Illum previous editions

ILLUM 10 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/702135

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Il-futbol minn dejjem kien l-isport favorit tiegħi minn ta' età żgħira. Missieri kien jeħodni l-grawnd, kemm Malta kif ukoll meta konna nsiefru. Kont bdejt nipprattikah ġewwa San Alwiġi. Ta' età żgħira, kienet bdiet il-ħajra lejn il-kowċing ukoll u l-ewwel klabb li tani l-fiduċja kien Melita. Irrakkonta l-ewwel esperjenza tiegħek bħala kowċ ma' Melita. Kif diġà semmejt, Melita, kien l-ewwel klabb li afdani bit-timijiet tiegħu u bdejt nikkowċja lit-tim ta' taħt it-12-il sena. Wara dik l-esperjenza, ħadt ħsieb it-tim ta' taħt l-14-il sena, fejn għamilt tliet snin ta' suċċess. Fl-ewwel sentejn ħadna żewġ promozzjonijiet filwaqt li fit-tielet sena, ġejna fir-raba' post f 'Sezzjoni A. Minn hemmhekk, tlajt għat-tim tal-Minors u fl-2002 ġejt maħtur bħala l-kowċ tal-kbar fl-età żgħira ta' 23 sena fejn qattajt madwar seba' staġuni. Mal-Melita, irnexxieli nirbaħ promozzjoni wkoll mit- Tielet għat-Tieni Diviżjoni. Minn hawnhekk, nixtieq nirringrazzjahom talli dejjem afdaw fija. Xi tgħidilna dwar l-ewwel esperjenza tiegħek bħala kowċ ta' Ħamrun Spartans? Waqt l-esperjenza mat-tim ta' Melita, ġietni l-opportunità li nikkowċja lit-tim ta' Ħamrun Spartans li kien qiegħed fl-ogħla diviżjoni u li ried isalva għax kien jinsab f 'sitwazzjoni kritika. Nista' ngħid li Ħamrun Spartans afdaw fija għall-ewwel darba, minkejja li kien għad kelli biss 29 sena. Kellek esperjenza bħala Direttur Tekniku mat-tim ta' Qormi. Kemm kienet differenti mill-irwol ta' kowċing? Hekk hu. Kienet esperjenza totalment differenti iżda tgħallimt fiha u ħadt gost ħafna li okkupajt dan it-tip ta' rwol. Kelli relazzjoni tajba ma' Stephen Azzopardi, li kien il- kowċ dak iż-żmien u kont anke viċin tan-nursery. Iżda ngħiduha kif inhi, kowċ ikun irid li jikkowċja u infatti hekk ġara ftit wara għaliex ġietni l-opportunità bħala kowċ mat-tim ta' Mosta. Waqt l-esperjenza ma' Qormi, ġietek l-opportunità li tkun kowċ ma' Mosta, li int aċċettajt u ħadt it-tmun tagħhom. Irrakontalna dik l-esperjenza. Ma' Mosta għamilt staġun u nofs, fejn fl-ewwel sena, irnexxielna nsalvaw minkejja li kienu qegħdin f 'qagħda delikata b'ħames punti meta wasalt jien. Fit-tieni sena, ġibna iżjed plejers u kellna tim ta' kalibru għoli bi plejers bħal Daniel Bogdanovic u Justin Haber fost l-oħrajn. Iżda wara li lħaqna l-għan li nidħlu fiċ- Championship Pool, ħafna mill- plejers telqu u ta' min isemmi li jien kont fthemt mal-klabb li ġaladarba l-għan kien intlaħaq, ma ninżilx iktar fuq il-bank. Wara Mosta, erġajt ingħaqadt ma' Ħamrun Spartans. X'immotivak matul dawn is-sentejn u x'kien is- sigriet taż-żewġ promozzjonijiet? Meta ġejt, l-ambizzjoni tal- president ta' Ħamrun Spartans, Daniel Sullivan u tal-kumitat kienet dik li nitilgħu fl-ogħla kampjonat malajr kemm jista' jkun. Ma kinitx faċli għaliex it-tim kien ġej minn żewġ relegazzjonijiet konsekuttivi iżda l-kumitat mexa b'mod serju u professjonali u wera li jrid jaħdem. Fl-ewwel sena, ippruvajna ma nitilfux l-element żagħżugħ u għena nitilgħu fl-ewwel diviżjoni. Din is-sena, ġibna iżjed plejers sabiex inkabbru l-iskwadra u anke sabiex ikollna iżjed esperjenza. Ressaqna iżjed il-partitarji lejn il-partiti tagħna wkoll. Din is-sena kellna staġun pożittiv fejn temmejna l-kampjonat mingħajr telfa, taqta' t-telfa fuq il- mejda li m'għandniex kontroll fuqha. Semmejt it-telfa fuq il-mejda. X'tikkumenta dwar l-operat tal- klabbs Maltin? In-nies li jaħdmu fil-kumitati tal- klabbs tal-futbol lokali huma nies voluntiera li jagħtu ħinhom. Irridu nifhmu li huma għandhom ix- xogħol tagħhom u l-familji tagħhom. Minkejja dan, xorta nemmen li saru avvanzi fl-operat tal-klabbs iżda kieku mqar ikun hemm iżjed nies 'full-timers' fil-kumitati, nemmen li jitnaqqsu iżjed żbalji. X'tip ta' għajnuna sibt mill-kumitat ta' Ħamrun Spartans? Ma kienx perjodu feliċi fil-bidu għaliex kif semmejt qabel, Ħamrun Spartans kienu ġejjin minn żewg relegazzjonijiet, iżda l-kumitat għeni ħafna u l-iżjed ħaġa importanti, ħallieni naħdem. Barra minn hekk, il-partitartji baqgħu leali lejn it-tim u kienu jiġu anke meta konna fit-Tieni Diviżjoni. Int ikkonfermat bħala kowċ ta' Ħamrun Spartans għall-istaġun li ġej? Rigward il-futur tiegħi, jien għad baqagħli sena fil-kuntratt ma' Ħamrun Spartans. Taqbel mal-fatt li l-Kampjonat Premier ikun kompost minn 14-il tim? illum | Il-Ħadd 10 ta' Lulju 2016 Cristian Antony Muscat Steve D'Amato - kowċ ta' esperjenza kbira fil-futbol lokali u li jista' jiġi kkunsidrat bħala l-moħħ ewlieni wara r-ritorn ta' Ħamrun Spartans fil-Premier Il-moħħ wara r-ritorn ta' Ħamrun Sports 34 "Nemmen li saru avvanzi fl-operat tal-klabbs iżda kieku mqar ikun hemm iżjed nies 'full-timers' fil- kumitati, nemmen li jitnaqqsu iżjed żbalji"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 July 2016