Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/560192
Il-Ħadd 23 ta' Awwissu 2015 | illum 19 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Kompromessi, ġesti u logħba ċess F l-aħħar ġranet, l-aħbar li l-aktar iddominat ix-xena lokali kienet dik li titratta l-bidliet l-proġett tal-Università Amerikana ta' Malta, oriġinarjament immarkata kollha għaż-Żonqor u issa maqsuma bejn il-ponta taż-Żonqor u l-bini ħdejn il-Baċir numru 1 f 'Bormla. Il-bidliet imħabbrin mill- Gvern se jssru li 80% tal-art immarkata għall-istess proġett immexxi mill-privat, se tinħeles minn kull tip ta' żvilupp lwaqt li se jkun qed isir kampus l-bini ħdejn il- Baċir numru 1 f 'Bormla. Dawn il-bidliet, anke jekk intlaqgħu minn ċerta ċiniżmu minn xi wħud, jimmarkaw kompromess tajjeb min-naħa tal-Gvern. Il-fatt li l-Gvern u l-Prim Ministru Joseph Muscat sema' lis-soċjetà ċivili, fetaħ proċess ta' konsultazzjoni u wara xhur iddeċieda, juri li l-protesti u r-rabja pubblika, kemm fil-midja kif ukoll fit-toroq ma kinux ta' xejn. Hija ferm pożittiva illi Gvern, hu min hu, minflok jivvota bil- qalb għal dak li l-poplu ma jridx, jisma', jevalwa u wara jiddeċiedi. Madankollu ma nistgħux ma nirrimarkawx illi l-kwistjoni kollha kienet tkun indirizzata ħafna aħjar kieku l-konsultazzjoni wiesgħa bil-parteċipazzjoni ta' 626 persuna, li lkoll taw il-proposti tagħhom, saret qabel u mhux wara li kien imħabbar il-proġett. Kien ikun aħjar għall-pajjiż għax ma kienx jinħela ħafna żmien ta' dibattiti ma jispiċċaw qatt u kien ikun aħjar għall-Gvern għax ma kienx jitlef il-krettu mal-maġġoranza assoluta tal-ambjentalisti u dawk li għalihom il-kwistjonijiet ambjentali huma ta' importanza kbira. Imma apparti mill- kompromess innifsu, il-fatt li parti mill-kampus se jkun qed isir Bormla huwa ġest simboliku mill-isbaħ. L-isem Bormla, għal wisq snin issa, ilu assoċjat ma' dak li huwa negattiv u ħażin u għalhekk id- deċiżjoni li investiment bħal dan isir fil-qalba tal-Kottonera tfisser li sa fl-aħħar anke din il-parti tal-pajjiż se tibda tgawdi mill-ġid li jinħoloq u mill-investiment li jkun attirat lejn Malta. Bormla jixraqilha dan l-investiment daqs kemm jixraqilha l-libsa l-ġdida li ngħatatilha bil-proġett ta' tisbiħ mad- dawra tal-baċir numru 1. Huwa importanti issa li l-Gvern jara illi dan iċ- ċertifikat mill-isbaħ li ta lil Bormla ma jibqgħax fossilizzat bejn l-erba' ħitan tal-Università imma li l-komunità tal-inħawi tgawdi, soċjalment u ekonomikament. Jalla dak li ħabbar il-Gvern din il- ġimgħa jħalli l-flus fil-but, joħloq ix-xogħol u jerġa' jgħolli isem Città Cospicua 'l fuq. Hekk sewwa u hekk xieraq. Ma nistgħux ninjoraw ukoll il-fatt li wara l-kompromessi u l-ġesti sbieħ, bħal dejjem, kienet għaddejja logħba ta' ċess politika. Bit-tħabbira ta' dawn il-bidliet, il-Gvern Laburista u l-Prim Ministru laqtu, jew immiraw li jolqtu, żewġ għasafar b'ġebla waħda. L-ewwel u qabel kollox, m'għandna l-ebda dubju illi Muscat kien qed iħoss it-toqol tar- rabja ta' bosta nies mhux biss fuq il-kwistjoni ta' jekk l-Università kellhiex issir fiż-Żonqor jew le imma fuq is-suġġett tal- ambjent in ġenerali. Mhux xi sigriet jekk ngħidu illi f 'dak li jikkonċerna titjib tal-ambjent naturali, s'issa dan il-Gvern ma tantx għandu wisq x'juri. Kien f 'waqtu allura illi Muscat, minflok għamel l-iżball politiku kardinali tal-predeċessur tiegħu, li injora protesti ħafna ikbar minn dik organizzata mill- Front għall-Ħarsien tal-art ODZ u sfida lill-poplu fil-Parlament, sema' u reġa' sema' minflok webbes rasu. Din hija karatteristika li fis-siegħa tal-prova tista' tagħtih vantaġġ konsiderevoli fuq il-Partit Nazzjonalista. Min-naħa l-oħra m'hemmx dubju anqas li l-logħba ċess kienet immirata biex tiġbed minn taħt saqajn Simon Busuttil it-tapit li kien qed jagħtih sors ta' tama. Jekk Muscat jipprova li huwa kapaċi jasal għal kompromessi simili, preferibbilment qabel u mhux wara li jkun imħabbar proġett, mal- ambjentalisti u ma' kull settur ieħor, ikun qed juri bil-provi, mhux bit-teatrini premedati, li l-Gvern tiegħu jisma' u jisma bis-serjetà.