Illum previous editions

illum 12 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/540319

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Lulju 2015 | illum 13 ta' billejl. Fejn fihom ġew diskussi, il-preparazzjoni tax-xogħol tal- kummissjoni għall-2016, l-aġenda Ewropea dwar is-sigurtà, l-inizjattivi għal xogħol fuq l-ambjent u l-evażjoni tat-taxxa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw fost l-oħrajn. Staqsejtha jekk ikollhiex ċans tkellem lil familjari tagħha f 'ġurnata bħal din. Dritt weġbitni, "kif nasal id-dar inkellem lir-raġel u lit-tifla fuq Skype u issa nsib ħin biex inċempel lil ommi wkoll." Hawnhekk sellimtilha u ħallejtha hemmhekk tkompli l-ħidma tagħha fejn kien baqagħlha jumejn oħra fuq l-istess ritmu. Insomma ċelebrazzjoni sabiħa tal-għeluq il-35 sena anniversarju miż-żwieġ tagħha ma' Tonio fejn l-uniku ċans li jiċċelebrawh kien fuq Skype ftit qabel tagħlaq il-ġurnata, f 'nofsillejl. "Nispera li l-Griegi jafu xi tfisser il-LE tagħhom" Tkellimna wkoll dwar il-vot tal- Greċja favur il-LE. "Tsipras ħadem għal dan il-vot" qaltli Marlene, "nispera biss li ċ-ċittadini Griegi fehmu sew x'kien ifisser li tivvota LE. Il-LE ma jfissirx li ma jridux aktar l-Ewropa. Iżda l-problemi tagħhom huma kbar għax dak li ssellfu jridu jħallsuh lura b'xi mod jew ieħor. Għalhekk ma nafx għaliex iċċelebraw. Nispera li l-Griegi ma joħorġux miż- żona Ewro għax ikun hemm biża' ta' ripple effect li taffetwa lil kulħadd fl-Unjoni Ewropea. Żgur li din mhux sitwazzjoni feliċi." Marlene kompliet titkellem dwar id-dejn li l-Griegi għandhom ma' Malta, "Li d-dejn ma jitħallasx mhix aċċettabbli għal Malta. Għax huma l-Griegi li ġabu fuqhom din is-sitwazzjoni b'mismanagement tal- pajjiż, taxxi u korruzzjoni. Aħna bħal kumplament tal-Ewropa se naħdmu biex il-Greċja ma toħroġx miż- żona Ewro iżda jsir li hemm bżonn għax aħna rridu nissalvagwardjaw l-interess tagħna." "Bil-ftehim tat-TTIP il-poplu Ewropew se jakkwista €500 per capita" Marlene Mizzi l-Erbgħa vvutat favur ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar in-negozjati għall- Kummerċ Transatlantiku u Sħubija għall-Investiment (TTIP) bejn l-UE u l-Istati Uniti. "Mhux faċli u ma jistax jogħġob lil kulħadd iżda hemm aktar vantaġġi għall-Ewropa u għal Malta għax dan il-ftehim, il-poplu Ewropew se jakkwista minnu €500 per capita u dan hu dħul enormi għal kull pajjiż. Irridu biss noqogħdu attenti biex nissalvagwardjaw lin-negozji Amerikani u fl-istess ħin inżommu l-istandards Ewropej fejn huma ogħla minn dawk Amerikani." Marlene Mizzi kompliet billi qalet li l-vot ma kienx vot ta' "Iva jew Le" fuq TTIP, li se jidħol fis-seħħ ħafna aktar tard, iżda minflok ġie deskritt biss il-kundizzjonijiet ewlenin tal-Parlament Ewropew għal ftehim aħħari. Is-soċjetà ċivili, diversi NGOs u numru sinifikanti ta' ċittadini Ewropej esprimew it- tħassib tagħhom li dan il-ftehim jista' jhedded ir-regolamenti fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Fl-opinjoni tiegħi ħafna mill-preokkupazzjonijiet huma ġustifikati u leġittimi." Mizzi ressqet bosta emendi għall- pożizzjoni tal-Parlament sabiex jiġi żgurat li l-interessi Maltin u Ewropej jiġu salvagwardjati u jiġu meqjusa matul in-negozjati. Partikolarment wieħed mill-emendi mressqa jiggarantixxi l-protezzjoni tas-Servizzi ta' Interess Ġenerali, sabiex is-servizzi bħall-ilma, is-saħħa u l-edukazzjoni jibqgħu fil-kontroll tal-Istati Membri u mhux fir-rieda ta' kumpaniji multinazzjonali Amerikani. "Hekk jonqos li jindaħlulna dwar ir-ritratti li nieħdu" Kienet proposta ammenda fil- liġi li inkwetat ħafna nies fejn wieħed ma setax jieħu ritratt ta' xi post panoramiku u jpoġġih fuq Facebook, jew jużah għal xi reklam tiegħu, jew f 'xi dokumentarju. Dwar din l-amenda tkellimt ma' Marlene li qaltli li kien hemm xi Maltin li inkwetaw fuq din il-liġi, "M'għandhomx għalfejn. Jien żgur li jien kontra t-tnaqqir tal-libertà li tieħu ritratt u tpoġġih fejn trid. Hekk jonqos li jindaħlulna x'ritratti nieħdu. Barra hekk il-grupp tagħna tas-Soċjalisti kollha kontra din il- proposta u naħseb li anke l-gruppi l-oħra. Żgur li ma tgħaddix." Marlene qalet ukoll li hi tirċievi diversi imejls minn Maltin li jkunu jridu pariri, inkella li taqbeż għalihom f 'xi kwistjonijiet li fihom tidħol il-liġi Ewropea u hi dejjem tagħmel minn kollox biex taqdihom, "hemm min jitlob xi pjaċir jew biex niġġieled kontra xi liġi li tkun tal-gvern lokali u ngħidilhom li jien fuq liġijiet Ewropej nista' naħdem u mhux fuq il-liġi Maltija."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 July 2015