Illum previous editions

illum 23 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/560192

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Awwissu 2015 | illum 27 SPORTSillum SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Floriana .....................1 Mosta .........................2 MOSTA dawru telfa f 'rebħa ta' 2-1 kontra Floriana fl-aħħar tmien minuti tal-logħba bil-gowls għalihom jaslu minn James Brincat u Saviour Fidelis. Għall-Floriana ddebuttaw seba' plejers ġodda. Dawn kienu Jurgen Pisani, Antonio Monticelli, Enrico Pepe, Mario Fontanella, Mauricio Villa, Nicolas Chiesa u Simeon Ezeadi. Min-naħa l-oħra għal Mosta għamlu d-debutt tagħhom ħames plejers Niġerjani li jġibu l-isem ta' Hassan Y'au, Saviour Fidelis, Samuel Chukwide, Abdulmalik Mohammed u l-eks plejer ta' nofs il- grawnd ta' Balzan, Osa 'Ice Cream' Guobadia. Il-Greens kellhom bidu perfett u wara biss ħames minuti logħob huma fetħu l-iskor meta minn korner ta' Enrico Chiesa, għola tajjeb Steve Bonnici, li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża rnexxielu jsib ix-xibka. Iżda tmien minuti minn tmiem id-90 minuta, Mosta ġabu l-iskor indaqs permezz ta' xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa tal-plejer żagħżugħ James Brincat li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta' Floriana, Matthew Calleja Cremona. Iżda kien għad fadlilna x'naraw f 'din il-logħba hekk kif ħames minuti biss wara Mosta skurjaw il-gowl tar- rebħa meta Matthew Calleja Cremona ħareġ barra minn postu f 'tentattiv iddisprat biex isalva l-ballun, iżda l-istess ballun qabeż minn fuqu, u spiċċa għand Saviour Fidelis li tefa' f 'lasta vojta. Floriana: Calleja Cremona, Monticelli, Pepe, Pisani (Clyde Borg 89'), Villa (Cabral 60'), Conor Borg (Aboulezz 70'), J. Pisani, Ezeadi, Bonnici, Chiesa, Fontanella Mosta: O. Borg, Farrugia, Micallef, Rodriguez Ekani, Guobadia, Falzon (J. Brincat 68'), M. Brincat (Abel 68'), Y'au (R. Grech 78'), Fidelis, Chukwide, Mohammed Referi: Sandro Spiteri NICOLAS HERNAN CHIESA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fis-26 ta' Mejju 1980 fl-Arġentina Ingħaqad ma' Floriana fis-16 ta' Lulju li għadda u lbieraħ kien qed jiddebutta b'mod uffiċjali mal- Greens Mosta jdawru telfa f 'rebħa -aħħar 8 minuti Azzjoni konfuża għall-ballun fil-konfront bejn Floriana u Mosta Ritratt - Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 August 2015