Illum previous editions

illum 23 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/560192

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 23 ta' Awwissu 2015 SPORTSillum LEICESTER City u Manchester United baqgħu fil-quċċata tal-klassifika tal-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra b'7 punti, meta lbieraħ huma ġew draw kontra Tottenham Hotspur u Newcastle United rispettivament. Il-konfront bejn Leicester City u Tottenham Hotspur intemm fi draw ta' 1-1 bil- gowl għal Leicester City jasal minn Riyad Mahrez propju minuta biss wara li l-iSpurs kienu fetħu l-iskor permezz ta' Dele Alli fil-81 minuta. F'logħba tassew drammatika u mimlija gowls, AFC Bournemouth barra minn darhom f 'Upton Park għelbu lil West Ham United bl-iskor ta' 4-3, bl-erba' gowls għalihom jaslu minn hat-trick ta' Callum Wilson, b'wieħed minn dawn it-tliet gowls jasal minn penalty, bil- gowl l-ieħor għalihom jasal minn Marc Pugh. Min-naħa l-oħra, it-tliet gowls għall-Hammers waslu minn penalty ta' Mark Noble u gowls minn Cheikhou Kouyate u Modibo Maiga. Tajjeb ngħidu li l-Hammers spiċċaw jilagħbu b'10 plejers fil-logħba meta fid-79 minuta tkeċċa għalihom il- plejer Carl Jenkinson. Crystal Palace ġewwa darhom kisbu rebħa ta' 2-1 kontra Aston Villa, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Scott Dann u Bakary Sako, bil- gowl uniku fil-logħba għal Aston Villa jasal minn awto- gowl tal-plejer tal-Palace, Pape Ndiaye Souare fis-77 minuta. Il-konfront bejn Norwich City u Stoke City intemm fi draw ta' 1-1, bil-gowl għal Norwich City jasal minn Russell Martin li rrisponda għall-gowl ta' Stoke City skorjat minn Mame Biram Diouf fil-11-il minuta. Bl-istess skor intemm il- konfront bejn Sunderland u Swansea City, bil-gowl għal Sunderland jasal minn Jermain Defoe, waqt li Bafetimbi Gomes kien fetaħ l-iskor għal Swansea City fil- 45 minuta. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 22 ta' Awwissu Manchester U. vs Newcastle U. 0-0 Crystal P. vs Aston V. 2-1 Leicester C. vs Tottenham H. 1-1 Norwich C. vs Stoke C. 1-1 Sunderland vs Swansea C. 1-1 West Ham U. vs AFC Bournemouth 3-4 FIXTURES Il-Ħadd 23 ta' Awwissu 14:30 WBA vs Chelsea 17:00 Everton vs Manchester C. 17:00 Watford vs Southampton It-Tnejn 24 ta' Awwissu 21:00 Arsenal vs Liverpool KLASSIFIKA KAMPJONAT BARCLAYS PREMIER Tim L PTI Leicester C. 3 7 Manchester U. 3 7 Manchester C. 2 6 Crystal P. 3 6 Liverpool 2 6 Swansea C. 3 5 Everton 2 4 Norwich C. 3 4 West Ham U. 3 3 AFC Bournemouth 3 3 Arsenal 2 3 Aston Villa 3 3 Watford 2 2 Stoke C. 3 2 Tottenham H. 3 2 Newcastle U. 3 2 Chelsea 2 1 Southampton 2 1 WBA 2 1 Sunderland 3 1 Leicester City u Manchester United jibqgħu l-quċċata Konfront bejn Harry Kane u plejer ta' Leicester City Logħba kwieta għal Memphis Depay kontra Newcastle United

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 August 2015