Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/702135
Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 10 ta' Lulju 2016 | illum 'Irridu tfal li jagħmlu mill- għawm il-karriera tagħhom' Se jinfetħu l-bibien tal- Akkademja tal-għawm biex minnha joħorġu l-għawwiema professjonisti tal-futur minn Ruben Anthony Xuereb "JIEN nixtieq li fil-futur qarib, mill-akkademja tal-għawm ta' Birżebbuġa jittellgħu għawwiema li jibdew mit tfulija u jibqgħu telgħin biex jagħmlu mill-għawm il-karriera tagħhom." Din hija x-xewqa ta' George Farrugia, il-President tal- kumitat tal-Klabb tal-Isports Akwatiku ta' Birżebbuġa. Farrugia jara l-futur tal-piċċ il-ġdid ta' Birżebbuġa bħala wieħed mill-aħjar akkademji tal-għawm li qatt rat Malta, b'korsijiet tal-għawn disponibbli tul is sena kollha. George Farrugia tkellem mal-ILLUM dwar il-piċċ ta' Birżebbuġa, li bħalissa jinsab fil-fażijiet finali ta' ristrutturazzjoni kompluta, permezz tax-xogħol u d-determinazzjoni tal- kumitat, li ħadem biex tingħata dehra ġdida lill-piċċ wara li dan kien tħalla fi stat ta' abbandun għal snin twal. Bħalissa, il-pixxina qed tintuża biss mit-timijiet tal- waterpolo u biex isiru l-ewwel ftit lezzjonijiet tal-għawn li qed isiru taħt superviżjoni, minħabba li fil-kumpless għadhom għaddejjin ix- xogħlijiet. Minn dan ix-xahar jibdew aktar lezzjonijiet u korsijiet tal-għawm, b'total ta' 15-il kors immirat għal etajiet differenti ta' bejn it-3-5 snin, 6-8 snin, 9-12-il sena, 13-15-il sena u 'l fuq minn 16-il-sena. Diġà applikaw 240 tifel u tifla għall-korsijiet Farrugia informa lil din il-gazzetta li s'issa diġà hemm 240 tifel u tifla li applikaw għall-korsijiet ta' dan is- sajf. Hu qal li "kien proġett ambizzjuż għall-ewwel sena, biss ir-residenti ġew bi ħġarhom u wrew fiduċja assoluta fil-klabb." Bi skeda dettaljata ta' lezzjonijiet bejn id-09:00 ta' filgħodu u s-6:00 ta' filgħaxija, fil-pixxina se jibda jkun hemm lezzjonijiet kuljum. Il-lezzjonijiet se jkunu qegħdin jingħataw minn sitt coachjes professjonali, tnejn minnhom barranin, u kollha kemm huma kwalifikati biex jgħallmu l-għawn. "Għall-ewwel darba f 'Birżebbuġa," saħaq Farrugia, "se jkun hawn ukoll kors tal- għawm sinkronizzat, b'coach Ingliża li saħansitra kienet tgħallem fuq livell olimpiku" Il-korsijiet se jkunu miftuħin għall-publiku ta' Malta kollha, bl-għola kors jiswa €95 għal 26 lezzjoni. Mis-sena d-dieħla, waqt il-ħinijiet tal-lezzjonijiet, il-pixxina tkun maqsuma fi tnejn, biex in-nofs li fih ma jkunux għaddejjin lezzjonijiet, ikun aċċessibbli għall-pubbliku, li jista' jibbenefika minn sħubija bi ħlas għal pakketti perjodici jew anke biljetti għal użu ta' ġurnata biss. Farrugia spjega li l-operat tal-piċċ se jsir f 'forma ta' Public Private Partnership fejn il-finanzi jiġu ġġenerati kemm mill-kummerċ kif ukoll mis-sħubija tal-membri. "L-ispiża biex tmexxi pool bħal dan hi konsiderevoli. Issa, aktar ma niġġeneraw dħul mill-parti kummerċjali, aktar inkunu nistgħu nbaxxu l-ħlas dovut mill-membri tagħna," qal Farrugia. Ristorant, kafetterija u gym "Minbarra l-pixxina, se jkun hemm ukoll ristorant, kafetterija u gym, għall- iskopijiet kummerċjali tal- kumpless," tenna Farrugia, li saħaq li "l-interess prinċipali tal-kumitat huwa t-tmexxija tal-akkademja tal-għawn u kien għaldaqstant li ttieħdet id-deċiżjoni li jingħataw ir-ristorant u l-gym lill- barranin, biex il-kumitat ikun jista' jiffoka fuq it taħriġ tat-tfal u fuq it-timijiet tal- waterpolo." L-aspett kummerċjali tal- kumpless se jkun magħmul minn kafetterija fuq il- parti msejħa 'il-bejt', li hija aċċessibbli mit-triq li hemm fin-naħa ta' fuq u ristorant fuq in-naħa t'isfel, livell mal- pixxina, li jinfed ukoll mal- kaffetterija. Ir-ristorant se jkun miftuħ biex iservi ikliet ta' nofsinhar u filgħaxija, filwaqt li l-kafetterija tkun miftuħa l-ġurnata kollha. Farrugia sostna li, "dan se jkun ristorant ta' kalibru u kwalità, mhux post fejn lakemm tieħu ħobza. Ir-ristorant se jirrifletti l-bqija tal-kumpless, bi kwalità ta' servizz u ikel." Għat-tmexxija tar-ristorant u l-kafetterija, ħareg tender publiku f 'Jannar li għadda, bil-koperazzjoni tal-Kunsill Lokali u bord tal-għażla indipendenti mill-kumitat biex tiġi assikurata għażla trasparenti. Mill-applikanti għat-tender intagħżel is-sid li għandu wkoll ir-ristorant 'iPlace', f 'Marsaxlokk. Farrugia spjega kif "l-operatur se jkun qed imexxi r-ristorant hu, imma dejjem jibqa' taħt id- direzzjoni u l-approvazzjoni tal-kumitat għal kull deċiżjoni li tista' tolqot il-membri." L-istabbiliment tal-ikel għandu jitlesta sal- aħħar ta' Ottubru u jiftaħ għall- pubbliku aktar tard din is-sena. Hemm ukoll proposta għal gym, fejn digà ħareġ tender għal min irid jarmah u jmexxih. It-tender jagħlaq fil- 5 ta' dan ix-xahar fejn il-kandidat magħżul, ikun meħtieġ li jibda jopera l-gym sal-aħħar tas-sena. Il-kumpless għandu jkun lest u miftuħ kompletament lejn l-aħħar ta' din is-sena. Il-Pixxina diġà bdiet tintuża dan is-sajf Dehra artisitika tal- kumpless finalizzat Riġenerazzjoni għal Marsaxlokk, fi proġett ta' €6 miljun ILGVERN se jkun qed jinvesti fi proġett ta' riġenerazzjoni għar-raħal tas-sajjieda, Marsaxlokk. Il-proġett se jkun qed jiswa b'kollox €6 miljuni u se jinkludi titjib f 'ħafna mit-toroq, parkeġġi, restawr ta' bini antik u promenade kompletament ġdida u aktar modern. Il-Ministru Konrad Mizzi, li ħabbar dan il-proġett sostna li dan juri kemm il-Gvern huwa kommess li jara titjib fl-għixien tan-nies fin-naħa t'isfel tal-pajjiż, speċjalment f 'Marsaxlokk fejn il-Gvern għaddej bi proġett biex jaqleb il-Power Station għal waħda li taħdem bil-gass. Apparti t-tisbiħ max-xatt, parti mix-Xatt tas-Sajjieda se jsir pedonali u għalhekk miftuħ għan-nies biss, tisbieħ taż-żona tal-Magħluq u restawr tat-torri Vendome. Dehriet artistiċi ta' Marsaxlokk wara l-proġett