. STERLING – Rahemm Sterling li jinsab viċin li jġedded il- kuntratt tiegħu ma' Liverpool, qed jattira l-interess ta' Bayern Munich. Huwa mifhum li dan l-attakkant tar-Reds jinteressa ferm lill-coach ta' Bayern Munich, Pep Guardiola, fejn jidher li matul is-sajf li ġej, il-club Ġermaniż jista' jagħmel o erta inkredibbli biex jakkwista lil dan il-player żagħżugħ Ingliż tat-team immexxi minn Brendan Rodgers. BRUNO PERES – Roma jinsabu interessati li jakkwistaw lil Bruno Peres mingħand Torino biex jieħu post il-Brażijlan Maicon li matul dan l-istaġun a ronta diversi problemi żiċi. PANDEV – Genoa laħqu ftehim ma' Goran Pandev. L-eks attakkant ta' Lazio, Napoli u Inter u li matul dan ix-xahar, se jkun qed jiġi rilaxxat minn Galatassary, l- ġimgħat li għaddew kien f 'Milan biex ji rma kuntratt ta' sentejn bl-għażla li ji rma għat-tielet sena ma' Genoa. Pandev li matul dan l-istaġun lagħab biss żewġ logħbiet ma' Galatassary se jkun qed jirċievi s-somma ta' miljun Ewro kull staġun mat-tim immexxi mill-kowċ Taljan, Gianpiero Gasperini. DE BRUYNE - Wara l-istaġun mill- aqwa li kellu il-mid elder Belġjan ta' Wolfsburg, Kevin De Bruyne, dan qed jattira l-interess ta' diversi klabbs kbar Ewropej fosthom Paris Saint Germain. Il-prokuratur tal-istess plejer ikkonferma dan l-interess u tenna li meta wieħed iqis li PSG huwa klabb ferm ambizzjuż u għatxan għall-unuri, bi plejers ta' klassi u fama mondjali ħdanu, jista' jkun li -istaġun li ġej, Kevin De Bruyne ikun qed jibda avventura ġdida l-Kampjonat Franċiż, Ligue 1, bil- okk ta' PSG. POGBA – F'dawn l-aħħar jiem, qed tkompli l-battalja biex jiġi akkwistat il-fenomenu Franċiż ta' Juventus, Paul Pogba, bil-clubs maġġuri Ewropej jinsabu f 'taqtiegha kbira biex jakkwistaw lil dan il-player żagħżugħ. Jidher li fost l-iktar favoriti li jakkwistaw lil dan il-player, dejjem jekk Pogba jitħalla jitlaq minn ma' Juventus hemm PSG. Madankollu, il-ġganti Spanjoli, Real Madrid u Barcelona, huma t-tnejn interessati li jakkwistaw lill-istess plejer li -aħħar staġun, kellu staġun formidabbli ma' Juventus. SIMEONE JR – Lazio jinsabu interessati li jakkwistaw is-servizzi ta' Giovanni Simeone, li jiġi iben il-coach ta' Atletico Madrid, Diego Pablo Simeone, li niftakruh jilgħab ukoll ma' Lazio. Skont is-sit elettroniku chajes.net, Lazio qed jaħsbu li jo ru trattattiva lil dan it-talent żagħżugħ matul is-sajf li ġej. FELIPE ANDERSON – Jekk hemm plejer li ħalla marka ma' Lazio matul l-istaġun li ntemm ftit tal- jiem ilu, m'hemmx dubju li dan ma kien ħadd ħlief il-Brażiljan Felipe Anderson. Il-kuntratt preċedenti tiegħu ma' Lazio kien jiskadi -2019 iżda issa l-kuntratt tiegħu ġie mġedded b'sentejn oħra fejn għalhekk se jkun qed jiskadi -2020. Dan xhieda tal-istaġun mill-aqwa li qed ikollu l-istess attakkant proli ku Brażiljan mat-team mill-kapitali Taljana. MITROVIC – Fiorentina jinsabu interessati - attakkant ta' Borussia Dortmund, Ciro Immobile, iżda jidher li huma tefgħu ħarsithom ukoll fuq l-attakkant Belġjan ta' 20 sena ta' Anderlecht, Aleksandar Mitrovic. Madankollu, dan qed jiġi deskritt bħala trasferiment mhux daqshekk sempliċi li jseħħ, hekk kif se jkun qed jinkludi somma ta' bejn 10 u 12 –il miljun Ewro.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 July 2015