Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/560192
12 illum | Il-Ħadd 23 ta' Awwissu 2015 T liet snin wara li l-Kummissjoni Ewropea approvat pjan ta' ristrutturar sabiex l-Air Malta tiġi salvata minn falliment, il-futur tal-linja nazzjonali tal-ajru jidher li huwa mċajpar hekk kif għat-tieni sena konsekuttiva għamlet telf ieħor ta' €16-il miljun, minkejja li kien previst li sa dan iż-żmien tkun waqfet tagħmel it-telf. Dan qalu ċ-Chief Commercial Officer tal-Air Malta Joseph Galea, li f 'intervista mal-ILLUM stqarr li "t-triq hija waħda diffiċli u kiefra", u li aktar minn hekk, "l-ambizzjoni tagħna issa hija li sa seba' xhur oħra, iġifieri fit-tmiem tal-pjan tar-ristrutturar, mhux li l-Air Malta tagħmel profitt, imma li tkun waqqfet it-telf tagħha". Ma' dan il-ġurnal, Galea ammetta wkoll li l-management tal-Air Malta mhux qed jiġi infurmat dwar in-negozjar tal-Gvern biex jinstab sieħeb strateġiku għall-Air Malta, u li aktar minn hekk, "mhux l-interess tal-management li jkun jaf dan." "Il-Gvern huwa s-sid ewlieni tal-Air Malta u għaldaqstant, in-negozjar qiegħed f 'idejh. Kull deċiżjoni f 'dan il-qasam hija prerogattiva tal-Gvern innifsu u ma naħsibx li l-Gvern għandu għalfejn jinfurmana b'li qed isir. Bħala sid ewlieni, il-Gvern mhux obbligat li jinforma lill-impjegati tiegħu, u aktar minn hekk mhux l-interess tagħna li nistaqsu u li niġu informati," qal Galea. Iċ-Chief Commercial Officer tal-Air Malta jinsisti li minkejja li deċiżjoni bħal din tħalli impatt kbir fuq il-futur tal-linja nazzjonali Maltija, l-irwol tal-management huwa li jagħti informazzjoni sabiex il-Gvern ikun jista' jinnegozja, u dan jieħu l-aħħar deċiżjoni. "Id-dmir tal-management huwa li l-kumpanija terġa' ssir profittabbli u li l-valur tal-kumpanija jiġi mkattar u l-introjtu jikber. Jekk il-Gvern għandu s-sehem ewlieni mela għandu s-setgħa li jiddeċiedi x'inhu l-pass li jmiss għall-Air Malta," insista Galea. Madankollu, l-omertà min- naħa tal-Gvern mhi tinżel xejn tajjeb mal-istakeholders ewlenin tal-Air Malta, b'mod partikolari l-Assoċjazzjoni tal-Bdoti u l-Unjin tal-Cabin Crew li f 'kummenti mal-ILLUM il-ġimgħa li għaddiet qalu li m'hemm l-ebda sieħeb strateġiku interessat fl-Air Malta, u li huma, flimkien mal-ħaddiema qed jitħallew fil-għama. Aktar minn hekk, huma diversi persuni fl-industrija li jgħidu li l-problemi fi ħdan l-Air Malta huma frott id-deċiżjonijiet dubjużi meħudin mill-politiċi, li xi kultant ittieħdu minn wara dahar il-ħaddiema. L-Air Malta m'adattatx maż- żminijiet Iżda mal-ILLUM Joseph Galea isostni li l-problemi tal-Air Malta mhux minħabba dan, iżda peress li l-linja tal-ajru m'addattatx għat- tibdil fl-industrija. "L-Air Malta ma nbidlitx maż- żminijiet u b'konsegwenza t'hekk ma kinitx kapaċi taffaċċja l-kompetizzjoni. Fil-passat l-Air Malta ma kinitx dinamika biżżejjed u għaldaqstant huwa importanti li llum il-ġurnata, l-Air Malta tkun kapaċi tevolvi u taddatta għall- bżonnijiet tal-konsumatur," huwa qal. Galea qal li kuntrarju għal dan, il- linji tal-ajru low cost kienu kapaċi jadattaw u joħolqu bżonnijiet ġodda. Bl-istess mod, Galea jispjega kif llum il-ġurnata l-konsumatur għandu għarfien akbar tas-suq u l-kompetizzjoni kibret ħafna, b'33 linja tal-ajru joperaw f 'Malta biss. Minkejja li Galea jistqarr li l-miġja tal-linji tal-ajru f 'Malta waslu għal telf fl-Air Malta, din tal-aħħar ma tistax tikkompeti ma' linji kbar Ewropej bħal Lufthansa, Ryanair u Easyjet. Minflok, huwa jinsisti li s-soluzzjoni hija l-konsumatur innifsu. "Fid-dinja tal-lum mhux neċesserjament min hu l-ikbar se jirnexxi, imma min hu kapaċi jilqa' l-isfida biex jadatta għall-bżonnijiet tal-konsumatur. L-Air Malta trid tikkonsolida s-suq li għandha u trid suċċess billi tkun l-aħjar għażla għall-klijent." "Huwa għalhekk li l-Air Malta qed timplimenta bosta miżuri sabiex ikun hemm iktar trasparenza fis-servizzi li qed toffri u sabiex il-klijent ikollu għażla kbira quddiemu, ikun jaf kif għandu jixtri u jkun jaf li qed jieħu l-valur ta' flusu lura," huwa jsostni. Ma' dan il-ġurnal, Galea qal li jekk l-Air Malta jirnexxielha tirrapreżenta lilha nnifisha bħala l-linja tal-ajru li toffri l-aħjar għażla lill-klijent, huwa kunfidenti li tkun f 'pożizzjoni li terġa' tirkupra parti mis-suq li tilfet matul is-snin. 'Il-Low cost mhux orħos mill-Air Malta' "Hemm perċezzjoni fis-suq li l-linji tal-ajru low cost huma orħos mill-Air Malta, iżda din hija biss perċezzjoni. Fil-verità, f 'bosta każijiet, it-titjiriet tal-Air Malta jkunu irħas u jkunu jinkludu pakkett sħiħ, inkluż ikel u bagalja mingħajr ħlas żejjed." Galea jispjega kif grazzi għall- miżuri li qed jittieħdu mill-Air Malta, il-konsumatur qed jirealizza li s-servizz offrut huwa wieħed superjuri, u li minħabba dan, l-ammont ta' passiġġieri dejjem qed jiżdied, sena wara sena. Iżda lil hinn minn dan kollu l-mistoqsija li jmiss hija waħda inevitabbli: Għaliex l-Air Malta kompliet titlef il-flus jekk in-numru ta' passiġġieri dejjem qed jiżdied u s-servizz huwa wieħed superjuri? Galea jsostni li fil-verità, s-soluzzjoni aħħarija mhix waħda unika u wisq inqas hija faċli. Minflok huwa jgħid li l-miżuri kollha huma parti waħda minn katina. "Ta' min ifakkar ukoll li l-punt tat-tluq tal-Air Malta kien dak ta' telf ta' €60 miljun u llum il- ġurnata naqas għal €16-il miljun. Il-problema tal-Air Malta ma tistax tiġi solvuta mil-lum għal għada imma gradwalment. Il-fatt li t-telf naqas b'mod konsiderovli juri li l-Air Malta qed timxi fit-triq it- tajba, iżda madankollu, baqa' xi jsir u t-triq hija iebsa," Galea sostna. "Il-klijenti qed japrezzaw li l-Air Malta qed tagħmel sforz biex traħħas il-prezzijiet iżda din waħedha mhix se ssalva l-linja tal-ajru. Hemm deċiżjonijiet oħrajn, fosthom dawk ta' tnaqqis ta' spejjeż li qed jittieħdu flimkien ma' inizjattivi oħrajn." Mistenni li terġa' tagħmel telf ta' €16-il miljun Madankollu, filwaqt li ma jistax jiġi miċħud li t-telf tal-linja tal-ajru nazzjonali naqas matul is-snin, mhux talli l-għanijiet kemmxejn ambizzjuzi tal-Air Malta ma ġewx milħuqin iżda, aktar inkwetanti, qegħda lura ħafna. Dan kien kollu pubbliku fl-aħħar rapport finanzjarju tal-Air Malta li wera kif fis-sena finanzjarja li spiċċat f 'Marzu tal-2014, l-Air Malta rreġistrat telf ta' €16-il miljun meta suppost kellha twaqqaf it-telf. Aktar minn hekk, skont iċ- Chief Commercial Officer tal-Air Malta, dan il-fenomenu mistenni jkompli, hekk kif għat-tieni sena konsekuttiva, huwa mistenni li l-Air Malta tirraporta telf ta' €16- il miljun, sena biss qabel ma hi suppost tkun qed tagħmel profitt. Galea jistqarr li dan it-telf huwa bla dubju ostaklu sabiex l-Air Malta tirraporta profitt fi tmiem il-pjan ta' ristrutturar, iġifieri f 'Marzu tal- 2016. "Din is-sena hija importanti li nkunu f 'pożizzjoni li ma nagħmlux telf, iżda għadu kmieni wisq biex ngħidu biċ-ċert jekk hux ħa jkun hemm xi profitt jew telf, hekk kif żmien is-sajf huwa wieħed kruċjali. Importanti li meta naslu fi tmiem il-pjan ta' ristrutturar, il-kumpanija tkun b'saħħitha biżżejjed biex tfendi għal rasha mingħajr ebda għajnuna finanzjarja mill-Gvern, u li tkun tista trendi," huwa sostna. Jista' jkollha trodd il-flus mislufin lura Mistoqsi xi jkunu l-konsegwenzi jekk l-Air Malta ma jirnexxiliex twaqqaf it-telf tagħha sa Marzu tal- 2016, Joseph Galea jispjega kif jekk xi ħaġa "diżastruża" bħal din iseħħ, l-Air Malta tista tiġi mitluba sabiex trodd lura l-flus kollha li rċeviet fil- pjan ta' ristrutturar. "Il-Gvern huwa s-sid ewlieni tal-Air Malta u għaldaqstant, in-negozjar qiegħed f 'idejh. Kull deċiżjoni f 'dan il-qasam hija prerogattiva tal- Gvern innifsu" Missjoni Possibbli: is-salvazzjoni Daniel Mizzi dmizzi@mediatoday.com.mt "Hemm perċezzjoni s- suq li l-linji tal-ajru low cost huma orħos mill-Air Malta, l-verità, f 'bosta każijiet, it-titjiriet tal-Air Malta jkunu irħas u jkunu jinkludu pakkett sħiħ, bl- ikel u l-bagalja mingħajr ħlas żejjed"