Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/560192
32 illum Il-Ħadd 23 ta' Awwissu 2015 SPORTSillum Keith Galea lura minn training camp ta' suċċess l-Polonja Iċ-champion ta' Malta tat-triathlon, Keith Galea, għadu kemm ġie lura minn taħriġ intensiv ta' ġimgħa ġewwa l-Polonja. Dan it-training camp sar grazzi għall-Olympic Solidarity Programme tal-Kumitat Olimpiku Malti. Fil-fatt, Keith Galea, ingħata dan l-ischolarship ta' training camps bħala atleta prospettiv għal-Logħob tal- Mediterran tal-2017. Galea kien taħt il-gwida stretta tal-kowċ tiegħu kif ukoll tal-kowċ tat-tim nazzjonali tat-triathlon, ħuh Dermot Galea. F'dan it-taħriġ Galea ffoka sew fuq it-tliet dixxiplini bit- tentattiv li jtejjeb il-livell tiegħu f 'dan l-isport u jilħaq l-aqwa forma ta' ħajtu għall-għanijiet tiegħu li huma fl-aħħar tal-istaġun. F'ġimgħa ta' taħriġ intensive, Galea għamel total ta' 30km għawn, 550km rota u 80km ġiri. Galea ħa sehem ukoll f 'tellieqa tar-roti ta' 80km fejn 30km minnhom kienu kollha tlajja iebsin. Avolja kienet parti mit-taħriġ tiegħu Galea mar tajjeb ħafna fejn ġie fl-20 post minn 150 ċiklist. Ikkuntattjat minn dan il-ġurnal Keith qal li jinsab sodisfatt ħafna bl-andament tat-taħriġ fejn ħassu li mar tajjeb. Fil-fatt huwa rnexxielu jnaqqas il-ħinijiet tiegħu konsiderevolment f 'ċerti sessjonijiet. It-taħriġ kien wieħed diffiċli imma huwa għamel l-almu tiegħu biex jisfrutta l-potenzal ta' dan it-training camp. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ukoll mal-kowċ Dermot Galea, fejn qal li jinsab sodisfatt ħafna kif mar ħuh Keith, fejn impressjonah għax felaħ ammont kbir ta' taħriġ u għax għamel ħinijiet tajbin f 'ċerti sessjonijiet li ma kienx qed jistenniehom minħabba l-ammont kbir ta' taħriġ. Dan jawgura tajjeb għax dan it-taħriġ li kien iffukat għax-xhur ta' Settembru u Ottubru fejn Galea għandu tlielaq importanti ħafna. Filfatt f 'Settembru, Galea għandu l-Kampjonati Nazzjonali tal-Polonja tat- Triathlon, il-Kampjonati Nazzjonali tal-Aquathlon u tal-isprint distance triathlon u l-aħħar tellieqa tal-Birkirkara St Joseph Triathlon Series fejn Galea għandu ċ-ċans jirbaħ dan is- series għat- tmien darba fil- karriera tiegħu. F'Ottubru Galea għandu l-Kampjonati Nazzjonali tat-triathlon u International Sprint distance triathlon ta' San Vito lo Capo ġewwa Sqallija. Qabel ma ħalla Malta għat-training camp, Galea rebaħ l-ewwel tellieqa tal-Birkirkara St Joseph Triathlon Series u ġie fit- tieni post fit-tieni tellieqa tal-Birkirkara St Joseph 5km Running Series wara l-atleta professjonali mill- Portugall, Bruno Lima. Galea jinsab fl-ewwel post fil-klassifika ġenerali taż- żewġ serje. L-aħwa Galea xtaqu jirringrazzjaw lill- Kumitat Olimpiku Malti ta' din l-opportunità, lill-Malta Triathlon Federation tas- sapport kontinwu tagħhom u lill-ħabib tagħhom, il- Pollakk, Piotr Yanuszewski, tas-sapport u l-għajnuna tiegħu waqt li kienu fil- Polonja. Intant, il-Mochika- Outdoor Life huma l-isponsors il-ġodda taċ-champion ta' Malta tat-Triathlon, Duathlon u Aquathlon, Keith Galea. Galea ta' Birkirkara St Joseph Sports Club se jkun qed jieħu sehem f 'diversi tlielaq lokali kif ukoll fi tlielaq internazzjonali, u allura għandu bżonn l-aqwa sapport biex ikun jista' jagħti l-massimu tiegħu fit-tlielaq. Il-Mochika - Outdoor Life, li qegħdin fi Mdina Road ġewwa Ħal-Qormi, jispeċjalizzaw fi prodotti biex wieħed jevita l-injuries u fi prodotti biex wieħed itejjeb il-prestazzjoni tal-atleti u se jkunu qed jissapportjaw lil Keith Galea bl-aqwa ditti ta' running shoes, garments u nutrition li jinkludu Saucony, Compressport, Superfeet, Maxinutrition, Julbo, Sportique, Zamst u Mule Bar. Mochika - Outdoor Life jissapportjaw numru ta' atleti u Sports Clubs. Keith Galea li bħalissa huwa l-aqwa wieħed f 'pajjiżna fl-isport ferm impenjattiv tat-triathlon, jinsab kuntent hafna li l-Mochika se jkunu l-isponsors il-ġodda tiegħu u qed iħares 'il quddiem biex jikkompeti b'dawn il-prodotti li joffru l-Mochika u se jagħmel minn kollox biex jgħinhom u jirrapreżentahom bl-aħjar mod possibli Keith Galea li bħalissa qiegħed taħt l-iskema tal-KMS, Flexi Training Scheme, u li rrapreżenta lil Malta fl-ewwel logħob tal-Ewropa li saru f 'Baku ġewwa l-Azerbaijan, qed ikollu staġun brillanti ħafna fejn s'issa rebaħ xejn inqas minn 13-il tellieqa din is-sena, fosthom, il-famuża Dingli 10 miles, it-tielet titlu nazzjonali tad-Duathlon, ir-rebħa ta' Custonaci - Cornino Triathlon ġewwa Sqallija u r-rebħ tal- Kampjonati Nazzjonali tal-Mountain Running. Keith Galea fl-azzjoni waqt it-train- ing camp fil-Polonja Ramis jikkonsolidaw posthom fil-quċċata tal-klassifika LISTAĠUN tas-sajf tal- Kampjonat Nazzjonali MSV Life diġà ilu li beda tliet ġimgħat, u għal darb'oħra, l-aqwa tliet timijiet qed jiddominaw dan il-kampjonat. Bħalissa Ramis jinsabu fl-ewwel post bi 22 punt, iċ-champions il-ġodda Fina għandhom 20 punt waqt li okmalta. com jinsabu fit-tielet post flimkien ma' Royal Shock b'16-il punt. Dawn it-tliet timijiet rebħu l-logħbiet tagħhom fit-tielet ġimgħa ta' logħob b'Ramis jirbħu bl-iskor ta' 8-0 kontra XS Vittel, Fina għelbu lil Strike Me bl-iskor ta' 6-2, u okmalta.com jegħlbu wkoll bl-iskor ta' 6-0 lil Blitzkrieg. Royal Shock għelbu lil Supreme bl-iskor ta' 22-6, waqt li The Clan għelbu lil Turu's Knights bl-iskor massimu ta' 8-0. Ramis kellhom bidu ta' kampjonat mill-aqwa, fejn tilfu biss żewġ punti mill-ewwel tliet logħbiet tagħhom, u għelbu lil XS Vittel bl-iskor ta' 8-0 matul din il-ġimgħa. Il-plejer ta' Ramis Mark Spiteri ġie vvutat bħala l-bowler raġel tal-ġimgħa b'678 pin, waqt li Sara Xuereb ta' XS Vittel ġiet ivvutata bħala l-bowler mara tal-ġimgħa b'561 pin. Il-logħba bejn iċ- champions renjanti Fina u Strike Me kienet waħda ferm ekwilibrata, kif tindika l-ewwel logħba li Fina rebħu bl-iscore ta' 786-712. Finalment Fina għelbu lil Strike Me bl-iscore ta' 6-2. Justin Caruana Scicluna kien l-aħjar plejer għal Fina b'648 punt waqt li Cynthia Duca kienet l-aħjar player għal Strike Me b'525 punt. Nuqqas ta' konsistenza evidenti f 'dan il-bidu ta' staġun minn okmalta.com rathom iwaqqgħu punti imprezzabbli f 'dan l-istaġun il-ġdid, iżda huma kisbu rebħa tajba kontra t-team neo-promoss ta' Blitzkrieg matul din il-ġimgħa. Fl- ewwel logħba huma tilfu bl-iscore ta' 737 għal 692. Fit-tieni logħba huma ħarġu fuq in-naħa rebbieħa bl-iskor ta' 715 għal 687 għalkemm dan wasal mhux tant mertu tagħhom iżda għax l-avversarji tagħhom xejn ma mpressjonaw. Finalment okmalta.com għelbu lil Blitzkrieg bl-iskor ta' 755 għal 736. Neil Sullivan kien l-aħjar plejer ta' okmalta.com b'621 punt, waqt li Gunther Micallef Decesare kien l-aħjar plejer għal Blitzkrieg b'564 punt. The Clan kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun b'mod mill-aktar konvinċenti, meta kisbu rebħa bi skor massimu ta' 8-0 kontra Turu's Knights. James Vella kien l-aħjar plejer għal The Clan b'567 punt waqt li Claude Camilleri kien l-aqwa player għal Turu's Knights fejn irnexxielu jikseb 524 punt. Royal Shock kellhom bidu tajjeb fl-aħħar logħba tal- ġimgħa kontra Supreme, fejn ħadu vantaġġ kmieni fil-logħba u rebħu l-ewwel logħba bl-iskor ta' 779 għal 733 u malajr kisbu t-tieni rebħa din id-darba bi skor ta' 792 għal 721. Supreme wettqu reazzjoni tajba fit- tielet logħba u għelbu lil Royal Shock bl-iskor ta' 799 għal 709. Clive Farrugia kien l-aqwa plejer għal Royal Shock b'570 punt, waqt li Ernest Agius kien l-aħjar plejer għal Supreme b'554 punt. Bowlers tal-Ġimgħa: Mark Spiteri, (Ramis), 678 punt Sara Xuereb (XS Vittel), 561 punt Klassifika MSV Life Diviżjoni 1 Standings: It- Tielet Ġimgħa Ramis – 22, Fina – 20, okmalta.com – 16, Royal Shock – 16, The Clan – 12, Turu's Knights – 10, Supreme – 10, Strike Me – 6, XS Vittel – 4, Blitzkrieg – 4 Kampjonat MSV Life Diviżjoni 2: It-Tieni Ġimgħa Satariano – 14, Vintage – 14, Malta Int Airport – 14, BOV – 12, Pin Strikers – 10, Brutal Legendz – 6, Supersonic – 6, Atlas Insurance – 2, Mean Machine – 2, Bank of Valletta – 0