Illum previous editions

ILLUM 10 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/702135

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Il-Ħadd 10 ta' Lulju 2016 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Meta bħalissa Aquarius qiegħed fiċ-ċirku ta' Cancer, trid toqgħod ferm attent fejn tidħol l-imħabba sabiex ikollha l-aħjar riżultati pożittivi. Trid tagħraf imxi aktar bil-moħħ milli bil-qalb, u hekk jinkisbu riżultati ferm pożittivi. Fil-fatt, peress li bħalissa, l-oroskopju jinsab taħt il-gwida ta' Cancer għall-Aquarius, fan ifisser mument iktar feliċi, iktar impenjattiv fl-imħabba, u r-riżultati miksuba jkunu ta' sodisfazzjon kbir. Agħraf! Kuluri favoriti ma' Aquarius huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li l-aktar tagħtik illuminazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 15, 23 u 37. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Meta bħalissa Pisces qiegħed fiċ-ċirku ta' Cancer, qiegħed f'dak il-mument ta' flessibbiltà li jekk tagħraf timxi u taħtaf dan il-perjodu, il-ħajja ta' madwarek tkun waħda ferm trankwilla, tkun waħda pożittiva, u int tħoss in-nifs ta' madwarek ferm aħjar, mhux kif kont ftit taż-żmien ilu bħal donnok fgat. Għalhekk, aħtaf dan il-perjodu ħalli dik il-pressjoni li tant tkun madwarek, tkun iktar taħt kontroll, u int tkun iktar int! Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, aħdar u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li l-aktar tagħtik illuminazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 17, 28 u 32. Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Meta bħalissa Aries qiegħed fiċ-ċirku ta' Cancer, għandu jkun mument ta' xi opportunità ġdida fid-dinja tax-xogħol jew saħansitra taf ittejjeb ħafna dak li int għandek madwarek bħalissa. Dan huwa mument li kemm jekk taħdem ma' xi ħadd, jew għandek karriera personali, huwa żmien fejn jista' jkun hemm titjib sabiex tkattar il-prospetti tiegħek lejn il-ħajja ta' xogħol. Għalhekk, ir- rifletti ftit dwar kif tista' ttejjeb. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li l-aktar tagħtik illuminazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 14, 22 u 34. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Taurus mill-21 ta' April dal-20 ta' Mejju Meta bħalissa Taurus qiegħed fiċ-ċirku ta' Cancer, huwa mument ta' riflessjoni u ta' ġabra għalik. Dan huwa mument sabiex int jagħtik ċans tip- pjana aktar spazju u aktar ħin għalik, ħin ta' rilas- sament, ħin li ssib spazju għad-delizzju tiegħek, anke sabiex tibda tmur sal-gym jew xi mixja jew għawma. Hu x'inhu l-gost u r-rilassament tiegħek, huwa importanti li dan isib spazju fl-iskeda tiegħek, għaliex dan ikun ta' ġid għalik. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li l-aktar tagħtik illuminazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 12, 28 u 39. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Meta bħalissa Gemini qiegħed fiċ-ċirku ta' Cancer, huwa mument ta' għarfien ta' dak li s'issa irnexx- ielek tagħmel, kemm fil-ħajja tiegħek, u kemm fil- karriera tiegħek. Issa għandek tagħmel riflessjoni, u ma' dan tkompli bil-mod twessa' ċ-ċirku tiegħek, f'dak li għandu x'jaqsam ma' pjanijiet, l-aktar fil-karriera tiegħek. Taħt Cancer, għandek tkompli tkabbar aktar fejn int tixtieq tasal, imma basta tagħmel dan fil-misteru tiegħek biss. Kuluri favoriti ma' Gemini huma blu, isfar u oranġjo. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li l-aktar tagħtik illuminazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 13, 27 u 33. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Meta bħalissa Cancer qiegħed fiċ-ċirku tiegħu stess, dak ta' Cancer, għandek perjodu ferm b'saħħtu aktar minn dak li s-soltu, int tkun b'saħħtek f'deċiżjonijiet li int ikollok tieħu. Tkun b'saħħtek f'dak li int tixtieq tasal, twettaq u tkun. Dan huwa l-mument tiegħek, dak li int tagħraf li int għandek dritt għalih issa huwa l-mument li taħtaf, però l-importanti li dak li int trid twet- taq trid tkun iffukat u kkonċentrat. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li l-aktar tagħtik illuminazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 19, 29 u 39. Cancer huma magħruin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo mit-23 ta' Lulju sat 22 ta' Awwissu Meta bħalissa Leo qiegħed fiċ-ċirku ta' Cancer, dan ifisser li dan huwa żmien sabiex int issib kontroll ik- tar tal-madwar, sabiex jekk dan il-kontroll, li tant int magħruf għalih, dan l-aħħar intilef jew naqas xi ftit, int terġa' tirbaħ dan lura. Int persuna ta' ċertu potenzjal li int magħruf għalih, u tħalli lil ħadd u l-ebda ċirkostanza teħodlok dan. Issa ara fejn huwa l-aktar li turi l-influwenza tiegħek. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li l-aktar tagħtik illuminazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Sagittarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 10, 25 u 34. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Meta bħalissa Virgo qiegħda fiċ-ċirku ta' Cancer, trid tagħraf dak li int għaddejt minnu fil-passat, minn issa 'l hemm, ikun biss tagħlima sabiex int tagħraf u kemm tista', ma tirrepetix l-istess sitwazz- joni. Dan huwa l-mument li int trid tinħall mill-kolla tal-passat sabiex b'hekk tkun tista' timxi lejn futur aħjar. Jekk dan mhux se jsir f'dan iż-żmien, se jkollok fażi delikata ħafna li ma tantx se tagħtik sitwazzjonijiet sbieħ. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li l-aktar tagħtik illuminazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 18, 28 u 34. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra mit-23 ta' Settembru sat-23 ta' Ottubru Meta bħalissa Libra qiegħed fiċ-ċirku ta' Cancer, l-imħabba li għandek, kemm fir-relazzjonijiet tiegħek, u kemm f'dak li int tagħmel, trid ittejjib- hom u tagħraf iżjed dak li għandek. Tieħu qatt sitwa- zzjonijiet 'for granted' għax ikun dak iż-żmien li sitwa- zzjoni tista' tintilef jew tmurlek bil-kontra. Għalhekk, f'dan il-mument pożittiv, int għandek tagħraf x'hemm li tista' ttejjeb u għamel dan mill-aktar fis. Iż-żmien itir u ma jistenna lil ħadd. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li l-aktar tagħtik illuminazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 14, 29 u 35. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novem- bru Meta bħalissa Scorpio qiegħed fiċ-ċirku ta' Cancer, huwa l-mument ta' ċertu deċiżjonijeit li jistgħu jkunu iebsin għal dawk ta' madwarek, imma huwa żmien li int tqum fuq saqajk u tħares biss lejn dak li huwa tajjeb għalik. Dak li jagħmlek tkun aħjar, u dak li jagħmlek tħossok aħjar. Int ma jixraqlekx tkun stmat ħażin, anzi jixraqlek tkun rispettat ħafna aħjar, u għalhekk wasal iż-żmien li int taħseb għalik. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li l-aktar tagħtik illuminazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 19, 25 u 32. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Meta bħalissa Sagittarius qiegħed fiċ-ċirku ta' Cancer, trid tagħmel valutazzjoni ta' sitwazzjoni b'mod ġenerali ta' madwarek, l-aktar fejn jidħol xi pjan għall-futur, fejn int ma tistax toqgħod tilgħab mal-ħin, għax iż-żmien għaddej minn madwarek u żgur minn dak li għaddej minnu, taf li mhux tant mument feliċi, għalhekk anke jekk tfittex parir ta' xi persuna, fl-aħħar mill-aħħar trid tagħraf tagħmel il- valutazzjonijiet malajr kemm tista'. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li l-aktar tagħtik illuminazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 14, 27 u 39. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jan- nar IMeta bħalissa Capricorn qiegħed fiċ-ċirku ta' Cancer, trid tagħraf li dak li forsi kont taħseb ftit ta' żmien ilu, probabbilment m'għadux jgħodd għaż-żmien li ġej. Ċertu ċaqliq li int qed tagħmel, se jġib ċertu tibdil madwarek, u dan issa trid tkun lest għalih, inkella se jkun hemm xi ftit ta' problemi. Agħraf iktar u aħseb iktar sabiex int tkun preparat u qatt ma tinqabad fuq sieq waħda. Dak li riesaq lejk huwa pożittiv. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, blu u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li l-aktar tagħtik illuminazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 17, 26 u 30. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju 22 Eddie Murphy PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal- ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? It-tifla misterjuża DAN ir-rakkont jeħodna lura għas-sena 2003, f 'raħal Għawdxi. Ilaqqgħana ma' Audrey li dak iż-żmien kien għad kellha tliet snin. Audrey kienet tidher tifla bħall-oħrajn, tħobb tilgħab u tħobb tosserva fost affrajiet oħra, imma xi ħaġa li kellha, kienet li hi riżervata. Id-dar li kienet tgħix fiha flimkien mal-ġenituri tagħha kienet kbira u antika u kellha wkoll ġnien kbir fuq in-naġa ta' wara. Darba fost l-oħrajn, omm Audrey għaddielha ħsieb biex tara fejn qiegħda t-tifla, u meta marret ma sabitihiex fil-kamra tagħha. Sa fl-aħħar sabitha fil-kamra ta' fuq, bilqiegħda mal-art fin-nofs tal-kamra, bħal qisu kien hemm xi ħadd magħha. Malli ommha daret lejha u staqsietha ma' min kienet qed titkellem, it-tifla pronta wieġbet li kienet fil-kumpanija ta' ħabibtha Karen. Imma fil- verità ma kien hemm l-ebda tifla madwarha. Ommha tħawdet għal dan, u talbet lil Audrey biex joħorġu mill-kamra. Għall-ewwel Audrey rrifjutat, għax xtaqet tkompli tilgħab ma' Karen, imma ftit minuti wara, Audrey ħarġet u qalet li la issa Karen telqet, setgħet toħroġ. Wara xi ġimgħat, omma Audrey baqgħet tara li iktar ma jgħaddi żmien, Audrey iktar kienet tqatta' ħin f 'dik il-kamra, u ommha bdiet tinkwieta. Wara li tkellmet mar-raġel, iddeżidiet li teħodha għand it-tabib tal- familja biex tara jekk hux qed tbati minn xi fobija, jew xi nuqqas. Wara li t-tabib għamel il-vista fuqha, sab li ma kellha xejn ħażin, imma talabha biex teħodha f 'xi forma ta' skola biex tkun fil-kumpanija ta' tfal oħra. Fuq dan il-parir, l-omm bdiet tibgħat lil Audrey fi skola tas-sorijiet, anke jekk Audrey ma kinitx kuntenta b'dan. Darba waħda, f 'nofs ta' lejl, omm Audrey stenbħet għal xi s-2:30am u marret tittawwal lit-tifla. Hemm ħadet xokk kbir meta ma sabitx lit-tifla f 'kamritha. Marret tittawwal f 'dik it-tali kamra, u hemm sabitha, fl-istess qagħda li kienet sabitha l-ewwel darba. Però, din id-darba bħal ħasset sens ta' biża' madwarha hekk kif resqet lejha, imma għamlet il-kuraġġ. Hekk kif marret quddiem Audrey, tagħtha ħarsa ta' rabja qawwija li bilkemm felħet għaliha. Imma xorta waħda qabdet lit-tifla u niżżlitha fil-kamra tagħha. L-għada ċemplet lil ħuha li kien mastrudaxxa biex jagħmel serratura ġdida f 'dik il-kamra, u hekk serrħet moħħha li kienet imsakkra, u t-tifla ma tkunx tista' tidħol. Dak il-lejl, ommha ma setgħet torqod b'xejn u bdiet titqalleb bħal donnu xi ħadd ma kienx qed iħalliha torqod bi kwietha. Għal dawk it-tlett iljieli, ma kellhiex ftit serħan. Fir-raba' lejl, ħassitha komda u rilassata, iżda meta stembħet għal xi s-2:00am u ttawlet lil Audrey, reġgħet sabet li ma kinetx hemm. Ġisimha kesaħ u tfixklet. Tħawdek x'kienet se tagħmel għax kienet ċerta li t-tifla ma setax kellha aċċess għal dik il-kamra. Kontra kull mistenni, meta telgħet fuq, sabet il-bieb tal-kamra mbexxaq u sabet lil Audrey f 'nofs il-kamra, imdawra b'forma ta' dija, u meta bexxqet il-bieb, dik il-forma ta' dija resqet lejha u bħal donnu mbuttatha 'l barra, u l-bieb ingħalaq. Tkompli... Kull min jordna kopja tal-ktieb il-ġdid tiegħi, 'PaulJon L-Ispirtwalista' minn fuq din il-paġna, jingħata xahar b'xejn gazzetta ILLUM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 July 2016