Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/560192
Il-Ħadd 23 ta' Awwissu 2015 | illum 31 SPORTSillum "Żammejna prol baxx iżda se nkunu t-tim sorpriża" - Victor Sciriha WAQT konferenza stampa li saret nhar l-Erbgħa f 'lukanda ewlenija f 'San Ġiljan, ġiet ippreżentata l-iskwadra l-ġdida ta' Valletta. Huwa fatt magħruf li matul dan is-sajf, l-għajta fost il-pubbliku sportiv Malti hija dik li Valletta mhux se jkunu kapaċi jiġġieldu għall- unuri fi tmiem dan l-istaġun. Dan hekk kif timijiet bħal Hibernians u Birkirkara jidhru li huma superjuri għal dak ta' Valletta. Madankollu, waqt l-istess konferenza stampa, il-ġurnalisti li kienu preżenti ngħataw stampa oħra mill- kowċ Paul Zammit u mill- president ta' Valletta, Victor Sciriha. Dan hekk kif dawn it-tnejn urew biċ-ċar li għalkemm il-Beltin żammew profil baxx tul dan is-sajf, huma tabilħaqq jistgħu jkunu s-sorpriża assoluta tal-istaġun li ġej. Dan il-ġurnal kien pront u saqsa lil Paul Zammit x'inhuma l-aspettattivi għall-Beltin għal matul dan l-istaġun. Huwa mall-ewwel saħaq li jemmen bis-sħiħ fil- kapaċitajiet tal-plejers tiegħu u wara 10 ġimgħat ferm diffiċli fejn ried jibni t-tim tiegħu mill-ġdid, huwa jħoss li issa kien wasal iż-żmien li Valletta jirritornaw għall-post fejn jixraqilhom fil-futbol Malti. Paul Zammit tenna li kull min irid jilbes il-flokk ta' Valletta jrid ikun denju ta' dan u rrispettivament mill-isem jew jekk il-plejer hux barrani jew Malti, huwa jrid jaħdem qatigħ biex jikseb postu mal-ewwel 11. Fil-fatt, anki meta mistoqsi minn dan il-ġurnal min se jkun il-goalkeeper numru 1 ta' Valletta - jekk hux Henry Bonello, Nicky Vella jew Manuel Bartolo, huwa tenna li se jkun qed jiddefendi l-lasti ta' Valletta min ikun qed juri l-aktar serjetà u dedikazzjoni waqt it-taħriġ u waqt il-logħob ta' Valletta. Dan se jkun qed jirrigwardja mhux biss fejn għandu x'jaqsam goalkeeper, iżda anki kull dipartiment ieħor fl-iskwadra ta' Valletta. Paul Zammit kompla jsaħħaħ dan il-fatt anki meta mistoqsi fuq liema plejer se jkun qed jutilizza fl-attakk. Dan hekk kif fis-Summer Friendship Tournament organizzat minn St Andrews, kellhom wirjiet mill-aqwa il-plejers Luke Montebello u Jean Pierre Mifsud Triganza fejn fil-fatt huma kienu ż-żewġ skorers waqt il-finali ta' dan it-tournamet li fih il-Beltin ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 2-0, bil-gowls għalihom jaslu minn dawn iż-żewġ plejers Maltin. Paul Zammit afferma li nnota progress kbir minn dawn iż- żewġ plejers tul dan l-istaġun tas-sajf u għal darb'oħra saħaq li anki f 'dan id-dipartiment se jkun qed jilgħab min ikun qed juri l-aħjar potenzjal, irrispettivament jekk ikunx plejer Malti jew l-aħħar akkwist barrani ta' Valletta. Mistoqsi minn dan il-ġurnal x'jaħseb li realistikament huma ċ-ċansijiet ta' Valletta li fl-istaġun li ġej jisfidaw għar-rebħ tal-unuri, huwa tenna li għalissa għadu kmieni, madankollu l-ħsieb ta' Valletta bħalissa mhuwiex dak li jimmiraw għall- klassifikazzjoni finali fi tmiem l-istaġun, iżda l-wirjiet fil-futur immedjat ta' Valletta. Ma setax jonqos li jitkellem ukoll il-president ta' Valletta Victor Sciriha fejn saħaq li kuntrarju għal dak li qed jgħidu bosta segwaċi tal-futbol lokali u anki rappreżentanti ta' timijiet oħra, Valletta se jkunu qed jagħtu risposta u sorpriża lil kulħadd. Dan għalkemm il-Beltin ma tantx għamlu pompa u storbju tul dan is-sajf, iżda ħadmu fil-kwiet u bl-akbar serjetà, u għalhekk jemmen li fl-istaġun li ġej, Valletta se jkunu qed iferrħu lill-partitarji numerużi tagħhom, kemm permezz tar-riżultati miksuba u min jaf anki permezz tar-rebħ tal- unuri. Mistoqsi minn dan il-ġurnal x'jikkummenta fuq il-fatt li kowċ ta' tim partikolari fil-Premier, qal li Valletta fi tmiem l-istaġun li ġej se jkunu qed jispicċċaw fil-ħames post, fejn saħansitra se jiġu maqbuża minn timijiet bħal Balzan u Floriana, huwa tenna li dan il-kowċ partikolari ma jifhimx fil-futbol, u li fi tmiem l-istaġun li ġej, se jkollu sorpriża kbira. Mistoqsi wkoll fuq x'sar minnu l-proġett tal-grawnd li tant ingħata importanza minn Valletta tul l-aħħar snin, huwa tenna li dan għad fadallu biex jiġi konkluż u ma jiddependix minnhom iżda mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, dan il-ġurnal ma setax ma jsaqsix lil Victor Sciriha x'ġiegħlu jibqa' fit-tmun ta' Valletta bħala president wara li fl-aħħar xhur bl-aktar mod voċiferu u espliċitu, huwa kien saħaq li l-aħħar staġun kien se jkun l-aħħar wieħed tiegħu bħala president ta' Valletta. Iżda, huwa tenna li l-imħabba kbira li għandu għal Valletta FC, fost mijiet ta' messaġġi personali li rċieva anki saħansitra minn tfal innoċenti ta' 12-il sena, ġiegħluh ibiddel il-fehmiet tiegħu. Huwa afferma li tabilħaqq huwa ferm diffiċli għal bniedem partikolari biex imexxi lil Valletta bħala president, speċjalment wara l-aħħar staġun diżappuntanti li kellhom il-Beltin, u kien propju għalhekk li Victor Sciriha kien iddeċieda li jkompli fit-tmun ta' Valletta bħala president. Intant, dawn huma l-akkwisti li għamlu Valletta tul dan is-sajf, fejn mhux eskluż li l-istess tim jagħmel akkwisti oħra fil-jiem li ġejjin. Bħala plejers barranin, Valletta akkwistaw lil Juan Cruz Gill, Romeo Romao, Claudio Pani, Njongo Priso, Jhonnattann Benites u Federico Falcone. Barra minn hekk Valletta akkwistaw ukoll is-servizzi tal-plejer mil-Litwanja, Uchenna Utieh Calistus li iżda ma kienx preżenti għal din il- konferenza stampa, minħabba li kellu jmur il-Litwanja biex jiffinalizza xi dettalji rigward il-passaport tiegħu. Valletta akkwistaw ukoll lill-goalkeeper Henry Bonello mingħand Hibernians fejn huwa mifhum li dan l-istess goalkeeper 'il quddiem jista' jiffirma kuntratt ta' ħames snin mal-Beltin, kif ukoll lill-plejer żagħżugħ Jean Borg. Barra l-lista ta' dawn il-plejers barranin, wieħed ma jridx jinsa li Valletta għandhom ukoll is-servizzi tal-attakkant prolifiku Tuneżin, Abdelkarim Nafti. L-akkwisti l-ġodda ta' Valletta flimkien mad-diriġenza tal-iskwadra Beltija Sara Xuereb u Matthew Magro jiddominaw is-serata tat-Ten-Pin Bowling ILBOWLERS żgħażagħ Maltin li bħalissa qed jiksbu suċċess liema bħalu fix-xena tal- bowling lokali u anki dik internazzjonali, Sara Xuereb u Matthew Magro, qed ikollhom sajf mill-aqwa, u riċentament għadhom kemm irritornaw minn żewġ tournaments ta' suċċess fl- Ingilterra. Huma ffurmaw parti mill-grupp tal- youths li ddominaw għal kollox il-Junior English Open li sar f 'Norwich, fejn iż-żewġ talenti kisbu l-midalja tad-deheb f 'kompetizzjonijiet varji, qabel imbagħad ħadu sehem fil-Junior London International, li eventwalment intrebaħ minn Sara Xuereb, b'Matthew Magro ukoll jirnexxielu jagħmilha sal-istadji fianli ta' din il-kompetizzjoni prestiġjuża. L-aħħar rikonixximent għal dawn iż-żewġ bowlers mill-aqwa wasal nhar il-Ġimgħa 7 t'Awwissu f 'lukanda ewlenija f 'San Ġiljan, waqt il- 'Presentation Dinner', organizzat mill-MTBA. Sara Xuereb u Matthew Magro ġew ippreżentati bl-aħħar verżjoni ta' blalen tal-bowling imsejħa 'Roto- Grip'. Neil Dent, ippreżenta dawn il-blalen liż-żewġ bowlers żgħażagħ għan- nom ta' Eden SuperBowl. Dawn il-blalen tal-bowling ġew mogħtija bħala premijiet speċjali lil Sara u lil Matthew, li kienu l-aqwa bowlers Maltin fil-kategorija tal-youths fil-Kampjonati Malta Open tal-bowling li saru lura f 'Ġunju li għadda. Meta wieħed iqis li dawn iż-żewġ bowlers għad għandhom biss 13-il sena, ir-riżultati li huma rnexxielhom jiksbu sa issa fil-bowling huma tassew impressjonanti. Sara Xuereb u Matthew Magro, flimkien mal-Coach Nazzjonali Rick Vogelesang