Illum previous editions

illum 23 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/560192

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Awwissu 2015 | illum 25 Mapfre Middlesea tniedi l-app MotorMax MAPFRE Middlesea nediet l-App ibbażata fuq il-prodott innovattiv tal- assigurazzjoni tal-karozza 'usage based' Motormax, maħsub biex jipprovdi lil sewwieqa żgħażagħ assigurazzjoni bi prezz irħas skont il-prestazzjoni tas- sewqan tagħhom. L-app, li hija bbażata fuq apparat telematiku li jkun installat fil-karozza, jgħin lill-klijenti biex jevalwaw il-kapaċitajiet tas-sewqan tagħhom fit-triq. L-App MotorMax tipprovdi informazzjoni rigward il-veloċità, mili u l-ħin ta' sewqan. L-app, li tiġi aċċessata permezz ta' password, tkejjel il-ħiliet tas-sewqan skont dawn it-tliet parametri u tagħti punteġġ minn 1 sa 4 kuljum, b'1 ikun l-aktar baxx u 4 l-ogħla punteġġ. Skont il-punteġġi tagħhom, is- sewwieqa jistgħu jibbenefikaw minn skont sa 40% mill- premium meta jġeddu l-assigurazzjoni tagħhom. Permezz tal-app, wieħed jista' jiddetermina fejn tinsab il-karozza f 'ħin reali. L-app tipprovdi wkoll statistiċi bħal distanzi totali, il-ħin totali ta' sewqan u l-ogħla veloċità milħuqa. Jekk il-karozza tiġi pparkjati f 'żona ristretta bil- ħin, l-app Motor Max tista' tfakkar lill-klijenti meta jkun il-ħin li jċaqalqu l-karozza. F'każ ta' emerġenza, wieħed jista' wkoll jitlob għall- assistenza mill-app. L-app tista' tiġi programmata sabiex tibgħat emails u sms per eżempju jekk wieħed jaqbeż il- limitu tal-veloċità hu. Wieħed jista' wkoll jara r-rotot kollha misjuqa mill- karozza. "Mapfre Middlesea qiegħda dejjem issir kumpanija aktar innovattiva u teknoloġikament avvanzata sabiex naqdu aħjar il- bżonnijiet tal-klijenti tagħna. Din l-App tgħinna fil-missjoni tagħna biex ninkoraġġixxu sewqan aħjar. Dan jista' jwassal għal iffrankar fl-assigurazzjoni tal-karozza u eventwalment iwassal għal tnaqqis fl- emissjonijiet tas-CO2. Għas-sewwieqa żgħażagħ li jixtiequ jiffrankaw il-flus u fl-istess ħin isiru sewwieqa aħjar, dan il-prodott huwa ideali, divertenti u soluzzjoni effiċjenti ," qal is-Sur Fernando Docampo, Assistant General Manager ta' Mapfre Middlesea . L-App ġiet żviluppata minn Handson Systems u tista' titniżżel mill-App Store u Google Play. 2 Midalji tal-Bronż għal Lord Chambray MINKEJJA li għadha fit-tieni sena tagħha, Lord Chambray, il-birrerija artiġjanali fix-Xewkija rċeviet żewġ midalji tal- bronż fl-International Beer Challenge 2015, li saret fl-Ingilterra. Il-midalji intrebħu għall-birra Blue Lagoon u l-oħra għal Fungus Rock, li hija birra stout li ġiet imnedija biss ħames xhur ilu. Il-birra Blue Lagoon ikkompetiet fis-sezzjoni tal-Wheat Beers u kienet fost il-11-il birra li rebħu midalja tal-bronż din is- sena; b'erba' jirbħu midalja tad-deheb u tmienja jieħdu waħda tal-fidda. Fungus Rock daħlet fit- taqsima tas-Stouts & Porters, u kienet fost 21 birra li rċeviet midalja tal-bronż, fejn tlieta ħadu midalja tad-deheb u 11 jieħdu dik tal-fidda. Iktar minn 630 birra minn 30 pajjiż daħlu għad- dsatax-il edizzjoni ta' din il-kompetizzjoni li kienet qed tiġi ġġudikata minn esperti tal-birra Ingliżi, kif ukoll minn ġurija ta' esperjenza fl-Ewropa. Fost il-pajjiżi li ħadu sehem fil-kompetizzjoni kien hemm il-Kambodja, il-Brażil, l-Amerika t'Isfel u l-Ġappun. Il-ġurija kollha kellhom għajnejhom mgħottija waqt li daqu l-birer, u minbarra t-togħma, ikkunsidraw ukoll id-dehra, l-aroma u t-togħma qabel ma ddiskutew dak li ħasbu mal-membri l-oħra, qabel iddeċidew liema midalja għandhom jagħtu. Iċ-Ċermen tal-ġurija tal- IBC, Jeff Evans qal, "Qatt ma kien hemm żmien aqwa biex tkun tixrob il-birra. Din is-sena kienet waħda kbira għall-IBC. Mhux talli n-numru ta' birer li daħlu fil-kompetizzjoni kiber, imma anke l-kwalità li kellu kull pajjiż. Kull min rebaħ xi midalja ħaqqu s-suċċess." Samuele D'Imperio, Managing Director ta' Lord Chambray Ltd, kien sorpriż imma ferħan immens li birra stout minn Għawdex li ilha fis-suq biss minn Marzu li għadda, ġiet rikonoxxuta internazzjonalment għall- kwalità eċċezzjonali tagħha. Il-Fondazzjoni Marigold – BOV fil-Komunità tappoġġja l-Iskola tas-Sajf ta' Inspire NHAR it-Tlieta li għadda, is-Sinjura Michelle Muscat, Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold – BOV fil-Komunità, żaret l-iskola tas-sajf inklussiva tal-Inspire f 'Marsaskala u ppreżentat ċekk b'appoġġ għal din l-inizjattiva. L-Iskola tas-Sajf tal-Inspire tilqa' tfal b'abbilitajiet differenti bejn l-età ta' 3 snin u 12-il sena. Din tiffoka fuq inklużjoni sħiħa ta' tfal b'diżabilitajiet li jkollhom l-opportunità li jipparteċipaw u jissoċjalizzaw ma' tfal bi żvilupp tipiku. Dan isir permezz tal- attivitajiet differenti ta' kuljum bħal horse riding, xogħol tal- fuħħar, mużika u żfin, tpinġja, crafts u ħarġiet organizzati mill- istaff dedikat tal-Inspire. "Huwa permezz ta' appoġġ bħal dan li l-Iskola tas-Sajf tal-Inspire tista' tibqa' tiġi organizzata," spjega s-Sur Antonello Gauci – CEO tal-Inspire. "Sabiex nibqgħu nilqgħu tfal b'dizabilitajiet mingħajr ħlas, aħna għandna bżonn appoġġ monetarju, kif ukoll applikazzjonijiet mingħand tfal bi żvilupp tipiku. Sfortunatament, l-Inspire għadha waħda mill-ftit skejjel lokali li għandha l-faċilitajiet biex tilqa' tfal b'diżabilitajiet. Fil-futur, nixtiequ naraw aktar skejjel li jiftħu l-bibien tagħhom għal tfal b'diżabilità, biex b'hekk is-soċjetà tagħna tagħmel pass 'il quddiem biex tkun waħda tassew inklużiva." Din is-sena, l-Iskola tas-Sajf tal-Inspire laqgħet 99 tifel u tifla, li 34 minnhom għandhom diżabilità. Tfal b'diżabilità jattendu mingħajr ħlas, iżda jħallsu s-servizz ta' LSA meta dan ikun meħtieġ. Is-Sinjura Michelle Muscat enfasizzat li skola tas-sajf li tilqa' tfal b'diżabilità kif ukoll tfal li jkollhom żvilupp tipiku toffri benefiċċji u opportunitajiet għat-tfal kollha. "Skola bħal din tagħti l-opportunità lil tfal b'diżabilità li jkunu f 'ambjent inklużiv, u possibbilment li jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom, filwaqt li t-tfal l-oħra jitgħallmu kif jieħdu ħsieb, jinteraġixxu u jgħixu flimkien ma' tfal oħra b'abilitajiet differenti. Dan huwa ta' benefiċċju għalihom u għall- imġieba tagħhom meta dawn isiru ċittadini adulti." L-Iskola tas-Sajf tal-Inspire hija waħda mill-ħafna servizzi li l-Inspire tipprovdi lill-familji li għandhom tfal b'diżabilità. Illum l-Inspire tgħin lil aktar minn 1,000 individwu b'diversi diżabilitajiet bħal Down Syndrome, Awtiżmu, Cerebral Palsy u oħrajn. Dan isir permezz ta' diversi servizzi u programmi ta' għajnuna għal persuni b'diżabilità. L-Inspire teħtieġ total ta' €3 miljuni fis-sena biex tkompli taħdem.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 August 2015