Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/560192
34 illum | Il-Ħadd 23 ta' Awwissu 2015 Kif nibtet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika? Il-ġenituri tiegħi irreġistrawni fl-atletika meta kelli 6 snin mal- klabb tal-atletika ta' Pembroke Athleta. F'dak iż-żmien jien kont nieħu sehem fil-fun runs u xi road races tal-kategorija tiegħi. Imbagħad meta għalaqt 9 snin, bdejt nittrenja mal-kowċ Angie Mangion fejn ippruvajt ħafna events u eventwalment għazilt li niffoka naqra iktar fuq il-long jump fejn kont qed immur relattivament tajjeb. Imma ħames snin ilu nbidel kollox fil-karriera tal-atletika tiegħi għax iltqajt ma' Genc Dapi, kowċ li jispeċjalizza fit-throws (javelin, discus, shot u hammer throw). Kif għenek u influwenzak il-kowċ Genc Dapi u kemm kienet diffiċli biex tagħżel bejn il-javelin, ix-shot u d-discus? Genc ittestjani f 'kollox u bdejt immur tajjeb speċjalment fil-javelin u x-shot u anki d-discus, però nnota li spikkajt fil-javelin. Kienet vera diffiċli biex nagħżel fostom għax jien kollha kienu jogħġbuni minbarra l-hammer, però jien mort għall-javelin. Avolja bqajt nikkompeti fix-shot u d-discus biex nistrieħ mill-javelin u bqajt immur tajjeb fihom, tant li rnexxieli nikser ir-rekord tal-juniors fix-shot tas- 6kg b'tefgħa ta' 14.28m. Kif tiddeskrivi l-event tal-javelin u x'jinvolvi t-taħriġ tiegħek f 'dan l-isport? Jien personalment l-event tal- javelin narah bħala puzzle għax biex ittejjeb il-livell tiegħek, irid ikollok il-ħila, tiġri, taqbeż, tkun flessibbli u aġli sabiex tittrasferrixi l-javelin 'il bogħod kemm jista' jkun. B'hekk it-taħriġ tiegħi jinkludi ħafna eżerċizzji ta' varjetà bħal mhuma sprints, plyometric training, weight training, koordinazzjoni, kif ukoll stretching. B'hekk jien għażilt il- javelin bħala l-isport favorit tiegħi. Niġu għas-sena 2010. F'liema kompetizzjonijiet ħadt sehem matul din is-sena fejn kont għadek ta' età relattivament żgħira? Fl-2010 irrapreżentajt lil Malta għall-ewwel darba ta' 14-il sena f 'Olomouc, fir-Repubblika Ċeka. Dawn kienu EKAG (European Kids Athletic Games) fejn kienet biss għall-esperjenza fejn ħadt sehem fil-longjump u l-javelin. U fl-2011? Fl-2011 erġajt tlajt għall-istess logħob ġewwa l-istess pajjiż però din id-darba f 'Brno fejn ksibna medalja tal-bronż bħala tim tar- relay tas-subien fejn ħassejtni veru ferħan u sodisfatt li rbaħt medalja f 'logħob internazzjonali, flimkien mat-tim tiegħi. X'fissru u x'jirrappreżentaw is-snin 2012 u 2013 fil-karriera tiegħek tal-atletika? Fl-2012 tlajt Sardenja għall-Jeux des Iles (Island Games), fejn irbaħt medalja tal-bronż fil-javelin. U sena wara erġajt tlajt Corsica għall- istess logħob fejn erġajt kelli l-aħjar prestazzjoni sal-lum il-ġurnata hekk kif irnexxieli nirbaħ żewġ midalji tal-fidda fil-javelin, kif ukoll fil-longjump. F'Ġunju tas-sena 2014, int intgħażilt għat-3rd League tal- European Team Championships li saru f 'Georgia fejn kont l-iżgħar atleta maskili fil-kontinġent. Tina iktar dettalji rigward din l-esperjenza unika fil-karriera tiegħek. Din kienet esperjenza kbira għalija, hekk kif jien ikkompetejt kontra wħud mill-aqwa atleti ġewwa l-Ewropa speċjalment fit- tefgħa tal-javelin. Fil-bidu ħassejtni ftit imbeżża' però imbagħad ikkalmajt u kkonċentrajt fuq il- wirja tiegħi. Madwar xahrejn ilu fl-ewwel kompetizzjoni li ħadt sehem fiha fl-istaġun 2015, ksirt ir-rekord nazzjonali tal-javelin billi qbiżt is-60 metru. Dan it-tragwad b'liema mod għenek biex tħares 'il quddiem b'ottimiżmu lejn il- kompetizzjonijiet li se tkun qed tieħu sehem fihom fiż-żmien li ġej? Mill-ġurnata li lħaqt dan it- tragward 'il quddiem daħħalt iżjed f 'moħħi li nikkwalifika għall- European Junior Championships fejn ridt nilħaq il-marka tas-67 metru. Però, biex dan seta' jsir, kelli nittrenja b'mod regolari u nimxi mal-passi tal-kowċ tiegħi, Genc Dapi. Matul ix-xahar li għadda ħadt sehem fil-Logħob Ewropej li saru f 'Baku fl-Azerbaigan, fejn hemmhekk ksibt riżultati pożittivi, fejn irnexxielek saħansitra tikser ir-rekord nazzjonali tal-Juniors tal-javelin. Tina iktar dettalji. Iva, fil-fatt, din kienet it-tieni darba li kkompetejt kontra atleti seniors tal-javelin f 'Kampjonati tat- Timijiet Ewropej, iżda din kienet l-ewwel darba li ġew organizzati l-Logħob Ewropew f 'Baku, fl- Azerbajġan. Wasalt fil-villaġġ flimkien mat-tim Malti tal- atletika, ħamest ijiem qabel bdiet SPORTSillum L-atleta żagħżugħ b'rekord nazzjonali Cristian Antony Muscat Bradley Mifsud - atleta żagħżugħ li għad għandu biss 19-il sena iżda li mir- riżultati li rnexxielu jikseb s'issa f'diversi kategoriji tal-atletika fosthom x-shot, id- discus, il-long jump u l-iktar il-javelin, fejn għandu r-rekord nazzjonali tal-juniors, jidher li għandu futur mill-isbaħ quddiemu. Ikkompetejt kontra wħud mill-aqwa atleti ġewwa l-Ewropa speċjalment fit-tefgħa tal-javelin. Irid ikollok il-ħila, tiġri, taqbeż, tkun flessibbli u aġli sabiex tittrasferrixi l-javelin 'il bogħod kemm jista' jkun.