Illum previous editions

illum 23 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/560192

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Awwissu 2015 | illum 15 K ull bidla fil-Gvern iġġib magħha aspettattivi għolja. Il-maġġoranza tibda tistenna bir- raġun li kollox ser imur għall- aħjar, li l-pajjiż ser jimxi aktar 'il quddiem u li aktar minn hekk, huma fuq livell personali ser imorru aħjar. Sentejn u nofs ilu l-għajta kienet li kollox kien ser imur għall-aħjar b'Joseph Muscat bħala Prim Ministru. Ħafna kienu konvinti li pajjiżna kellu jeħles mill-Partit Nazzjonalista fil-Gvern biex postu jieħdu partit ieħor. Wieħed jista' jargumenta dwar ħafna aspetti mill-ħidma tal-Gvern Laburista wara sentejn u nofs. Saru affarijiet tajbin u oħrajn inqas tajbin. Iżda twettqu wkoll affarijiet li huma għal kollox ħżiena għaliex mhumiex fl-interess tagħna bħala pajjiż modern Ewropew. Il-Gvern tal-biża' u tal- kontroll Waħda mill-ewwel deċiżjonijiet li ħa Joseph Muscat bħala Prim Ministru kien li bidel il-Kap taċ-Ċivil, il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kap tal-Forzi Armati flimkien mas-Segretarji Permanenti kważi kollha, ħlief għal dawk li kienu diġà tal-qalba. Dan ma seħħx b'kumbinazzjoni iżda b'mod ippjanat. Il-Gvern irnexxielu jnissel mill-ġdid sens ta' biża' fis- soċjetà tagħna: biża' li wieħed jitkellem kontra dak li qed isir ħażin b'mod speċjali meta l-persuna stess tkun il-vittma tas-sitwazzjoni. Illum ftit huma dawk in-nies li b'wiċċhom minn quddiem lesti li jgħidu dak li jafu u li jikxfu l-abbuż li hu għaddej. Wegħdi mhux imwettqa jew miksura Il-kampanja elettorali tal- Partit Laburista kienet litanija sħiħa ta' wegħdi mmirati lejn kull settur tas-soċjetà tagħna. Kollha kienu mfassla u mibjugħa b'ċerta reqqa biex jinkiseb l-aqwa benefiċċju minnhom: il-ksib tal-voti, jiġu mingħand min jiġu. Illum din il-litanija ta' wegħdi saret litanija ta' diżappunti għaliex ħafna mill-wegħdi spiċċaw jew mhux imwettqa jew saħanistra miksura. Matul dawn is-sentejn u nofs kellna ruxxmata okkażjonijiet fejn il-Gvern ġie affaċċat b'wegħdi li kien qiegħed jikser. Forsi l-aqwa eżempju huwa li jkollna power station ġdida fi żmien sentejn biex sal-lum din għadha fil-pedamenti. Ambjent mhedded Fl-aħħar snin rajna żieda qawwija fl-interess favur il- ħarsien tal-ambjent ta' pajjiżna. In parti dan kien riżultat tal- importanza li l-ambjent beda jingħata fl-iskejjel. Fl-aħħar sentejn u nofs din id-direzzjoni nbidlet u minflok, issa pajjiżna, jew aħjar il-Gvern, qabad it-triq li jqis l-ambjent bħala xi ħaġa li tista' tagħmilha flus. Dan kollu wassal biex għandna abbuż mill-artijiet tal-Gvern u sistema li aktar taħdem biex tinċentiva l-bini ta' art verġni milli biex tħares l-ambjent uniku ta' pajjiżna. Ħasra għaliex f 'dan il-qasam pajjiżna ma jistax jirriskja li jkompli sejjer lura. Forzi tal-ordni dgħajfa u bla fiduċja fihom Waħda mill-aktar affarijiet importanti f 'soċjetà moderna hija s-sigurtà u jekk din tkunx tinħass fost iċ-ċittadini. Mingħajr dan is-sens ta' sigurtà, pajjiż jibda sejjer lura għaliex tonqos il-fiduċja. F'sentejn u nofs kellna erba' Kummissarji tal-Pulizija differenti bi tnejn minnhom, Peter Paul Zammit u Ray Zammit, jispiċċaw mill-kariga wara li wrew inkompetenza u nuqqas ta' responsabbilità gravi. Lanqas il-ħatra ta' Ministru ġdid wara Manuel Mallia ma kellha effett pożittiv fuq il-Korp tal-Pulizija. Fl- Armata wkoll kellna taqliba kbira bi promozzjonijiet jingħataw skont il-ħbiberiji u l-obbligazzjonijiet lejn il-Gvern tal-ġurnata. Illum sfortunatament għandna forzi tal-ordni li huma dgħajfa quddiem il-kriminalità u mifnija b'każ wara l-ieħor ta' abbuż ta' poter minn min qed imexxihom. L-akbar telliefa f 'dan ir-rigward huma n-nies li m'għadx għandhom fiduċja f 'min suppost qiegħed hemm biex jipproteġihom mill- kriminalità u l-abbużi. Korruzzjoni u aktar Il-każijiet ta' korruzzjoni li smajna bihom huma dawk il-ftit biss li rnexxielhom jinkixfu. Fl-aħħar sentejn u nofs f 'pajjiżna reġgħet nibtet l-idea li biex tasal x'imkien fejn jidħol il- Gvern irid ikun hemm element ta' korruzzjoni. Kull proġett li jitħabbar, kull inizjattiva li jieħu l-Gvern saret tqajjem is- suspett li hemm xi ħaġa ħażina għaddejja, li llum jew għada ser tinkixef. In-nuqqas kbir tal- Prim Ministru f 'dan kollu huwa li naqas li jaġixxi f 'każijiet fejn kien ċar għal kulħadd li kien hemm abbuż għaddej. L-għajta saret li trid titma lil xi ħadd biex tieħu dak li suppost hu tiegħek bi dritt. U jkollok titma ħafna aktar biex tieħu li dak li suppost qatt m'għandek dritt għalih! Karol Aquilina huwa l-President tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista KIF NAĦSIBHA "Il-Gvern irnexxielu jnissel mill-ġdid sens ta' biża' fis-soċjetà tagħna: biża' li wieħed jitkellem kontra dak li qed isir ħażin" KAROL AQUILINA Nofs triq "Lanqas il-ħatra ta' Ministru ġdid (Ritratt: Carmelo Abela) wara Manuel Mallia ma kellha effett pożittiv fuq il-Korp tal-Pulizija"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 August 2015