Illum previous editions

illum 23 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/560192

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Awwissu 2015 | illum 35 SPORTSillum nazzjonali tal-juniors fil-javelin il-kompetizzjoni fit-22 ta' Ġunju fit-8pm. Il-belt ta' Baku laqgħet lill-atleti kollha, b'ħafna voluntiera jipprovdu lill-atleti bis-servizzi kollha rikjesti fil-Villaġġ Olimpiku tal-atleti, li kien wieħed mill-isbaħ. Saħansitra, kien hemm anki xi ċentri ta' rikreazzjoni fil-villaġġ innifsu. Jien kont inqatta' ħafna żmien hemmhekk biex nirrillassa qabel kellha tibda l-kompetizzjoni. Fil- villaġġ innifsu kelli l-aħħar żewġ sessjonijiet ta' taħriġ fil-gym li kien ferm attrezzat. Qabel morna għal dik li kienet imsejħa bħala call room, fejn inġabru l-atleti kollha qabel il-kompetizzjoni, jien ħassejtni normali u kont ippreparat mentalment biex ikolli l-aħjar wirja possibli fl-istadium. Fil-fatt, irnexxieli nikser ir-rekord nazzjonali tal-juniors (NJR) bi throw ta' 62.67m fl-ewwel tentattiv tiegħi. Iżda wara l-ewwel throw ħassejt uġigħ f 'irkoppti l-leminija u anki f 'ġenbi. It-throw ta' wara kienet dik ta' 60.04m, minħabba l-fatt li ma kontx konċentrat bizzejjed biex nimbotta iktar. U l-aħħar throw kienet ta' inqas minn 60m u għalhekk ma kontx kuntent. Fl-aħħar mill-aħħar, kont sorpriż li jien kont l-uniku atleta li rnexxieli nikseb personal best (PB). Kollox ma' kollox, wara li ħadt sehem f 'din il-kompetizzjoni, nista' nikkonkludi li ftit ftit, qed intejjeb il-livell tiegħi fil-javelin u qed inħares 'il quddiem biex inżomm din il-konsistenza minn kompetizzjoni għall-oħra billi nieħu ħsieb l-iskeda tat-taħriġ tiegħi, dieta bilanċjata, għajnuna mill-fiżjo-terapisti, u permezz tas-sapport li għandi mill-kowċ personali, Genc Dapi, mill-ħbieb u mill-familja. Twieled t-23 ta' Jannar 1996. Jieħu sehem f 'diversi kategoriji tal- atletika fosthom x-shot, id-discus u l-javelin. Ħames snin ilu beda jiġi kkowċjat minn Genc Dapi, u li għadu jikkowċjah b'mod personali sal-lum. Kiser ir-rekord nazzjonali tal-Juniors tal-javelin, bi throw ta' 62.67m l-Logħob Ewropej. Bradley Mifsud Ritratti: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 August 2015