Illum previous editions

illum 23 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/560192

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 23 ta' Awwissu 2015 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 17 4 24 87 75 1 9 73 CHEMIMART Pharmacy, 14, Triq Sant'Anna, Floriana FRA Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, Ħamrun TALĦLAS Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Qormi ST. Bartholomew Pharmacy, 230, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera REGIONAL Pharmacy, Triq E.H. Furse, Msida PEMBROKE Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani, Pembroke VICTOR'S Pharmacy, 9, Triq it- Torri, Sliema ST. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Attard TATTARĠA Pharmacy, Plot No. 2, Triq il-Kostituzzjoni, Mosta ST. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba FLEMING Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Paola MILIA'S Pharmacy, 73, Triq il-Ko- ttonera, Birgu HOMPESCH Pharmacy, 207/211, Triq Hompesch, Fgura HEALTH Junction Pharmacy, Triq Alfredo Cachia Zammit, Żejtun MQABBA Central Pharmacy, 9, Triq Santa Katerina, Mqabba PLAZA Pharmacy, 86, Triq il-Kbi- ra, Żebbuġ SPIŻERIJA Carmen, 1, Misraħ Suffara Street, Dingli TAĊĊAWLA Pharmacy, Triq 7 ta' Ġunju 1919, Victoria NADUR Pharmacy, Pjazza it-28 ta' April 1688, Nadur L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 21˚ Ċ TEMP: Sabiħ bi sħab għoli VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Nofsinhar għax-Xlokk forza 2 għal 3 li jsir Nofsinhar il-Lbiċ BAĦAR: Ħafif IMBAT T: Ftit li xejn TEMPERATURA TALBAĦAR: 27 °C L-OGĦLA: 32˚Ċ L-INQAS: 24 Ċ TEMP: L-biċċa l-kbira sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Nofsinhar forza 2 għal 3 li jsir Nofsinhar il-Lbiċ forza 3 għal 4 BAĦAR: Ħafif IMBATT: Ftit li xejn Simon Busuttil: Prim Ministru ALBERT GAUCI CUNNINGHAM SENTEJN ilu, preċiżament f 'Mejju tas-sena 2013, Simon Busuttil kien elett Kap tal-Partit Nazzjonalista b'93% tal-voti wara li t-tlett kontestanti l-oħrajn, jiġifieri Mario De Marco, Francis Zammit Dimech u Raymond Bugeja rtiraw il-kandidatura tagħhom fid-dawl tar- riżultati tal-ewwel rawnd ta' votazzjoni. F'dan ir-rawnd, Busuttil kien kiseb 50.3% tal- voti tal-Kunsilliera. Minkejja din il-bidla, bit- timbru uffiċjali ta' kważi l-kunsilliera kollha, l-ewforija kienet ineżistenti u ma kienx hemm xi ċelebrazzjonijiet kbar, l-aktar minħabba l-fatt li l-Partit Nazzjonalista kien għadu ħiereġ minn telfa pjuttost umiljanti. Minn dak iż-żmien lil hawn għaddew sentejn u ftit, u bil- Gvern f 'nofs leġiżlatura huwa ferm pertinenti li nistaqsu jekk Busuttil illum hux qed jieħu l-qagħda ta' Prim Ministru ta' għada jew hux sempliċiment 'għasfur tal-passa', li qed iwitti t-triq għal Kap Nazzjonalista ieħor (jew oħra). Busuttil qed iħalli impatt qawwi biżejjed? X'inhuma l-preġji u n-nuqqasijiet tiegħu? U iktar importanti minn dan, min hu Simon Busuttil f 'għajnejn il-votant illum? Il-ġurnal ILLUM ħares lejn sitt sezzjonijiet ta' votanti u analizza b'liema lenti dawn jista' jkun li qed iħarsu lejn il- Kap tal-Oppożizzjoni u Prim Ministru prospettiv tal-pajjiż bħalissa. Min huwa Simon għan- Nazzjonalist? Bħala Kap ta' partit, l-ewwel impatt li Busuttil ħtieġlu jħalli huwa mal-partitarji tiegħu stess. Busuttil jeħtieġ, l-ewwel u qabel kollox, jikkonvinċi lin-Nazzjonalisti li, kif jgħidu bl-Ingliż, "he's the man". Żgur li huwa ta' preġju għal Busuttil li l-PN reġa' sab siequ u jinsab ħafna aktar magħqud milli qatt kien f 'dawn l-aħħar sitt snin. In-Nazzjonalisti reġa' għandhom sens ta' tama u In-Nazzjonalisti Konservattivi, b'ħarsithom lejn il-Kurja? L-era GonziPN, kemm qed taffettwa lil Busutttil? Il-ġudizzju tal-qarrejja tagħna dwar il-Gvern ta' Muscat ISSIT elettroniku illum. com.mt staqsa lill- qarrejja tiegħu x'inhu l-ġudizzju tagħhom tal- Gvern Laburista sentejn u nofs wara r-rebħa elettorali. B'kollox ivvutaw 1,169 persuna. Minn dawn 626 (53.5%) qalu li dan il-Gvern sejjer tajjeb ħafna u 227 (19.4%) qalu li sejjer ħażin ħafna. Dan ifisser illi maġġoranza assoluta tal-qarrejja tal-illum.com. mt taw ċertifikat pożittiv lill-Gvern. Minkejja dan 293 (25%) qalu li f 'dawn is-sentejn u nofs raw deċiżjonijiet tajbin imma oħrajn ħżiena wkoll. Intant is-sit irċieva b'kollox 85 kumment ma' dan l-istħarriġ. Fost dawn kien hemm kummenti pożittivi ħafna bħal dawk ta' Rita Grioli, Therese Bilocca, Rita Aguis, Winston Baldacchino u Maria Bugeja li saħqu li dan huwa "Gvern tajjeb ħafna". Ronald Abela qal li l-Gvern huwa "ħafna aħjar mill-Gvern ta' qablu" waqt li Joanna Caruana qalet li huwa tajjeb għax qed jindirizza l-prekarjat. Peter Bonello ta lista sħiħa ta' miżuri li ħa l-Gvern fosthom child care b'xejn u t-tnaqqis fil-kontijiet filwaqt li Andrew Camilleri fakkar kif anke l-aġenziji ta' kreditu qed jgħidu li l-politika tal-Gvern hija tajba. Imma fattur li qam b'saħħa fost il-kummenti kien dak ta' Laburisti li jħossu li l-Partit abbandunahom jew li jiddeskrivu lilhom infushom bħala "mweġġgħin". Joseph Bonello u Marie Agius jgħidu li wasal iż-żmien li jkun indirizzat il-"garr tas- suldati tal-azzar" filwaqt li Godwin Camilleri jgħid kif hu qala' transfer taħt Gvern tal-PN u issa reġa qala' ieħor. Huwa qal li jaħdem mal-Forzi Armati ta' Malta u li mhux se jerġa' jivvota. Rene Savona Ventura qal illi hawn ħafna tgergir "min fuq xogħol, min fuq promotion. Però wara li nfakkarhom x'sar f 'dawn is-sentejn jammettu li dan il-Gvern huwa aħjar minn ta' qablu". Walter Spiteri jistaqsi meta se jibdew ikunu indirizzati l-inġustizzji fil-Korp tal- Pulizija " xbajt inħabbat bibien, jekk il-Gvern li nemmen fih verament jisma għandu jagħtina risposta". Tajjeb ħafna Ħażin ħafna Hemm tajjeb u ħażin Ma jinteressanix X'inhu l-ġudizzju tiegħek tal- Gvern ta' Joseph Muscat wara sentejn u nofs? ...jiddominaw l-ilmenti tal-Laburisti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 August 2015