Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/702135
Il-Ħadd 10 ta' Lulju 2016| illum Aħbarijiet 3 'Tmejlu bina darba diġà… nisperaw li ma jerġgħux' minn Ruben Anthony Xuereb DIĠÀ tmejjel bina l-Gvern preċedenti dwar il-permessi, nispera li l-affarijiet ikunu differenti din id-darba." Dan qalu sid ta' waħda mill- gabbani fid-daħla tal-Belt b'risposta għall-mistoqsijiet tal-ILLUM dwar il-proġett ta' tisbieħ propost, li se jfisser li l-pjazza tat-tritoni se ssir waħda pedonali. Kienet din il-gazzetta li żvelat kif dawn is-sidien irċevew ittra mingħand id-Dipartiment tal-Artijiet biex tinfurmahom li sa din il- ġimgħa kellhom jiżgumbraw iż-żona. Minkejja dan, mal- ILLUM, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet, Deborah Schembri, qalet li bħalissa għaddejjin laqgħat li għandhom iwasslu għal soluzzjonijiet differenti għas-sidien preżenti tal- gabbani. Schembri żvelat ukoll kif il-proġett tal-pjazza se jinkorpora fih għaxar gabbani. Dan ma waqqafx lis-sidien tal-gabbani milli jesprimu r-rabja u sens ta' inċertezza li jinsabu fih. Negozjant li ilu 40 sena jaħdem fil-gabbana tiegħu saħaq ma' din il-gazzetta li "filwaqt li l-proġett jista' jkun viżwalment sabiħ, l-effett veru mhux se jkun fuq dawk li se jgawdu żona pedonali, iżda fuq nies bħali li ħa jitlfu l-ħobża tagħhom." Sid ta' gabbana oħra li kien urtat ħafna dwar l-ittra ta' żgumbrament, qalilna li "proġetti għandhom isiru għall-aħjar, mhux għad- detriment ta' negozjanti," li ddeskriva bħala "l-vittmi ta' dan il-progress sfurzat li jridu għall-Belt." Impjegat f 'waħda mill- gabbani stqarr magħna li minħabba din id-deċiżjoni, hu se jitlef l-impjieġ li ilu fih għal dawn l-aħħar snin. "Kif sid il-gabbana jiżgombra, niġi żġumbrat jien ukoll u nispiċċa mingħajr xogħol." L-impjegat saħaq ukoll li s'issa, ħadd għadu ma jaf jekk il-permessi tas- sidien eżistenti humiex se jitmexxew għall-gabbani l-ġodda. "Li naf biss, li jien min hawn għall-ETC," temm jgħid l-impjegat. Is-sidien tal-gabbani li tkellimmna magħhom, kollha xtaqu jibqgħu anonimi. Sid wieħed partikolari saħaq li "wara nitkellmu aħjar, għax jekk nibqgħu b'xejn, inutli nitkellmu dwar x'naħsbu…" L-ILLUM tkellmet ukoll ma' xi nies dwar kif bidliet fid-dehra, u fil-loġistika tad- daħla tal-Belt jaffetwaw ukoll lil dawk li jaħdmu l-Belt jew jidħlu ta' spiss fil-kapitali. Malcolm Laudi, ħaddiem ta' 37 sena, stqarr mal- ILLUM li l-Belt digà għanda limitazzjonjiet dwar il- parkeġġ ta' vetturi privati, u għalhekk ħafna nies li jaħdmu l-Belt jagħżlu li jużaw it-trasport pubbliku. "Jekk il-venda tispiċċa 'l bogħod wisq minn Bieb il- Belt, jintilef il-vantaġġ li tuża' tal-linja għax xorta tibla' mixja biex tidħol għax- xogħol." Debra Lee Coleiro, tfajla li taħdem il-Belt u tuża t-trasport pubbliku kuljum stqarret magħna li min jaħdem il-Belt, xejn ma jkun jaqbillu li l-venda tmur iktar 'il bogħod minn bieb il-Belt. "Il-venda tkun komda aktar viċin tad-daħla tal-Belt, speċjalment filgħaxija meta tfajla bħali tkun trid timxi waħedha biex taqbad il- karozza," qaltilna Coleiro. Mistoqsija dwar x'jaħsbu dwar il-gabbani fid-daħla, kemm Malcolm u Debra Lee saħqu li "l-gabbani għandhom ikunu fid-daħla tal-Belt għal min ikun dieħel u ħiereġ biex jixtri xi ħaġa." Minbarra n-negozjanti u l-ħaddiema, ir-residenti tal-Belt ukoll jiġu milquta minn proġetti li jaffetwaw il-kapitali. Charles Azzopardi mill-Belt, jaqbel mal-proġett ta' tisbieħ fid-daħla tal-Belt u jistqarr li "sakemm il-proġett huwa tajjeb għall-pajjiż, tajjeb li jsir. Bħala Belti, Charles huwa favur li d-daħla ssir pedonali għax skont hu, "it-toroq tal-Belt huma għan- nies, mhux għall-karozzi." Segwi l-kummenti tan-nies f 'Vox Pop fuq is-sit www.illum.com.mt Tal-gabbani jitkellmu mal-ILLUM dwar il-futur tagħhom Malcolm Laudi Debra Lee Coleiro Charles Azzopardi Telqa, ħmieġ u abbandun