Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/702135
Il-Ħadd 10 ta' Lulju 2016 | illum Sports 29 'Din hija ħolma li saret realtà għalija' - Andrè Schembri JEKK hemm plejer Malti li f 'dawn l-aħħar snin għamel isem kbir għal Malta, m'hemmx dubju li dan ma kien ħadd ħlief l-istilla tal-mument, Andrè Schembri. Ftit tal-jiem ilu, tħabbar kif wara l-esperjenza mill-aqwa li kellu mat- tim Ċiprijott, Omonia Nicosia, huwa kien ngħaqad mal-ġganti Portugiżi, Boavista. Propju ftit jiem wara li ffirma l-kuntratt tiegħu ma' dan il-klabb, din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' Schembri nnifsu fil-Portugall, fejn tana dawn il-kummenti esklussivi rigward kif qed iħares lejn din l-esperjenza unika fil-karriera mill-aqwa tiegħu sa issa bħala futboler. Huwa bla tlaqliq stqarr li din hija ħolma li saret realtà għalih. "Ili naħdem għal dan il- mument minn mindu kont żgħir. L-ewwel ħolma li kelli kienet li dik li jirnexxieli nagħmilha barra minn Malta, u ġaladarba wasalt s'hawn, tfajt tragward ieħor importanti fil- karriera tiegħi - dak li nipprova nilgħab f 'wieħed mill-kampjonati kbar fid-dinja." Schembri kompla jgħid li s-sagrifiċċji li għamel f 'dawn l-aħħar disa' snin waħdi barra minn Malta, wasslu għal dan il- mument. "Nirringrazzja lill-familja tiegħi kollha speċjalment lill- mara li ħeġġitni bis-sħiħ biex nieħu din l-opportunità unika fil- Portugall ma' Boavista," temm jgħid Andrè Schembri. Andrè Schembri bil- okk tal-klabb ġdid tiegħu l-Portugall, Boavista Christian Schembri fl -aqwa tiegħu ITTIENI ġlieda tal- boxer ewlieni Malti Christian Schembri fix- xahar ta' Ġunju seħħet fi 'Prizeboxing Promotions Summer Brawl': programm ta' ġlidiet li għat-tielet sena konsekuttiva ttella' fis- sajf bħala 'outdoor event' mill-promotur ewlieni tal-boxing lokali, Demis Tonna. Il-gazzetta ILLUM għamlet kuntatt personali mal- imsemmi boxer li tkellem dwar il-ħidma tiegħu u l-prestazzjonijiet li qed ikollu. Schembri saħaq li "Din it-taqtiegħa kienet tfisser ħafna għalija għal tliet raġunijiet ewlenin, b'waħda minnhom tkun li reġgħet seħħet fil-Victor Tedesco Stadium, fil-Ħamrun li huwa tant għal qalbi. Kont ħerqan ukoll għaliex ridt inkompli nibni fuq ir- riżultat ta' tliet ġimgħat qabel u nagħti prestazzjoni dominanti, u kont naf li kien se jkolli avversarju validu ħafna Sqalli, Mimmo Mule. Fil-boxing, tliet ġimgħat huma żmien qasir ħafna, meta tikkunsidra li boxer jagħmel bejn tmienja u 12-il ġimgħa, skont preferenza personali tiegħu, biex jipprepara għal kompetizzjoni. Iżda peress li jien għadni fil-bidu tal-karriera tiegħi, jien u t-tim tiegħi ddeċidejna li nidħlu f 'żewġ ġlidiet f 'xahar wieħed, biex niġbru kemm jista' jkun esperjenza, u din id-deċiżjoni ħarġet b'riżultati pożittivi ħafna. Il-preparamenti għal din it-taqtiegħa baqgħu għaddejjin bla waqfien minn wara t-taqtigħa l-oħra, fejn ġurnata biss wara r-rebħa fuq Mirkko Moisar, matul il-ġurnata tat-Tnejn, jien kont qiegħed ġol-'Fight Factory Home of Champions', taħt il- gwida ta' Steve Martin u Roland Sammut biex inkomplu nħejju għal din it-taqtiegħa u nżommu l-kundizzjoni fiżika tiegħi fil-quċċata tagħha. Ta' min jgħid li psikoloġikament din kienet xi ħaġa iebsa, fejn kelli nagħmel tmien ġimgħat sħaħ ta' dieta stretta u nittrenja għaxar darbiet fil-ġimgħa biex ninżel fil-kategorija ta' piż ġdida tiegħi - middleweight (73kg). Barra minn dan, il- promozzjoni tax-xow ħadet daqqa ta' ħarta wkoll meta fil-ġurnata li kellu jseħħ l-avveniment jiġifieri l-24 ta' Ġunju, inqala' maltemp kbir, u peress li r-ring kien qiegħed armat barra fuq il-pitch tal-Victor Tedesco Stadium, dan kellu jkun pospost għall-ġurnata ta' wara, b'konsegwenza li ħafna mill-partitarji li kienu se jattendu kellhom iħassru l-pjanijiet, minħabba li kellhom pjanijiet oħra. Minkejja dawn id- diffikultajiet u s-sagrifiċċji kollha, xorta waħda bqajt ikkonċentrat fuq it-taqtiegħa tiegħi, u kont determinat li nagħti wirja aħjar minn dik ta' tliet ġimgħat qabel, u fil-fatt hekk għamilt. Mimmo Mule, l-avversarju tiegħi, kien ta' statura qasira u matnazza ħafna, allura konna qed nistennewh li jipprova jidħol jiġġieled minn fuq ġewwa, biex ineħħili l-vantaġġ li kelli fuqu tat-tul. Ta' min jgħid ukoll li fiżikament kien b'saħħtu u ma kinitx faċli li jien ninponi ruħi fuqu. Minkejja dan, jiena rnexxieli niddomina l-ġlieda mill-bidu sal- aħħar, fejn irbaħtlu b'mod ċar ħames rawnds minn sitta. Irnexxieli nħaddem it-tekniċi tal-boxing li jien u l-kowċis tiegħi konna ppreparati li nużaw, fejn ridna nżommu lil Mule fuq barra bil-jab u l-cross, nieħdu kontroll tan-nofs tar-ring u ma nħalluh qatt jaqbadna fuq il-ħbula. Irnexxieli wkoll nolqtu b'ħafna daqqiet nodfa li dehru sbieħ f 'għajnejn il-pubbliku u tawhom gost waqt il-ġlieda, u nħaddem affarijiet tekniċi oħrajn li bdejt naħdem fuqhom ma' Roland Sammut u Steve Martin fil-ġimgħat ta' qabel il-ġlieda. L-unika punt negattiv għalija f 'din il-ġlieda seħħ fil-ħames rawnd, fejn għal darb'oħra, Mule pprova jaqbadni fil-ħbula u kif għamilt moviment biex naħarbu, hu żelaq 'il quddiem u ħbatna ras ma' ras, fejn għamilli qasma u kelli nagħmel erba' punti. Dan ġegħelni nieħu ġimgħa sħiħa mistrieħ mit-taħriġ u 28 ġurnata ma nagħmilx sparring fit-taħriġ, biex nipproteġi kemm jista' jkun il-qasma u nħalliha tfieq bl- aħjar mod possibbli. Il-pjan issa huwa li nerġgħu nirritornaw għall- ġlieda oħra fi tmiem is-sajf, f 'avveniment li għandu jsir f 'nofs Settembru, u sadanittant jien u l-kowċis tiegħi naħdmu kemm jista' jkun biex intejbu t-teknika tiegħi, filwaqt li nirranġaw xi difetti li hemm preżentament, biex dejjem nipperfezzjonaw." Finalment, Schembri ried jirrangrazzja lill- isponsors tiegħu tal- għajnuna tagħhom: Eat me I'm Famous, Harmont & Blaine, Eurosport, Sci-MX Nutrition, Browns Valletta Waterfront, Don Michele Italian Fashion u Michael's Butcher tal-Ħamrun. "Fl-aħħar nett nixtieq ngħid grazzi lill-familja u lis-sapporters kollha tieghi li jiġu bi ħġarhom għal kull taqtiegħa li jkolli." Dan filwaqt li ħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jagħtu s-sapport tagħhom fit- taqtiegħa li jmiss, billi jikkuntatjaw lit-tim tiegħu fuq 79311928 jew permezz tal-paġna fuq Facebook, Christian 'iċ-Ċoqqos' Schembri. Christian Schembri -azzjoni kontra l-boxer Sqalli, Mimmo Mule Ritratt: A. Bonnici Photography