Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/560192
Il-Ħadd 23 ta' Awwissu 2015 | illum 33 SPORTSillum Riżultati mħallta għall-iskwadra Maltija tat-tennis d-Davis Cup LISKWADRA Maltija tat-tennis li ħadet sehem fid-Davis Cup li kienet komposta minn Matthew Asciak, Bradley Callus, l-aħwa Bernard u Matthew Cassar Torregiani, flimkien mal-captain tat-tim Stephen Caruana, għadhom kif irritornaw minn San Marino, fejn ipparteċipaw fid-Davis Cup European Group III li sar f 'Lulju. Xejn inqas minn 13-il pajjiż ħadu sehem f 'dan it-tournament ferm kompetittiv bl-ewwel erba' timijiet seeded ikunu l-Estonja, il-Greċja, il- Georgia u n-Norveġja. Kellhom ikunu żewġ timijiet biss li finalment jiksbu l-promozzjoni għall-Grupp II. Malta ġiet imtella' fi Grupp D flimkien mal- Ġermanja, l-Albanija u l-Iżlanda. It-tennista Malti Matthew Asciak uża l-bravura u l-esperjenza kollha tiegħu f 'dan l-isport meta għeleb lill-avversarji tiegħu mill- Iżlanda bl-iskor ta' 6-3, 6-2. Bernard Cassar Torregiani segwa tajjeb warajh u rebaħ logħba diffiċli konta R. Bonifacius wara li tilef l-ewwel sett, iżda mbagħad għamel rimonta mill-aqwa biex kiseb skor finali ta' 5-7; 7-6 (2) u 6-1 favurih. Matthew Asciak imbagħad ħa sehem fil-logħba tad- doubles flimkien ma' Bradley Callus, liema logħba huma rebħu b'mod spettakolari. Wara mbagħad Malta affronat lill-Albanija u Matthew Asciak għal darb'oħra kellu bidu tajjeb fejn rebaħ il-logħba tiegħu b'mod mill-aktar konvinċenti bl-iskor ta' 6-0; 6-0. Bħal Matthew, Bernard Cassar Torregiani wkoll ipproduċa wirja eċċellenti u għalkemm għandu età żgħira, huwa utilizza sens tattiku tajjeb, tant li għeleb lit-tennista Pelushi bl-iscore ta' 6-0; 6-3. Bir-rebħa komda li dawn iż-żewġ tennisti Maltin kienu diġà kisbu u meta wieħed jikkunsidra li l-logħbiet kienu qed jintlagħbu f 'temperatura ferm għolja ta' 38oC, u anki meta wieħed iqis il-fatt li Malta l-għada kellha tilgħab logħba diffiċli kontra l-Georgia, kemm Matthew Asciak kif ukoll Bernard Cassar Torregiani ġew imserrħin u l-logħba tad- doubles ġiet milgħuba minn Bradley Callus u Matthew Cassar Torregiani. Għalkemm lagħbu kontra l-aqwa żewġ players Albaniżi, huma xorta waħda rnexxielhom jirbħu l-logħba fi tliet settijiet. Wara, Malta lagħbet kontra l-Georgia f 'battalja għall-ewwel post fil-grupp. Matthew Asciak lagħab kontra t-tennista Meteveli li preżentament huwa jinsab fil-519-il post fid-dinja u għalkemm it-tennista bravu Malti kellu logħba relattivament tajba, huwa tilef f 'żewġ settijiet bl-iscore ta' 1-6; 3-6. Bernard Cassar Torregiani ukoll kellu konfront ieħor diffiċli, meta lagħab kontra t-tennista Balashvili li jinsab fin-numru 120 tar-rankings mondjali tat-tennis u tilef bl-iskor ta' 1-6; 0-6, f 'żewġ settijiet, kontra avversarju li huwa ferm iktar esperjenzat minnu fid-dinja tat-tennis. Dan fisser li Malta kellha taffaċċja lil Montenegro, fil- play-off għall-ħames post, iżda għal darb'oħra l-Maltin reġgħu tilfu dan il-konfront, din id-darba bi skor aktar viċin ta' 1-2, f 'dak li għandu x'jaqsam ma' settijiet. Min-naħa l-oħra, Matthew Asciak, għal darb'oħra rebaħ il-logħba tiegħu tas- singles iżda Bernard Cassar Torregiani tilef il-konfront tiegħu u għalhekk kollox kien jiddependi mil-logħba tad-doubles, li fiha kellhom jirrapreżentaw lil pajjiżna d-duo ħabrieki, Mattew Asciak u Bradley Callus. Madankollu, għalkemm dawn it-tnejn ippruvaw xi soluzzjonijiet tattiċi differenti fil-logħba tat- tennis, ma setgħux isibu mod li bih jegħlbu lill- avversarji tagħhom u tilfu din il-logħba b'żewġ settijiet bl-iskor ta' 2-6; 2-6. Il-fatt li t-tennisti Maltin lagħbu fis-sħana trememeda għal erbat ijiem konsekuttivi ma kinitx xi ħaġa faċli għalihom. Madankollu, il-preparazzjoni u l-impenn sħiħ tal-plejers Maltin għal dan it-tournament internazzjonali ħalla l-frott mixtieq. Il-Federazzjoni Maltija tat- Tennis, xtaqet tirringrazzja bis-sħiħ primarjament lill-Bank of Valletta, għas- sapport kontinwu tagħhom lejn it-timijiet nazzjonli tat-tennis kif ukoll lill- Federazzjoni Taljana tat- Tennis (FIT), talli stiednu u taw din l-opportunità unika lit-tennisti Maltin biex jieħdu sehem f 'dan it- training camp fi Sqallija, li ġie organizzat taħt l-awspiċi tal-assoċjazzjoni li tmexxi t-Tennis Ewropew, Tennis Europe. L-iskwadra ta' tennisti Maltin li rrapreżentat lil pajjiżna fid-Davis Cup Euro- pean Group III li saret f 'San Marino f 'Lulju Lejn id-debutt ta' Luxol fil-UEFA Futsal Cup WARA xahar sħiħ u intensiv ta' taħriġ, Luxol St. Andrews Futsal huma ppreparati biex jilqgħu l-isfida l-kbira fil-UEFA Futsal Cup. Luxol se jkun tim b'saħħtu magħmul minn tmien eks plejers ta' Balzan Futsal, flimkien ma' dawk li kienu diġà ma' Luxol u l-akkwisti l-ġodda ta' Zvezdan Vukovic minn Msida SJ u Vanderlei Augusto minn Barletta Calcio a 5. It-tim huwa mmexxi mill- plejer kowċ Frane Despotovic, megħjun minn Celino Alves u Florin Anton, bil-captain li għal dan l-istaġun se jerġa' jkun William Barbosa. L-iskwadra hi kumplimentata wkoll b'Alberto Arribas Bueso bħala kowċ tal-goalkeepers, Joseph Buttigieg bħala l-Masseur, Charles Zahra bħala Infemier u Noel Briffa bħala l-Kit Maniġer. Waqt konferenza stampa fis-sede tat-tim ta' Luxol f 'St. Andrews, l-amministrazzjoni ta' Luxol Futsal magħmula miċ-Ċermen Joseph Aquilina, il-President Mario Vella, il- Viċi President Josè Da Silva, il-President Onorarju George Xuereb, id-Direttur Sportiv Nathaniel Jones u l-Konsulent Legali Adrian Attard urew il-fiduċja u s-sodisfazzjon sħiħ fl-iskwadra. Il-grupp kollu ta' Luxol Futsal huwa konxju mill- qawwa Taljana ta' Pescara, però fi kliem Frane Despotovic u Mario Vella, it-tim se jilgħab biex jirbaħ it-tliet logħbiet kollha skedati bejn l-Erbgħa 26 u s-Sibt 29 ta' Awwissu, fil-Kumpless Sportiv ta' La Vella f 'Andorra. Preżenti wkoll għal din il-konferenza stampa, kien hemm il-President tal-Futsal Malta Association il-Perit Mark Borg, li filwaqt li awgura kull suċċess lil Luxol Futsal, esprima x-xewqa tiegħu li t-timijiet l-oħra tal-futsal lokali juru l-istess passjoni għal dan l-isport. It-tim ta' Luxol li se jħalli Malta nhar il-Ħadd tard filgħaxija se jkun magħmul minn: Reuben Grech Adrian Attard Frane Despotovic Florin Anton Celino Alves William Barbosa Carlo Scicluna Zvezdan Vukovic Vanderlei Augusto Mark Zammit Karl Saliba Carl Azzopardi Matthew Attard Glenn Bonello Luxol se jkollhom l-ewwel sessjoni ta' taħriġ fil-Kumpless Sportiv ta' Andorra nhar it- Tnejn filgħaxija. L-Erbgħa fis-6pm jilagħbu kontra Pescara Calcio, il- Ħamis fit-8:30pm jilagħbu kontra FC Encamp u s-Sibt fis-6pm jilagħbu kontra JB Futsal Gentofte. It-tim u l-amministrazzjoni ta' Luxol St Andrews Futsal Club