Illum previous editions

illum 12 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/540319

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€1.00 Nr 456 • 12 ta' Lulju 2015 NEWSPAPER POST www.illum.com.mt Id-donazzjonijiet lill-iskejjel tal-Knisja FEJN QED IMORRU FLUS ILĠENITURI? Priġuniera f 'darha għal 7 xhur sħaħ ALBERT GAUCI CUNNINGHAM MARA li tgħix ġo bini tal-Gvern fin-Naxxar ilha għal dawn l-aħħar seba' xhur priġuniera f 'darha, ma tistax toħroġ, la għal qadja u lanqas għal appuntament l-isptar. Stella Scerri Taylor sofriet minn attakk ta' puplesija madwar sitt snin ilu li ħallieha f 'diffikultà serja ta' mobilità, iżda ħsara fil-lift tal-blokk tal-Gvern f 'Jannar li għadda, li għadu ma kienx irranġat, għamilha priġuniera f 'darha stess, hekk kif la tista' tinżel u lanqas titla' t-80 tarġa li jifirdu l-bieb tal-appartament tagħha mill-bieb prinċipali tal- blokka. F'dawn is-seba' xhur, kemm hi kif ukoll żewġha George, li tkellem mal- ILLUM, inqatgħu mid- dinja u saħansitra lanqas setgħu jattendu attivitajiet tal-familja, fosthom il-festin t'għeluq snin binthom. Viżibilment emozzjonat, George qalilna li f 'dawn l-aħħar xhur martu marret mill-ħażin għall-agħar, fiżikament u psikoloġikament. Huwa spjega kif f 'dawn is-seba' xhur kemm ilu ma jaħdimx il-lift, martu kellha tikkanċella tliet appuntamenti l-isptar u anke terapija li tieħu minħabba l-effetti tal- puplesija. Tkompli f 'paġna 6 DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt FILWAQT li f 'dan il-pajjiż kulħadd jitkellem dwar it- trasparenza, jew in-nuqqas tagħha, mijiet ta' ġenituri li jibagħtu lil uliedhom fi skola tal-Knisja qed jitħallew fil-għama dwar fejn qed jintefqu flushom li jagħtu b'donazzjoni kull tliet xhur. L-ILLUM għamel kuntatt ma' ħames skejjel tal-Knisja, bir-Rettur ta' San Alwiġi jammetti li l-kulleġġ ma jippubblikax rendikont finanzjarju lill-ġenituri, kelliema tal-Kulleġġ Santa Monika tirreferina għall-Kurja tal-Arċisqof u rappreżentanti minn tliet kulleġġi oħrajn jgħidu li jippubblikaw il-kontijiet finanzjarji tagħhom. F'kummenti mal- ILLUM il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo u l-Kummissarju tal-Organizzazzjonijiet Volontarji Kenneth Wain qablu li l-iskejjel tal-Knisja għandhom jippubblikaw ir-rendikont finanzjarju tagħhom, b'Bartolo jfakkar illi huwa "fl-interess tagħhom li jagħmlu dan." F'Malta, il-prassi fost l-iskejjel tal-Knisja hija li għal kull semestru, il- ġenituri jintalbu biex iħallsu donazzjoni "volontarja." L-ammont ta' kull donazzjoni jvarja minn skola għal oħra, b' ċerti skejjel ma jitolbu xejn jew donazzjoni minima ħafna, filwaqt li oħrajn "jistaqsu" għal sa €600 fis-sena. Minkejja dan, fil-kummenti tagħhom mal-ILLUM kemm Bartolo kif ukoll Wain fakkru illi f 'nuqqas komplet ta' gwida legali l-ebda skola tal-Knisja mhi obbligata li turi lill- ġenituri, iswed fuq l-abjad, fejn u għalxiex marru l-flus tad-donazzjonijiet tagħhom. Tkompli f 'paġna 2

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 July 2015