Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/560192
ILMOD kif il-Gvern ħa d-deċiżjoni dwar l-Università Amerikana juri biċ-ċar li m'għandux idea tal-obbligi ambjentali tiegħu. Għax kieku kellu l-iċken idea, kien jimxi b'mod differenti. Il- konsultazzjoni neċessarja kien jagħmilha qabel ma jiddeċiedi u mhux wara li għaffiġha. Id-deċiżjoni oriġinali kienet ħażina. Bid-deċiżjoni riveduta li tħabbretdin il- ġimgħa, il-Gvern ġabar ftit ġieħu. Ir-reviżjoni saret biss u esklussivament minħabba li s-soċjetà ċivili fetħet ħalqha. Mhuwiex possibli li tikkonkludi minn każ wieħed jekk dan ifissirx li l-Gvern immexxi minn Joseph Muscat huwiex ser jibda jagħti każ ta' x'jaħseb il-lobby ambjentali. Dan inkunu nistgħu nikkonkluduh wara li jkollna xi żewġ każijiet oħra. Irridu naraw per eżempju dwar kemm il-Gvern ser jagħti każ tal-proposti tal-lobby ambjentali dwar il-liġijiet preżentement pendenti quddiem il-Parlament. Irridu wkoll naraw xi proposti ser isiru meta fix-xhur li ġejjin ikunu ppubblikati l-abbozzi ta' pjani lokali. Jiena naħseb li l-Gvern kontinwament ser jipprova jevita l-obbligi ambjentali tiegħu. Jekk isib resistenza, jaġġusta l-pożizzjoni tiegħu skont ir- resistenza li jsib. Għalhekk hu importanti li s-soċjetà ċivili tibqa' viġilanti għax ser niffaċċjaw battalja wara l-oħra. Min jaqta' nifsu l-ewwel, jitlef. 8 illum | Il-Ħadd 23 ta' Awwissu 2015 Mill-Qorti MATTHEW AGUIS magius@mediatoday.com.mt Muscat beda jiġbor JOHN BUSUTTIL BIDDEĊIŻJONI li jnaqqas l-art barra ż-żona ta' żvilupp (ODZ) fiż-Żonqor għall-bini tal-Università Amerikana ta' Malta, il-Prim Ministru Joseph Muscat jidher li beda jiġbor ġieħu mas-sezzjoni ta' votanti ambjentalisti li sal-bieraħ kienu l-akbar settur b'oppożizzjoni ħarxa kontrih u l-uniku settur ta' nies li ħarġu jipprotestaw bil-massa fit-toroq, f 'dawn l-aħħar sentejn u nofs. Iżda dawn il-bidliet x'ifissru? Huma l-ewwel pass biex il-Gvern joffri l-id ta' ħbiberija lil dawk li jgħożżu l-ambjent naturali ta' madwarna u li huma rrabjati bil-Gvern? Il-fatt li l-ewwel, il-Gvern ħabbar li se jkun qed jiżviluppa medda ta' art kbira fl-ODZ għall- Università, u issa reġa ħeles 80% tal-art mill-iżvilupp, intlaqgħet b'mod pożittiv ħafna, anke jekk xorta se tintuża biċċa art li hija barra miż-żona ta' żvilupp. Rapport li kien sar taħt amministrazzjoni preċedenti juri kif din l-art fil-ponta taż- Żonqor m'għandha l-ebda valur ekoloġiku partikolari. Bil-bidliet li seħħew jista' jkun li Joseph Muscat wera li hu kapaċi jurik id tal-ħadid, u fl-istess waqt, jaħbi wara dahru l-id l-oħra li tkun imlibbsa ingawanta tal- ħarir. Jista' jkun ukoll iżda li d-deċiżjoni kienet frott ta protesti mill-ambjentalisti, speċjalment dik li saret il-Belt f 'Ġunju li offriet lil Muscat l-ewwel sfida tal- massa u l-ewwel protesta popolari ta' suċċess minn meta kien elett Gvern Laburista. Forsi Muscat iddeċieda li jibda jfejjaq il-feriti u jibda t-triq ta' rikonċiljazzjoni fil-qasam ambjentali u ma eluf ta' votanti 'ħodor' li kienu aljenati bil-kbir bl-aħħar deċiżjonijiet ta' Gvern Laburista. Bid-deċiżjoni ta' din il-ġimgħa Joseph Muscat seta' wkoll beda jagħlaq l-uniku nixxiegħa li kienet qed isservi ta' għajn ta' ħajja u tama elettorali lill-Partit Nazzjonalista. L-ILLUM staqsa numru ta' opinjonisti x'jaħsbu. Dan huwa bidu ġdid u onest għall-Gvern ta' Muscat fil- qasam ambjentali jew xi ħaġa ta' darba sforz il-pressjoni tal-elettorat? Il-Gvern iċċaqlaq...għax sab l-iebes – Carmel Cacopardo " " Il-protesta kontra l-iżvilupp fiż-Żonqor li fiha l-ambjentalisti wrew l-għadab tagħhom għall-Gvern Ixxabtu mal-Konkatidral biex jaraw tlugħ ix-xemx TLIET żgħażagħ Ġermaniżi li xxabbtu mal-iscaffolding biex telgħu fuq il-bejt tal-Konkatidral ta' San Ġwann biex jaraw tlugħ ix- xemx minn post aħjar ġew immultati €50 kull wieħed wara li ammettew għal "bluha" tagħhom. Daniel Eberhard, 25, Veronika Zakon u Werner Eberle, it-tnejn ta' 27 sena, kienu arrestati fis-sigħat bikrin nhar il-Ġimgħa filgħodu wara li l-preżenza illegali tagħhom fuq il-bejt skattat is-sistema tas-sigurtà. Il-Maġistrat Mareseann Farrugia semgħet kif iż- żgħażagħ għamlu dan sabiex jaraw tlugħ ix-xemx minn veduta aħjar. Il-Qorti semgħet kif għall- ħabta tal-4:30 ta' filgħodu, l-istudenti xxabbtu mal- iscaffolding li bħalissa qiegħed jintuża għar-restawr tal- faċċata tal-Konkatidral. Huma minnufih ġew arrestati, u ftit sigħat wara tressqu l-Qorti u ammettew li daħlu f 'żona ristretta illegalment. Eberhard talab li ismu ma jkunx ippublikat fil-mezzi tax- xandir minħabba x-xogħol tiegħu, iżda l-Qorti ċaħdet din it-talba. Aktar minn hekk, il-Maġistrat Farrugia mmultat liż-żgħażagħ €50 kull wieħed u sostniet kif minkejja li l-akkuża ma kinitx serja, l-imputati messhom għarfu li kienu qegħdin jiksru l-liġi u li kienu fil-periklu. Il-bijografu ta'Mintoff mhux ħati li ffroda €5,500 RAĠEL li waqqaf il- Fondazzjoni ta' Dom Mintoff u li kiteb il- bijografija tal-eks Prim Ministru, ġie misjub mhux ħati li kiteb ċekk ta' €5,500 meta l-kont bankarju kien vojt. Josef Grech, ta' 34 sena, minn Marsaskala, ma nstabx ħati li ffroda lill- kumpanija Go Plc meta hu xtara mowbajls permezz ta' ktieb taċ-ċekkijiet li kien jappartjeni lis-Soċjetà Mużikali Lourdes ta' Raħal Ġdid, fejn Grech kien membru tal-kumitat tal- istess għaqda. Il-Maġistrat Carol Peralta sema' kif iċ–ċekkijiet ma ġewx onorati mill-bank għaliex il-kont ġie magħluq xi żmien qabel. Id-difiża qalet li Grech ma kienx l-uniku membru tal-kumitat u lanqas ma kien it-teżorier tas-Soċjetà. Huwa qal kif Grech kien biss ingħata l-ktieb taċ–ċekkijiet u kien mitlub biex jixtri l-oġġetti bl-iskop li dawn jintużaw bħala premijiet waqt lotterija għall-ġbir ta' fondi. Għaldaqstant, il-Qorti sabet lil Grech mhux ħati tal-akkuża. Nofs kilo kannabis misjuba fuq seat ta' karozza RAĠEL li kien fil-mira ta' bomba fl-Armier sentejn ilu u li bħalissa għandu numru ta' każijiet pendenti fuq akkużi ta' droga, ġie għal darb'oħra mressaq il-Qorti, din id- darba wara li allegatement instabitlu nofs kilo kannabis fuq is-seat tal- karozza tiegħu. Huwa mifhum li l-akkużat, Pierre Cremona, ta' 42 sena minn Ħal- Qormi, ġie arrestat aktar kmieni din il-ġimgħa wara li ġie interċettat waqt li kien qiegħed isuq il-karozza tiegħu f 'Ħal Għargħur. Sorsi qalu li l-pulizija mill-Iskwadra ta' Kontra d-Droga kienu ilhom jiġru wara l-akkuzat għal diversi ġranet u li hekk kif induna li kien hemm il-Pulizija, Cremona prova jsuq fuq karozza tal- pulizija pajżana li kienet qed timblukkalu t-triq. Fil-Qorti, Caruana ġie mixli li kellu fil-pussess tiegħu d-droga kannabis, li nstabet f 'ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu, li kkaġuna ħsarat fil-karozza użata mill-Pulizija, li naqas milli jħares il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti, li sar reċediv u li saq il-vettura tiegħu b'mod perikoluż u traskurat. Fil-Qorti l-imputat wieġeb mhux ħati u saret talba għall-ħelsien mill- arrest, liema talba ġiet miċħuda minħabba li l-akkuża kienet serja.