Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/560192
Il-Ħadd 23 ta' Awwissu 2015 | illum 9 Dehra artistika tal-Kampus tal-Università Amerikana fil-ponta taż-Żonqor, Marsakala Dehra artistika tal-Kampus tal-Università Amerikana f 'Baċir Nru. 1, Bormla jiġbor ġieħu mal-ambjentalisti Muscat 'benġilha' mal- 'ambjentalisti' – Frank Psaila BID DEĊIŻJONI li ma jiħux l-art kollha li ried għall-ewwel darba fiż-Żonqor, il- Prim Ministru Joseph Muscat 'benġilha' xi ftit mal-'ambjentalisti' li bir-raġun, ħarġu qatta bla ħabel kontra l-ewwel deċiżjoni tal-Gvern. Ma tagħtihomx tort. L-art agrikola f 'pajjiżna ġibniha kważi fix-xejn u l-ftit li fadal, inkunu boloh jekk neqirduha wkoll. Wara ħafna pressjoni mill-Front Ħarsien ODZ, Membri Parlamentari tiegħu stess, il-media indipendenti, il-Knisja u anke l-Oppożizzjoni, Muscat għamel pass lura u issa se jagħti inqas art lil dawn l-investituri mill-Ġordan għal dik li qed tissejjaħ 'Università Amerikana'. Qabel ma jiġi pubblikat il-ftehim li sar mal-Ġordaniżi, ftit jista' wieħed jitkellem dwar is-siwi jew le ta' dan il- proġett. Tal-Front Ħarsien ODZ qalu li tagħhom kienet 'rebħa parzjali'. Naturalment, xtaqu li ma tittieħed ebda art ODZ għal dan il-proġett, u naħseb li dan faċilment seta' jsir ġaladarba l-Ġvern kien kapaċi jidentifika art fil- Kottonera għal parti minn dan il-proġett. F'kelma waħda, ż-Żonqor seta' jitħalla bil-kwiet. Jekk din id-deċiżjoni kinitx l-ewwel attentat tal- Prim Ministru Muscat li jerġa' jiġbor ġieħ il-Ġvern tiegħu mal-'ambjentalisti', wieħed għad irid jara. Imma li hu żgur huwa illi l-fatt li għamel pass lura jagħti aktar riħ lil kawża ta' min f 'pajjiżna jħobb u lest joħroġ għonqu għall- ambjent. Issa jafu li jekk jagħmlu pressjoni, kif għamlu, il-Gvern lanqas jekk irid mhu se jkun jista' jinjorahom. U filwaqt li ilna xhur sħaħ niddiskutu dan il-proġett, il-partiti politiċi, l-għaqdiet mhux governattivi u s-soċjetà ċivili qatt ma sabu ħin biex ipoġġu madwar mejda u flimkien ifasslu strateġija dwar l-użu tal-art f 'pajjiżna. Opportunità oħra mitlufa a skapitu tal- ġenerazzjonijiet tal-lum u ta' għada. Il-fatt li laħaq kompromess ma' dawk li waqqfulu hu sinjal tajjeb – Ramona Frendo DIN l-esperjenza wriet li dal-Gvern lest li jisma' anke lill-aktar settur li ħoloqlu oppożizzjoni qawwija. Għax l-ambjentalisti qatt ma setgħu joħorġu aktar b'saħħithom milli ħarġu fuq din il-kwistjoni. Il- Gvern wera wkoll li anke jekk għandu maġġoranza qawwija, xorta għażel it-triq tal-kompromess u mhux irrombla fuq kulħadd. Kompromess li niżel tajjeb mal-media u l-ambjentalisti. Din hi forma ta' tmexxija li tilqa' l-kritika anke jekk biex għamel dan, ix-xogħol mar lura b'madwar 5 xhur. Il-fatt li ma ddejjaqx jilħaq kompromess ma' dawk li waqqfulu bis-saħħa jawgura tajjeb għal gvern li jrid jaħdem favur l-ambjent. Għalkemm ma tistax taqta' linja li l-ODZ mhu se tintmess qatt speċjalment fuq proġetti utli għall-pajjiż. Iżda hu sinjal tajjeb għall-futur fejn jidħol l-ambjent. Il-politika tagħmel sens meta titfassal mill-poplu u mal-poplu – Andrew Azzopardi NAĦSEB l-għażla tal-Gvern li jaqsam is-sit tal-Univeristà Amerikana f 'Malta f 'żewġ lokalitajiet kienet deċiżjoni f 'waqtha għal ħafna raġunijiet, fosthom li b'dan il-mod aktar minn lokalità waħda fin- nofsinhar ta' Malta ħa tkun qed tibbenifika minn din ir-riġenerazzjoni. Però naħseb li element li huwa ta' min wieħed jagħmel aċċenn fuqu huwa li l-Gvern sema' dak li talbet is-soċjetà ċivili, iċ-ċittadini, l-ambjentalisti u dawk kollha li għamlu pressjoni biex isir l-inqas żvilupp possibbli f 'żoni fejn l-iżvilupp għandu jigi evitat. Din kienet rebħa għal Malta għax il-proġett ħa jsir u se jħalli flus fil-kaxxa ta' Malta. Kienet rebħa għall-koalizzjoni ta' nies li nġabru flimkien u evitaw li tinfetaħ ġerħa oħra f 'żona fejn ma jixirqilhiex li tintradam mill-konkos u fost kollox, rebħa għall-klassi politika li fehmet u qed tifhem li l-politika ma ssirx minn fuq għal isfel imma għandha tkun xprunata mill-għażliet, xewqat u aspirazzjonijiet tal-Poplu. Il-politika tagħmel sens meta titfassal mill-poplu u mal- poplu. " " " " " "