Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/560192
30 illum Il-Ħadd 23 ta' Awwissu 2015 SPORTSillum "L-interess -FA Trophy qiegħed kulma jmur jiżdied" - Bjorn Vassallo F'KONFERENZA stampa li saret nhar it-Tlieta, fis-sala biswit l-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali ttellgħu l-poloz tal-FA Trophy għall-istaġun 2015/16. Erbatax-il klabb mill- Ewwel Diviżjoni, 13 mit- Tieni Diviżjoni u 12 ġejjin mill-futbol Għawdxi kienu nvoluti fit-tlugħ tal-poloz tar-rawnd preliminari, tal-ewwel rawnd u tat-tieni rawnd tal-Malta FA Trophy. Ir-rawnd preliminari huwa programmat għall-ewwel ġimgħa ta' Settembru, logħbiet mill-ewwel rawnd huma programmati għall- weekend tal-11, it-12 u t-13 ta' Settembru, waqt li l-logħbiet validi mit- tieni round tal-istess kompetizzjoni huma skedati għat-23, l-24 u l-25 ta' Novembru. Bjorn Vassallo saħaq li l-interess kulma jmur qiegħed jiżdied f 'din il- kompetizzjoni u l-finali ta' din il-kompetizzjoni tkun qed ittella' eluf kbar ta' partitarji lejn l-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali, liema attendenza tirrżulta bħala fost l-akbar jekk mhux l-akbar waħda tal-istaġun tal-futbol Malti kollu. Bjorn Vassallo qal ma' dan il-ġurnal li sa issa għadu ma ġiex ikkonfermat sponsor uffiċjali għal din it-tieni l-aktar kompetizzjoni importanti u prestiġjuża fil- futbol Malti. Intant qabel din il- konferenza stampa fejn ġew imtella' l-poloz tal-FA Trophy, saret konferenza stampa oħra, fejn ingħataw dettalji rigward l-impenn li t-tim nazzjonali Malti għandu kontra t-tim nazzjonali tal-Azerbajġan nhar il-Ħadd 6 ta' Settembru, fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali. Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA, saħaq li dan il-konfront kontra l-Azerbajġan huwa wieħed ferm importanti għall- Maltin. Dan hekk kif is-Segretarju Ġenerali tal-MFA saħaq li t-tim immexxi minn Pietro Ghedin jista' tabilħaqq jikseb riżultat ferm pożittiv kontra dan it-tim nazzjonali li ftit jew wisq huwa tal-istess kalibru ta' dak Malti. Intant, tkellem ukoll il-Kap tad-Dipartiment tal- Marketing fi ħdan l-MFA, Norman Saliba, li afferma li l-bejgħ tal-biljetti għal din il- logħba se jibda sa minn nhar il-Ġimgħa li ġej minn bosta stabbilimenti madwar Malta. Għal din il-logħba, l-MFA ħarget biljetti bil-prezz ta' €15 fil-West A Stand u €8 fil-Millennium Stand għall- kbar, waqt li tfal ta' taħt it- 12-il sena jistgħu jakkwistaw biljetti għall-prezz ta' €5 fil-Millennium Stand. Norman Saliba ħabbar ukoll li d-ditta Talocan li tispeċjalizza fi prodotti elettroniċi, kienet ingħaqdet mal-MFA, biex tkun it- tieni Gold Sponsor tat-tim nazzjonali Malti. Intant, ġaladarba, waqt din il-konferenza stampa, kien hemm preżenti s-Segretarju Ġenerali tal-MFA, Bjorn Vassallo, ma setax jonqos li l-ġurnalisti preżenti jistaqsu xi domandi rigward xi suġġetti li qegħdin jagħmlu l-headlines fil-football Malti bħalissa. Dan il-ġurnal beda biex saqsa rigward x'inhu l-futur tal-kowċ tat-tim nazzjonali Malti, Pietro Ghedin. Dan fost diversi xnigħat u spekulazzjonijiet li bdew jiċċirkolaw fl-aħħar żmien li l-kowċ Taljan seta' jħalli t-tmun ta' Malta. Iżda, Bjorn Vassallo kien pront u bl-aktar mod affermattiv wieġeb li huwa flimkien mal-amministraturi l-oħra tal-MFA, għad iridu jpoġġu bilqiegħda ma' Pietro Ghedin innifsu u mal- membri tal-istaff tiegħu biex jiddiskutu x'se jkun il-futur tagħhom. Iżda huwa sostna li sa issa għad m'hemm xejn deċiż u konkluż. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas ma setax jonqos li Bjorn Vassallo jiġi mistoqsi fuq x'kienet l-idea li l-MFA tinstalla dawk li huma msejħin bħala 'security spikes', fl-istands li tant qajmu kontroversja f 'dawn l-aħħar jiem. Bjorn Vassallo tenna kif l-MFA ma setatx tibqa' tieħu responsabbiltá għal xi inċidenti li jistgħu jinqalgħu wara xi partiti jaħarqu u li fihom jistgħu jweġġgħu diversi partitarji preżenti. B'hekk dan sar għall-akbar sigurtá tal-partitarji. Il-poloz tar-Rawnd Preliminari, tal-Ewwel u tat-Tieni Rawnd Rawnd Preliminari Oratory Y. v Marsaskala I Rawnd Dingli S. v Munxar F. Għaxaq U. v Marsaxlokk Għarb R. v Marsaxlokk Qala S. v Victoria H. Sta Venera L v Xagħra U. Xgħajra T. v Għajnsielem Nadur Y. v Mdina K. Attard v SK Victoria W. Kerċem A. v Kalkara Mtarfa v Sta Lucia Luqa SA v Xewkija T. St Lawrence S. v Rebbieħ Oratory Y. v Marsaskala II Rawnd Zejtun C. v Rebbieħ Għaxaq U. v Marsaxlokk Marsa v Rebbieħ Luqa SA v Xewkija T. Vittoriosa S. v Rebbieħ Kerċem A. v Kalkara Rebbieħ Sta Venera L. v Xagħra U. v Birzebbugia SP Rabat A. v Msida SJ Kirkop U. v Rebbieħ Mtarfa v Sta Lucia Rodney Pisani, Bjorn Vassallo u Mark Attard waqt it-tlugħ tal-poloz tal-FA Trophy 2015/16 It-tim nazzjonali tal- futsal għadu bla kowċ ILPRESIDENT tal-FMA, il-Perit Mark Borg qal li l-MFA (li taħthom taqa' r-responsabbiltà tat-tim nazzjonali tal-futsal) kienu kkuntattjaw lil Zeljko Anicic li kien Assistant Kowċ tat-tim Nazzjonali u lil James Ciangura li kien kowċ ta' Ħamrun Spartans u li jmexxi l-Malta Futsal Acadamy. Dawn kellhom f 'moħħhom li jkollhom Long Term Development Plan għal ħames snin u mhux ikollhom f 'idejhom it-tim nazzjonali għal ftit żmien iżolat. Minkejja li Anicic u Ciangura kellhom l-appoġġ sħiħ tal-FMA, ma laħqux ftehim fuq il-proposta tagħhom mad-Direttur Tekniku tal-MFA Robert Gatt. Din is-sitwazzjoni għalhekk tħalli lit-tim nazzjonali Malti tal-Futsal bla kowċ, meta l-aħħar li t-tim kien jiffunzjona kien f 'Jannar li għadda għall-Euro Qualifiers. Ritratt - Joe Borg It-tim nazzjonali Malti tal-Futsal Neville Ciantar u Thomas Tanti jiksbu t-tielet post fil-Kompetizzjoni Ultra 4 Europe King of Wales SUĊĊESS kbir għal Nusu Offroad Racing Team li kkompetew f 'kompetizzjoni prestiġjuża Ultra 4 Europe King of Wales - avveniment internazzjonali li sar bejn il-Ġimgħa 7 u l-Ħadd 9 ta' Awissu f 'Wales. Wara li spiċċa fit-tielet post fl-ewwel kompetizzjoni, tal-Ultra 4 Europe Series, Nusu Offroad Racing Team ta' Neville Ciantar bil-vettura tiegħu Rover V8 Goat off roader, flimkien ma' Thomas Tanti bħala navigatur u t-tim back up tagħhom temmew l-avventura mill-ġdid fit-tielet pożizzjoni ġenerali. Dan jista' jitqies bħala suċċess kbir meta wieħed iqis li huma kkompetew ma' timijiet ġejjin mir-Renju Unit, il-Portugall, l-Amerika, il-Belġju, Franza, l-Italja u l-Olanda fost oħrajn. Nusu Offroad Team kien preċedut minn WSR Racing ta' Nicholas Montador minn Franza u Big Rock F-Racing ta' Filipe Guimaraes tal-Portugall, li spiċċa fit-tieni post ġenerali. Tim ieħor Malti, Pitass Racing ta' Alan Zahra temm l-avventura tiegħu fl-14-il post fost 42 tim li ħa sehem. Wara dawn l-ewwel żewġ kompetizzjonijiet, Nusu Offroad Racing Team, issa jinsab fit-tieni post overall fil-Ultra 4-Ewropa Series. Ir- rawnd li jmiss f 'din is-sensiela huwa l-King of Portugal bejn id-9 u t-12 ta' Settembru, fil- Portugall. Vettura ta' Nusu Offroad Racing Team