Illum previous editions

ILLUM 10 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/702135

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

minn John Busuttil ANKE jekk kultant wieħed jisma' jew jaqra xi tgergir dwar l-operat tal-Gozo Channel, jibqa' fatt li taħt it-tmexxija taċ-chairman Joe Cordina, din il-kumpanija li għandha u dejjem kellha l-monopoplju għall-qsim bejn Malta u Għawdex għamlet passi ta' ġgant. Tant hu hekk li meta ltqajtna ma' Joe Cordina qalilna li sal-aħħar ta' Mejju li għadda, jiġifieri fl-ewwel ħames xhur tas- sena, il-kumpanija diġà għamlet qligħ ta' €395,000. "U dan qed nitkellmu fuq ix-xhur tax-xitwa" qalilna ċ-chairman. Din iċ-ċifra turi żieda ta' madwar €750,000 fuq is- sena li għaddiet, u żieda ta' €1.7 miljun fuq tliet snin ilu, minn meta Cordina ħa r-riedni tal-kumpanija f 'idejh. Fil-fatt, fl-2013 fl-ewwel ħames xhur il- kumpanija kienet tilfet diġà €1.31 miljun u sas-sena li għaddiet fl-istess ħames xhur il-kumpanija kienet għamlet telf ta' €346,000, u dis-sena qed tagħmel qligħ ta' €395,000. Mistoqsi x'inhu s-sigriet ta' dan is-suċċess, Cordina bi tbissima qalilna, "qtajna l-fsied u l-ħela, tejjibna s-servizz u żidna l-vjaġġi. Dan għen biex naqqasna l-ispejjeż żejda. Barra minn hekk, meta tkabbar is-servizzi, tiżdied id- domanda." Fil-fatt f 'dawn l-ewwel ħames xhur tas-sena, fejn il-vapuri jaħdmu bl-iskeda xitwija żdiedu 727 vjaġġ aktar mis-sena li għaddiet. Tliet snin ilu fl-istess żmien, il-vjaġġi tal-kumpanija fix- xitwa kienu 7,714. Dis-sena, fl-istess żmien saru 8,682-il vjaġġ, jiġifieri 968 vjaġġ aktar minn tliet snin ilu. Joe Cordina qalilna wkoll li dan kollu qed isir minbarra l-fatt li l-kumpanija qed taffaċċja problema li s'issa għadha ma solvithiex. "Hemm turisti li qed jiġu Għawdex fuq il-vapuri tagħna u ma jħallsux, u jmorru lura b'dgħajjes oħra li joffrulhom li joħduhom Kemmuna qabel iwassluhom iċ-Ċirkewwa. Aħna għandna monopolju ta' trasport mill-Imġarr saċ-Ċirkewwa u d-dgħajjes qegħdin joffrulhom trasport sa Kemmuna biex iduru mal-liġi. Hemm mijiet li qed jużaw is-servizzi tagħna lejn Għawdex u jagħtu l-flus lil ħaddieħor." Mitlub jgħidilna x'qed tagħmel il-kumpanija biex twaqqaf dan l-abbuż, Cordina qal li l-problema kienet li meta nbena t-terminal fiċ-Ċirkewwa ġie magħmul biex ma jkunx hemm sistema ta' biljetti. "Imkien fid-dinja ma tivjaġġa 'one way' b'xejn, ħlief miċ-Ċirkewwa lejn Għawdex. Qed naħdmu biex il-biljetti tal-inqas jinqatgħu miċ-Ċirkewwa lejn Għawdex u mhux viċi versa." Tlabnieh jgħidilna dwar jekk hux minnu li l-Gozo Channel ħaddmet żewġ eksmembri tal-pulizija magħha mingħajr ħruġ ta' sejħiet interni. "Iva, daħħalna tnejn. Pawlu Azzopardi bħala Port Facilities Security Officer (PFSO) li għalih kien hemm post vakanti u mlejnieh bih għax għandu r-rekwiżiti li għandna bżonn u lil Teddy Bajada bħala Kontrollur Intern. Dan kien bla dubju l-aqwa investiment li għamlet il- Gozo Channel għax kien hemm bżonn li jkun hemm kontrolli fuq kollox għax ma kien hemm kontroll ta' xejn." Cordina qal ukoll li ma jaf li kien hemm l-ebda dipartiment li ġie żarmat bħalma ġie rrapurtat f 'xi midja. "Iżda hemm nuqqas ta' baħrin, vera u qed naħdmu fuq din. Il-fatt li ma daħħalniex baħrin oħra u dawk li hemm qed jaħdmu ħafna ħinijiet, huwa għaliex beħsiebna nagħtu ċans lill- ħaddiema tal-'mooring' li bħalissa jinsabu bil-leave twil, imorru bħala baħrin meta jidħlu lura. Ma rridux nimlew dawn il-postijiet u ma nagħtux ċans lill- ħaddiema li diġà għandna." Mistoqsi għaliex il- ħaddiema li jorbtu l-vapur jinsabu fuq leave twil, Cordina qal li dawn akkumulaw leave minn snin twal, "hemm minnhom li kellhom jieħdu mal- illum | Il-Ħadd 10 ta' Lulju 2016 Għawdex 14 Il-Gozo Channel ittejjeb is-servizz u taqla' iżjed €395,000 qligħ f 'ħames xhur • Żieda ta' €750,000 fuq is-sena l-oħra u ta' €1.7 miljuni fuq tliet snin ilu • Se jsiru tined bil-pannelli fiċ-Ċirkewwa u l-Imġarr • Nuqqas ta' ħaddiema għax ħafna akkumulaw mal-200 ġurnata leave kull wieħed li issa qed jittieħdu Iċ-chairman tal-Gozo Channel Joe Cordina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 July 2016