Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/560192
4 illum | Il-Ħadd 23 ta' Awwissu 2015 IR-RIFORMA TAL-WEEE INT MANIFATTUR/IMPORTATUR TA' TAGĦMIR ELETTRIKU U ELETTRONIKU? Inti għandek sal- sabiex tibgħat email fuq weee@mepa.org.mt biex tirreġistra jew iġġedded ir-reġistrazzjoni tiegħek mal-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), kif ukoll tinfurmahom jekk intix ser tkun self compliant jew tingħaqad ma' waħda mill-iskemi għal tal-apposta. Għall-aktar tagħrif żur is-sit www.mepa.org.mt jew www.environment.gov.mt, jew ċempel fuq +356 2290 7240 jew permezz ta' email fuq weee@mepa.org.mt Fitch tikkonferma l-klassifikazzjoni 'A' għal Malta Serqa minn ħanut f ' San Ġiljan GĦALLĦABTA tal- 11:30am, ilbieraħ il-Pulizija kienet infurmata li seħħet serqa minn ħanut fi Triq il-Wilġa, San Ġiljan. Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li persuna mhux magħrufa daħlet fil-ħanut u talbet il-flus lis-sid. Il-ħalliel li kien armat b'arma li taqta' u bil-ponta, ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont sostanzjali ta' flus. Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Francesco Depasquale li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata. Il-Pulizija mill-Għassa ta' San Ġiljan għadha għaddejja bl- investigazzjonijiet fuq il-każ. Fortunatament ħadd ma weġġa f 'din is-serqa. LAĠENZIJA internazzjonali tal- klassifikazzjoni tal- kreditu Fitch Ratings ikkonfermat mill-ġdid il-klassifikazzjoni 'A' bi prospettiva stabbli għal Malta. Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna laqa' l-valutazzjoni u qal li dan juri li l-isforzi tal-Gvern qed jiġu rrikonoxxuti sabiex il-Gvern jaħdem biex jiġbed l-investiment lejn oqsma ġodda fejn jista' jseħħ tkabbir. "Il-valutazzjoni pożittiva ta' Fitch Ratings, kemm fil-previżjonijiet ekonomiċi kif ukoll f 'dawk fiskali, tikkonferma l-fiduċja tagħna fil-kapaċità tagħna li nibqgħu nilqgħu l-miri baġitarji ambizzjużi tagħna," Scicluna qal. Fir-rapport tagħha, Fitch bassret li d-defiċit fiskali se jibqa' fit-triq tan-niżla, l-aktar b'riżultat tal- politika ta' konsolidament li jiffavorixxi t-tkabbir ekonomiku. L-aġenzija qed tbassar li dawn ir-riżultati ekonomiċi se jissuktaw fis-snin li ġejjin, imsaħħaħ minn investiment qawwi, tkabbir sostnut fis-setturi tas-servizzi, u ċaqliqa strutturali fl-ekonomija lejn attivitajiet b'valur miżjud ogħla. Fitch irrikonoxxiet ukoll it-tkabbir ekonomiku qawwi b'riżultat ta' tnaqqis fil-qgħad, spejjeż iktar baxxi għall-enerġija, u tkabbir kontinwu tal- kreditu. Hija laqgħet l-impenn tal-Gvern li jiżgura s-sostenibbiltà fiskali permezz tal- addozzjoni tal-Att dwar ir-Responsabbiltà Fiskali, u rrimarkat li dan se jgħin biex tiġi ggarantita l-fiduċja fil-miri fiskali. Filwaqt li Fitch tirrikonoxxi l-proporzjon relattivament għoli tal- garanziji governattivi li akkumulaw taħt l-amministrazzjonijiet preċedenti, tinnota li l-investiment riċenti mix- Shanghai Electric Power Company beda jtejjeb il-qagħda finanzjarja tal-Enemalta, u li dan wassal għal inqas riskju li l-obbligazzjonijiet kontinġenti jistgħu jikkristallizzaw. L-aġenzija nnutat ukoll is-sisien sodi u l-likwidità kbira fis-swieq tal-kapital f 'Malta. Barra minn hekk, irrimarkat dwar l-iżvilupp istituzzjonali pożittiv li seħħ fl-aħħar sitt xhur, bil-ħolqien ta' qafas uniku ta' viġilanza u t-twaqqif ta' fond ta' riżoluzzjoni. Fitch esprimiet ukoll il- fehma tagħha li pajjiżna se jibqa' jesperjenza tkabbir ekonomiku li jisboq lil dak tal-pajjiżi l-oħrajn taż- Żona tal-Ewro u li, fl-istess ħin, il-finanzi pubbliċi se jibqgħu jitjiebu. Fitch qed tbassar li d-defiċit fiskali se jibqa' fit-triq tan-niżla, l-aktar b'riżultat tal-politika ta' konsolidament li jiffavorixxi t-tkabbir ekonomiku. L-aġenzija Fitch tikkonferma riżultati pożittivi għall-ekonomija Maltija