Illum previous editions

illum 23 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/560192

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Awwissu 2015 | illum 13 is-salvazzjoni tal-Air Malta "Skont il-Kummissjoni Ewropea, gvern jista' jagħti għajnuna finanzjarja lil-linja tal-ajru darba kull għaxar snin u għalhekk fi tmiem il-perjodu ta' ristutturar, il-Gvern ma jistax jagħti iktar flus lill-Air Malta. Huwa fatt magħruf ukoll li meta kumpanija tingħata flus minn gvern, il-Kummissjoni tista' titlob lil din il-kumpanija biex tħallas lura l-flus kollha li ngħatatilha mill-Gvern." Filwaqt li sa issa jidher li m'hemm l-ebda ħjiel li l-Air Malta miexja f 'din it-triq, dan mhux biss l-agħar każ li jista' jseħħ (worst case scenario) iżda realtà li ġiet esperjenzata minn linji tal-ajru Ewropej oħra – fosthom is-Cyprus Airways. Din kienet linja tal-ajru li kienet simili fl-istruttura tagħha għal dik tal-Air Malta li f 'Jannar kellha tagħlaq il-bibien tagħha wara 68 sena, u kellha trodd lura €65 miljun f 'għajnuna finanzjarja li kienet irċeviet mill-Gvern Ċiprijott. "Jekk l-Air Malta tiġi mitluba biex trodd il-flus lura, bla dubju din se tħalli effetti diżastrużi fuq l-linja tal-ajru nnifisha, fuq l-ekonomija Maltija u anke t-turiżmu lokali," Galea qal. Kompla jgħid li bħalissa, 40% tal-passiġġieri li jżuru Malta fis-sajf jinġiebu permezz tal-Air Malta u li dan jiżdied għal 45% matul ix-xhur tax-xitwa. Ix-xitwa: problema u opportunità "Ix-xitwa ġġib magħha problema oħra hekk kif l-ammont ta' passiġġieri huwa ħafna inqas minn dak tas-sajf. Dan huwa fenomenu li jiġri madwar l-Ewropa kollha iżda jinħass iktar minn Malta għax is-suq lokali huwa iżgħar minn dak Ewropew. Ġeneralment, matul is-sajf, it-turist m'għandux għalfejn ikollu xi raġuni partikolari biex iżur Malta għajr għal dik li jrid jiġi u jgawdi t-temp iżda fix-xitwa, din hija storja differenti. Għaldaqstant, l-Awtorità tat-Turiżmu f 'Malta (MTA) qed taħdem ħafna biex tħajjar lit-turisti jżuru Malta matul ix-xitwa billi torganizza xi attivatijiet kulturali jew kunċerti," huwa qal. Saħaq ukoll li minkejja li n-numru ta' passiġġieri żdied, matul l-2015, l-Air Malta soffriet xi nuqqasijiet minħabba l-kriżi fil-Libja. Aktar minn hekk, Galea spjega kif l-idea li l-Air Malta żżid it-titjiriet tagħha lejn ir-Russja sfaw fix-xejn minħabba l-perjodu ta' instabbilità. Qal ukoll li s-suq bħalissa huwa wieħed sensittiv hekk kif attentat ta' attakk terroristiku jista' jkisser is-suq. L-ewwel nikkonsolidaw, imbagħad destinazzjonijiet ġodda Intant, mistoqsi jekk l-Air Malta hijiex beħsieba testendi l-operat tagħha f 'pajjiżi Ewropej oħrajn, iċ-Chief Commercial Officer tal-Air Malta spjega kif bħala parti mill- kundizzjonijiet imposti mill-pjan ta' ristrutturar, il-linja tal-ajru kellha ċċedi parti mir-rotot tagħha sabiex linji tal-ajru oħrajn jistgħu jidħlu fis-suq. "Għalissa, l-għan ewlieni hu li nikkonsolidaw ir-rotot li għandna u imbagħad nanalizzaw destinazzjonijiet oħrajn fejn nistgħu noperaw; sakemm hemm lok għal profitt, kollox hu possibli," huwa qal. Galea insista li bħalissa, l-għan ewlieni tal-Air Malta hu li tikkonsolida l-pożizzjoni tagħha fis suq, u li tista' tagħmel dan b'inqas ajruplani. Huwa ddefenda d-deċiżjoni li l-Air Malta se tibda topera b'inqas ajruplani u tenna li kuntrarjament għal dak li ntqal mill-Assoċjazzjoni tal-Bdoti, iġifieri li l-Air Malta se tispiċċa f 'sitwazzjoni agħar, din id-deċiżjoni kienet "oppurtunità tad-deheb." "L-Air Malta se tnaqqas żewġ ajruplani mill-flotta tagħha għax il-kuntratt tal-kirja tagħhom se jagħlaq. Ġietna oppurtunità tad-deheb li nnaqsu xi spejjeż, u għalhekk ħadna dan il-vantaġġ. L-ajruplani tal-Air Malta joperaw 12-il siegħa kuljum, filwaqt li l-ajruplani ta' linji tal-ajru oħra joperaw madwar 15-il siegħa. Huwa għalhekk li l-Air Malta, bil-ħsieb li tnaqqas xi spejjeż, se żżid dawn is-sigħat għal 14 u grazzi għal dan, kemm l-ammont ta' rotot u kif ukoll il-passiġġieri se jiżdiedu," huwa temm jgħid. "L-Air Malta trid tikkonsolida s-suq li għandha u trid suċċess billi tkun l-aħjar għażla għall- klijent" Ritratt: Ray Attard Iċ-Chief Commercial Officer tal-Air Malta, Joseph Galea

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 August 2015