Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/560192
Il-Ħadd 23 ta' Awwissu 2015 | illum 11 ta' Santa Marija f 'Għawdex kollu li jinstab, hu proprjetà tal-knisja taż-Żebbuġ u jintuża biss għar-raħal taż- Żebbuġ. Fl-1980 instabu blokok kbar tal-irħam u tqabbad l-iskultur Malti, Ronald Pisani li għamel bl-irħam l-artal, l-ambone, il-battisteru u anke l-konfessinarji, filwaqt li l-knisja nksiet bl-irħam. Din il-knisja msemmija wkoll għall-purċissjoni tal- Ġimgħa l-Kbira fejn il-vari huma sett wieħed ta' Wistin Camilleri u huma mlibbsa bin-newl maħdum bl-idejn hemmhekk stess. Fiha jieħdu sehem madwar 500 persuna li tista' tgħid li r-raħal kollu ikollu parti. Imsemmija wkoll iċ-ċena, li hi unika f 'Għawdex li jerfgħuha 12-il persuna. Il-Festa IN-NAR taż-Żebbuġ • hu spettaklu għax hu maħdum flimkien mal- kamra tan-nar Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba u ta' din id-darba hi l-ħames edizzjoni ta' koreografija mużikali ma' spettaklu li din id-darba qed jissemma bħala SKY Concert Il-BANDA Santa • Marija hi waħda prattikament ġdida għax ilha biss 20 sena li twaqqfet u l-każin ilu li nbena 3 snin, fejn l-art ingħatat mill-knisja bla ħlas biex jinbena l-każin fuqha. L-ARMAR tieħu ħsiebu • għaqda mwaqqfa mill- istess arċipriet li hemm fil-preżent fl-2006 u dis-sena żanżnet statwa ġdida ta' Ġwanni Pawlu II "Festa li tgħaqqad raħal sħiħ" - l-Arċipriet Dun Reuben Micallef, ilu arċipriet taż-Żebbuġ għal dawn l-aħħar 9 snin, u hu propja minn Ta' Kerċem, iżda skont hu stess illum iħossu Żebbuġi. "Inħobb ħafna l-festa u kollox hu ko- ordinat minni. Iżda għandi rispett kbir mill-parruċċani u jien persuna li ma nħassarx festi. Għal dawn il-ġranet tal-festa nixtieq nirringrazzja lill-poplu kollu tar-raħal għax din hi festa li tgħaqqad raħal sħiħ, fejn kulħadd jaħdem għal għan wieħed. Ikollna ikla fil-pjazza li għaliha jattendu 700 persuna u n-nisa tar- raħal jieħdu ħsieb li jsajru għal kulħadd. "Nixtieq ukoll niddedika din il-festa ta' din is-sena lil żewġ persuni speċjali, lid- djaknu ġdid Żebbuġi li tant aħna ferħanin bih, Joseph Attard u lil Ġorġ Spiteri li għadu kif għalaq 100 sena. Fl-istess waqt nixtieq nistieden lil kulħadd jiġi jgawdi l-festa tagħna." Grazzi lill-arċipriet Micallef għal informazzjoni kollha dwar iż-Żebbuġ. Żejt mirakoluż li ilu jintuża biex jixgħel fjamma taħt inkwatru tal-Madonna għal dawn l-aħħar 325 sena Il-knisja rikka kollha rħam taż-Żebbuġ L-għażżiel f 'riġel l-istatwa tal-Madonna biex jitbierek