Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/702135
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 10 ta' Lulju 2016 SEJĦA GĦALL-OFFERTI Bħala parti mill-proġett JUST/2014/RGEN/AG/GEND/7785 – 'Equality Beyond Gender Roles' – il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) qed tniedi sejħa għal sottomissjonijiet għall-provvediment ta': REFERENZA TAL-PUBBLIKAZZJONI: DT- NCPE/01/2016 TITLU TAL-OFFERTA: Provvediment ta' Disinn, Stampar u Produzzjoni ta' Materjal Promozzjonali għall- Proġett JUST/2014/RGEN/AG/GEND/7785 – Equality Beyond Gender Roles Mistoqsijiet għandhom jintbagħtu fuq is-sistema elettronika e-PPS sa mhux aktar tard mill-Erbgħa 20 ta' Lulju 2016 sa 12:00pm. Fl-email għandhom jiġu speċifikati r-referenza tal-pubblikazzjoni u t-titlu tal-offerta. Laqgħa ta' kjarifikazzjoni se ssir it-Tlieta 12 ta' Lulju 2016 fl-10:00am fl-uffiċċju tal-NCPE. Is- sottomissjonijiet għandhom jintbagħtu sa mhux aktar tard mill-Erbgħa 27 ta' Lulju 2016 fid-9:30am fuq is-sistema elettronika e-PPS https://www.etenders.gov.mt/epps/home.do REFERENZA TAL-PUBBLIKAZZJONI: DT-NCPE/02/2016 TITLU TAL-OFFERTA: Provvediment ta' Servizzi ta' Reklamar għall-Proġett JUST/2014/RGEN/AG/GEND/7785 – Equality Beyond Gender Roles Mistoqsijiet għandhom jintbagħtu fuq is-sistema elettronika e-PPS sa mhux aktar tard mit-Tlieta 19 ta' Lulju 2016 sa 12:00pm. Fl-email għandhom jiġu speċifikati r-referenza tal-pubblikazzjoni u t-titlu tal-offerta. Laqgħa ta' kjarifikazzjoni se ssir it-Tlieta 12 ta' Lulju 2016 fil-11:00am fl-uffiċċju tal-NCPE. Is- sottomissjonijiet jintlaqgħu direttament fl-uffiċini tal-NCPE, sa mhux aktar tard mill-Erbgħa 27 ta' Lulju 2016 fl-10:30am fuq is-sistema elettronika e-PPS https://www.etenders.gov.mt/epps/home.do REFERENZA TAL-PUBBLIKAZZJONI: DT- NCPE/03/2016 TITLU TAL-OFFERTA: Provvediment ta' Roving Exhibition Van għall-Proġett JUST/2014/RGEN/AG/GEND/7785 – Equality Beyond Gender Roles Mistoqsijiet għandhom jintbagħtu fuq is-sistema elettronika e-PPS sa mhux aktar tard mit-Tnejn 18 ta' Lujlu 2016 sa 12:00pm. Fl-email għandhom jiġu speċifikati r-referenza tal-pubblikazzjoni u t-titlu tal-offerta. Laqgħa ta' kjarifikazzjoni se ssir l-Erbgħa 13 ta' Lujlu 2016 fl-10:00am fl-uffiċċju tal-NCPE. Is- sottomissjonijiet jintlaqgħu direttament fl-uffiċini tal-NCPE sa mhux aktar tard mill-Erbgħa 27 ta' Lulju 2016 fil-11:30am fuq is-sistema elettronika e-PPS https://www.etenders.gov.mt/epps/home.do REFERENZA TAL-PUBBLIKAZZJONI: DT-NCPE/04/2016 TITLU TAL-OFFERTA: Provvediment ta' Animated Clip Edukattiv għall-Proġett JUST/2014/RGEN/AG/GEND/7785 – Equality Beyond Gender Roles Mistoqsijiet għandhom jintbagħtu fuq is-sistema elettronika e-PPS sa mhux aktar tard mit-Tnejn 18 ta' Lulju 2016 sa 12:00pm. Fl-email għandhom jiġu speċifikati r-referenza tal-pubblikazzjoni u t-titlu tal-offerta. Laqgħa ta' kjarifikazzjoni se ssir it-Tlieta 12 ta' Lulju 2016 fid-9:00am fl-uffiċċju tal-NCPE. Is- sottomissjonijiet jintlaqgħu direttament fl-uffiċini tal-NCPE sa mhux aktar tard mill-Erbgħa 27 ta' Lujlu 2016 fl-10:00am fuq is-sistema elettronika e-PPS https://www.etenders.gov.mt/epps/home.do REFERENZA TAL-PUBBLIKAZZJONI: DT-NCPE/05/2016 TITLU TAL-OFFERTA: Provvediment ta' Postijiet u Ikel li possibilment ġejjin minn sorsi organiċi għall- Proġett JUST/2014/RGEN/AG/GEND/7785 – Equality Beyond Gender Roles Mistoqsijiet għandhom jintbagħtu fuq is-sistema elettronika e-PPS sa mhux aktar tard mill-Erbgħa 20 ta' Lujlu 2016 sa 12:00pm. Fl-email għandhom jiġu speċifikati r-referenza tal-pubblikazzjoni u t-titlu tal-offerta. Laqgħa ta' kjarifikazzjoni se ssir l-Erbgħa 13 ta' Lujlu 2016 fil-11:00am fl-uffiċċju tal-NCPE. Is- sottomissjonijiet jintlaqgħu direttament fl-uffiċini tal-NCPE sa mhux aktar tard mill-Erbgħa 27 ta' Lulju 2016 fil-11:00am fuq is-sistema elettronika e-PPS https://www.etenders.gov.mt/epps/home.do NCPE Gattard House, National Road, Blata l-Bajda, HMR 9010 Tel: 2590 3850 Fax: 2590 3851 E-mail: equality@gov.mt Web: www.equality.gov.mt Programm Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza (2014-2020) Proġett ko-finanżjat mill-Unjoni Ewropeja Rata ta' ko-finanżjarjament: 80% fondi ewropej; 20% fondi nazzjonali 'F'idejn l-awtoritajiet mhux f 'idejna jekk hux kontraċettiv jew le' - Partit Nazzjonalista Tkompli minn paġna 1 DAWN kienu Claudette Buttigieg, Giovanna Debono u Kristy Debono. Dan filwaqt li Paula Mifsud Bonnici u Marthese Portelli, meta mistoqsijin dwar il-morning after pill, wieġbu dwar l-abort. Buttigieg saħansitra għamlitha ċara mal- ILLUM li dwar din il-kwistjoni, hija għandha opinjoni fermament kontra u li m'għandha bżonn ta' ebda forma ta' gwida dwarha. S'issa, l-ebda fergħa mill-Partit Nazzjonalista m'esprimiet il-pożizzjoni tagħha dwar din il- kwistjoni, lanqas il- Moviment Nisa Partit Nazzjonalista (MNPN). Dan b'kuntrast ma' Nisa Laburisti u l-Forum Zgħażagħ Laburisti li esprimew ruħhom favur l-aċċessibbiltà tal-morning after pill u anke l-Alternattiva Demokratika, li ddeskriviet dan il- kontraċettiv bħala "neċessità." Din il-gazzetta staqsiet ukoll għalfejn il-PN għadu m'esprimiex opinjoni dwar din il-kwistjoni meta ż-żewġ partit l-oħrajn għamlu dan f 'forma jew oħra, kif ukoll fid-dawl tad-dibattitu li għaddej fuq il-mezzi tax-xandir. Fit-tweġiba, kelliem tal-PN qal li l-partit dejjem irrisponda għall- mistoqsijiet li kellu fuq din il-kwistjoni u li "huwa f 'idejn l-awtoritajiet kompetenti biex jikkonfermaw jekk il-morning after pill hix kontraċettiv jew le." Fir-risposta lil din il- gazzetta, il-PN jgħid ukoll li jekk dawn l-awtoritajiet jistabbilixxu li dan il- prodott huwa kontraċettiv, "m'għandu jkun hemm l-ebda problema li jitħalla jinbiegħ f 'pajjiżna. Huwa biss f 'każ li jiġi stabbilit li l-pillola tikkawża abort li ma tkunx tista' titħalla peress, kif jaf kulħadd, l-abort huwa illegali f 'pajjiżna." F'artiklu li qed jidher illum fuq il-gazzetta oħt Maltatoday, il-Professur Anthony Serracino Inglott jgħid li r-realtà ta' pajjiżna hija li filwaqt li l-morning after pill, bħal 'EllaOne' mhumiex aċċessibbli, tobba Maltin jgħidu lill-pazjenti tagħhom biex jixtru sostitut bħall- Esmya. Meta mara tieħu sitta minn din it-tip ta' pillola, ikollha eżatt l-istess effett tal-morning after pill. Il-prezz ta' din it-tip ta' mediċina huwa ta' madwar €247 għal kull kaxxa. Anke ma' din il- gazzetta, Andrea Dibben mill-Fondazzjoni għad- Drittijiet tan-Nisa u waħda minn nisa li fetħu protest ġudizzjarju, spjegat kif fil-fatt, il-morning after pill ilha teżisti f 'pajjiżna fil-forma ta' pilloli oħrajn. ...dawn ma ddejqux jesprimu lilhom infushom kontra Ħadd ma weġġa' fi splużjonijiet f 'Ħal Luqa SPLUŻJONI f 'pastizzerija f 'Ħal Luqa ma tħalli l-ebda midrub, hekk kif il-pulizija intervjeniet f 'waqtha u evakwat lir-residenti tal- madwar, qabel ma saru żewġ splużjonijiet oħra. L-inċident seħħ ilbieraħ filgħodu għall-ħabta tas- 2:00am, hekk kif il-Pulizija ta' Ħal Luqa li kienu jinsabu fl- għassa, semgħu splużjoni ġejja minn barra. Hekk kif il-Pulizija ħarġu mill-għassa, innutaw nirien f 'pastizzerija li tinsab viċin fi Triq Sant' Andrija. Fl-istess mumenti ġew innutati li x-shutter u t-tieqa tal-ħanut kienu nqalgħu aktarx bl-istess splużjoni u spiċċaw fit-triq. Hekk kif raw dan, il-Pulizija bdew immedjatament jevakwaw kemm lir-residenzi li jinsabu fuq il-pastizzerija kif ukoll xi residenzi oħrajn li kienu fuq wara. Sakemm il-Pulizija kienet qed tagħmel dan l-eżerċizzju ta' prekawzzjoni seħħew żewġ spluzzjonijiet oħra. Fuq il-post issejjħet ambulanza sabiex tassisti xi feruti li seta' kien hemm, iżda fortunatament, ħadd ma indarab. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.