Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/702135
Aħbarijiet 11 Il-Ħadd 10 ta' Lulju 2016 | illum dawk li qabel April 2014, ma kinux jaħdmu. Fil-verità, huwa stmat li fl-2015, dan il-programm ħoloq 346,374 siegħa ta' xogħol minn dawk in-nisa li ma kinux jaħdmu qabel. Nisa b'paga baxxa-medja l-aktar li jużaw is-servizz Il-miżura ta' servizz ta' childcare b'xejn hija waħda li ma tiddependix fuq il-paga u d-dħul tal-ġenituri iżda biss fuq il-fatt li dawn ikunu qegħdin f 'impjieg. L-istudju staqsa lil dawk li wieġbu dwar id-dħul finanzjarju tagħhom sabiex ikunu jistgħu jiġu kkalkulati liema huma dawk is-sezzjonijiet ta' nies li l-aktar jagħmlu użu minn tali skema. Fil-fatt, dawk l-ommijiet b'paga baxxa- medja, jiġifieri li jaqilgħu bejn €710 u €1,209 fix-xahar kienu l-aktar li użaw din il-miżura, b'43% tagħhom. Warajhom, kien hemm dawk li jaqilgħu ftit iktar, jiġifieri bejn €1,210 u €1,625 fix-xahar, b'26% tagħhom jibagħtu lill-uliedhom f 'dawn iċ-ċentri. Minkejja dan, minn dawk l-ommijiet li għandhom dan id-dħul, kien hemm ammont ikbar li ma jużawx dan is-servizz, milli dawk li fil-fatt jieħdu lill-uliedhom f 'dawn iċ- ċentri. Huwa interessanti l-fatt li minn dan l-istudju, jiġi konkluż li dawk l-ommijiet li mhumiex miżżewġin, li jinkludu lis-single mothers, ommijiet separati, romol, divorzjati u annullati jagħmlu użu mis-servizz taċ-childcare b'xejn 7% iktar minn dawk huma miżżewġa. Minkejja dan, dawk in-nisa li jkollhom sieħeb li jkunu qed jikkoabitaw miegħu, ġew imniżżla mas- sezzjoni tal-persuni mhux miżżewġa, minkejja li huwa figura preżenti fid-dar, li kapaċi joffri xi tip ta' għajnuna u sostenn. Fil-fatt, hemm iktar ta' nisa miżżewġa li ma jagħmlux użu minn dan is-servizz milli minn dawk li jużawh. Dan jista' jixhed li ommijiet li jkunu qed jgħixu mar- raġel tagħhom, għandhom tendenza li jagħmlu inqas użu minn tali miżura minħabba li f 'bosta mill-każi jkunu jistgħu jsibu s-sostenn tal-figura paterna. 20% użaw iċ-ċentri iżda kienu jaħdmu qabel Minħabba li s-servizz taċ-childcare huwa wieħed b'xejn f 'kull każ fejn l-omm taħdem, numru ta' ommijiet, kienu xorta f 'impjieg qabel din il-miżura. Fil- fatt, numru ta' ommijiet li kienu jaħdmu qabel April tal-2014, kien ikollhom isibu soluzzjonijiet oħra ta' fejn iħallu lil uliedhom sakemm huma jkunu għax- xogħol. Dan jista' jkun ma' xi membri tal-familja oħra, jew saħansitra f 'ċentri taċ-childcare, iżda bi ħlas. L-istudju ta' Zarb jindika kif madwar 20% tal-ommijiet kienu qed igawdu minn dan il-benefiċċju taċ-childcare b'xejn, iżda ma kinux qed jagħmlu differenza fin- numru ta' sigħat ġodda fid-dinja tax-xogħol. Dan minħabba li dawn in-nisa, xorta baqgħu jaħdmu, kif diġà kienu qabel, iżda issa għandhom is-soluzzjoni ta' ċentri taċ-childcare b'xejn sabiex jieħdu ħsieb it-tfal meta dawn ikunu x-xogħol. Din il-konklużjoni setgħet tinħareġ billi ġew analizzati r-rispost ta' dawk l-ommijiet li qali li l-miżura taċ- childcare b'xejn, ftit jew xejn affetwat id-deċiżjoni tagħhom li joħorġu jaħdmu, għaliex fil-verità diġà kienu jinsabu f 'impjieg. Dħul 13% 43% 26% 17% 2% €0 - €709 €710 - €1209 €1210 - €1625 €1626 - €5000 Iktar minn €5000 bis-servizz taċ-childcare b'xejn "Huwa stmat li fl-2015, dan il- programm ħoloq 346,374 siegħa ta' xogħol minn dawk in-nisa li ma kinux jaħdmu qabel" Id-dħul tal-omm bħala persentaġġ ta' dawk li jagħmlu użu mis-servizz Sentenza sospiża għal Somalu li niffed lil sieħbu IL-MAĠISTRAT Gabriella Vella semgħet lill-ispettur Robert Vella jispjega x'wassal għall-arrest ta' Saif Faisal Ibrahim Sahir, ftit wara li l-vittma ħareġ mill- isptar. Għal ħabta tal-4am nhar l-Erbgħa filgħodu, il-vittma, li wkoll huwa raġel Somalu kien irrikorra l-għassa tal-pulizija b' idu ferita minn strument li jaqta' u bil-ponta, spjega l-ispettur. Il-vittma ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief. Sahir, li jgħix fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa, ġie mressaq b'arrest, mixli li kkawża ġrieħi ħfief lil Nasir Aabi, li ġarr sikkina fil-pubbliku mingħajr permess tal-pulizija, kiser il- paċi pubblika, għamel ħsara fuq vettura u li kien fis-sakra f 'post pubbliku. L-imputat ammetta l-akkużi u talab skuża. L-avukat Martin Fenech, li deher għall-imputat bħala għajnuna legali, argumenta favur sentenza sospiża filwaqt li indika kif l-imputat kien għex f 'Malta għal iktar minn tliet snin mingħajr problemi. Il-Qorti, fid-dawl tal- ammissjoni volontarja u bikrija tiegħu, sabet lil Sahir ħati u imponiet sentenza ta' 6 xhur ħabs sospiżi għal sentejn, kif ukoll ipprojbietu milli javviċina jew jipprova jkellem lill-vittma għal sena. AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT Ammont konsiderevoli ta' flus misruq minn ħanut tal-logħob fil-Gżira WAQT li ħanut tal-logħob fil-Gżira kien magħluq, għall-ħabta tal-5:00am tal-bieraħ filgodu, seħħet serqa li fiha ġew misruqa ammont konsiderevoli ta' flus kontanti. Il-Pulizija ġew infurmati li kienet seħħet serqa fix- Xatt ta' Ta' Xbiex, l-Imsida. Għalhekk, pulizija mir-Rapid Intervention Unit kif ukoll mid-Distrett tal-Imsida marru immedjatament fuq il- post fejn seħħet is-serqa. Minn investigazzjonijiet preliminari irriżulta li kienet għadha kemm seħħet serqa minn ħanut tal-logħob u l-ħalliel ħarab minn fuq il- post. Hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata b'dan, għamlet ronda fl-inħawi. Ftit wara, eżattament f 'sit ta' kostruzzjoni fi Triq Testaferrata, il-Gżira, ġie innutat raġel li aktarx kien involut fis-serqa. Ir-raġel qed jiġi miżmum mill-Pulizija għal aktar stħarriġ. L-investigazzjonijiet tal- Pulizija mid-Dipartiment tal- Investigazzjonijiet Kriminali għadhom għaddejjin.