Illum previous editions

illum 12 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/540319

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Lulju 2015 | illum 9 għadni l-istess Michelle" vjolenza li minnha jsofru numru kbir ta' nies, speċjalment nisa bejn l-erba' ħitan tad-dar. Muscat ma tantx toqgħod tomgħodha u tagħmilha ċara illi f 'dan is-suġġett pajjiżna għadu xi ftit jew wisq lura. Hija tgħid li flimkien mal-Fondazzjoni Marigold illi hija tmexxi qed isir sforz biex it-tfal jibdew mill-iskola jifhmu aħjar u japprezzaw aħjar il-valur tagħhom. "Jekk jitgħallmu japrezzaw il-valur tagħhom mill-bankijiet tal-iskola ċ-ċans li dawn jaċċettaw li jkunu f 'relazzjoni abbużiva fejn xi ħadd jimponi tkun inqas." Fil-fatt Muscat tispjega kif mill-esperjenzi tagħha f 'diskussjoni ma' diversi kapijiet ta' skejjel jiriżulta li waħda mill-problemi li tqum u terġa' tqum hija li bosta studenti ma japprezzawx biżżejjed il-valur tagħhom u għalhekk ibatu minn stima baxxa ħafna tagħhom infushom "li jagħmilhom suxxettibbli u vulnerabbli." Mistoqsija minn dan il- ġurnal jekk kienx hemm sitwazzjonijiet ta' nisa li tkellmu magħha dwar dan is-suġġett hija twieġeb fl- affermattiv u tgħid li l-aktar li weġġgħetha kien meta tkellimt ma' nisa li spiċċaw f 'xelter għal nisa vittmi ta' vjolenza domestika, bħal Dar Merħba Bik, u li kellhom ċerta età. "Meta jkollok 20 jew 30 sena, għalkemm it-tbatija xorta tkun kbira, jkollok ħafna minn ħajtek quddiemek, iżda jien nistaqsi mara ta' 60 sena li tispiċċa f 'xelter wara li tkun imsawta, din x'qed nagħmlu biex jerġa' jkollha skop u biex terġa' tibda mill- ġdid? Mhux faċli, mhi faċli xejn speċjalment wara snin ta' tbatija u omertà" qalet Muscat. Għalhekk jeħtieġ li l-pajjiż jagħmel sforz kollettiv biex jiffaċċja din il-problema b'għarfien u edukazzjoni. Emmen fik innifsek... għix ħajtek Michelle Muscat tappella lil dawk li bħalissa għaddejjin minn problemi ta' vjolenza domestika, anke jekk huma rġiel, biex irabbu kemm jistgħu kuraġġ, jfittxu l-għajnuna, illum qabel għada u ma jibqgħu joqogħdu qatt għall-impożizzjoni. "Emmen fik innifsek u għix ħajtek. Tinsiex li kull bniedem għandu dritt li ħajtu jfassalha kif jixtieq. Toqgħodx għall- impożizzjoni u fl-aħħar mill- aħħar agħmel kuraġġ għax għada se jisbaħ jum aħjar għalik" inkoraġġiet lill-vittmi ta' vjolenza Michelle Muscat. Hija fakkret fl-isfida li kellha ftit żmien ilu fejn riedet taqsam il-fliegu bejn Malta u Għawdex bl-għawm. Mart il-Prim Ministru qalet li għalkemm l-isfida kienet diffiċli u kienet tirrikjedi ħafna taħriġ b'dixxiplina stretta hija xorta ma beżgħetx u għamet bejn il-gżejjer. Michelle spjegat lill-ILLUM illi hija tittama li dak li għamlet iservi biex jinkoraġixxi lil dawk in-nies li forsi bħalissa għaddejjin minn żmien diffiċli, biex ma jaqtgħux qalbhom u jrabbu l-kuraġġ. Għallmuni nifhem u nagħder Id-diskursata ma' Michelle Muscat tispiċċa fuq nota emottiva ħafna; il-ġenituri tagħha. L-ILLUM staqsa lil Muscat xi jfissru għaliha dawn it-tnejn minn nies li kienu magħha tul il-vjaġġ kollu ta' ħajjitha s'issa. Viżibbilment emozzjonata Michelle tispjega kif dawn huma żewġ persuni "li tawni tfulija, li tawni valuri tajbin. Ommi u missieri għallmuni nifhem, nagħder, nirsisti u naħdem." Hija tispjega kif bħalissa huwa mument ta' sfida għaliha u għal ġenituri tagħha iżda malajr tfakkar "li s-sema barra huwa bla sħab u xorta rrid nibqa' pożittiva." Nitlaq mill-villa xi ftit iktar ċert illi minkejja l-formalitajiet u l-fatt li hija mart il-Prim Ministru, Michelle Muscat għadha dik il-Michelle li jien u familti nafu lura fiż-żmien fix- Xemxija. Mara umli, dejjem bit-tbissima, u iktar minn kollox, leali lejn il-ġenituri tagħha u lejn il-familja sabiħa tagħha. Ċerti illi Joseph, Etoile u Soleil għandhom spalla soda fuqhiex jistrieħu. Ritratti: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 July 2015