Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/702135
Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 10 ta' Lulju 2016 | illum Is-sitwazzjoni tal-Gwardjani Lokali l-Belt Valletta 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Finance and Contracts Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Design, Development and Implementation of a MITA Procurement Web Application – T078/16 Data ta' ħruġ: 8 ta' Lulju 2016 / Data ta' għeluq: 5 t'Awwissu 2016 Il-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI Operaturi Ekonomiċi li huma interessati biex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa biex jieħdu nota għall-workshops li jiġu organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training, It-Telgħa Ta' Sa Maison, Il-Furjana FRN1610. F'dawn il-workshops, operaturi ekonomiċi jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. 'Fejn jidħol Għawdex, il-PN għadu l-baħar ' Chris Said jaqla' daqqa 'l isfel -elezzjoni għall-Kumitat Reġjonali tal-PN minn Albert Gauci Cunningham "FEJN jirrigwarda Għawdex, il-Partit Nazzjonalista għadu l-baħar. Hawn il-garr, Simon Busuttil mhux li wisq popolari u l-partit mhux qed isib biżżejjed nies biex joħorġu bħala kandidati. U biex tkompli tgħaxxaq, il-partit huwa prattikament mifrud hawnhekk." Hekk sostniet ma' din il- gazzetta, persuna qrib ħafna tat-tmexxija u l-operat tal-PN f 'Għawdex hekk kif wara li nhar il- Ġimgħa li għadda saret elezzjoni għall-Kumitat Reġjonali t'Għawdex. Dan is-sors qalilna li fost bosta attivisti tal- Partit fit-tlettax-il distrett, hemm apatija kbira, "u biex tgħaxxaq il-Labour qiegħed jaħdem sew. Jekk se nibqgħu sejrin hekk, jaf nerġgħu nitilfu t-tielet siġġu fl-elezzjoni li ġejja." Il-persuna li kellmitna kkonfermat li l-pjan tal-PN li Simon Busuttil joħroġ fuq it-13-il distrett, żvelat minn l-ILLUM nhar it-13 ta' Marzu li għadda, mhux talli ntesa, talli kompla jissaħħaħ wara l-elezzjoni għall-Kumitat Reġjonali għal Għawdex li saret nhar il-Ġimgħa li għadda. Dan il-kumitat huwa l-ogħla organu tal-PN f 'Għawdex u sentejn ilu kien mibdul l-istatut tal-Partit biex seta' jinħoloq. Is-sorsi li tkellmu magħna qalu li din l-elezzjoni serviet ta' daqqa 'l isfel għal Chris Said li kellu sitt kandidati f 'din l-elezzjoni li jappoġġjaw lilu u li minnhom kien elett wieħed biss. L-unika kandidat li huwa magħruf li jagħti appoġġ lil Said u li kien elett huwa Jonathan Mintoff, membru tal-Front Favur il-Mina. Il-kandidati l-oħrajn li huma magħrufin li jappoġġjaw lil Said u li ma kinux eletti huma Daniel Cordina, George Cremona, Paul Mercieca, Elvin Tabone u Patrick Vassallo. Is-sorsi tagħna spjegaw kif dan ir-riżultat, "kompla jiżola lil Said, hekk kif nies bħal Euchar Mizzi li huma qrib ħafna ta' Simon Busuttil saħħew idejhom." Fil-fatt, Mizzi għandu lil ibnu stess, Kevin Mizzi, jaħdem bħala assistent ma' Simon Busuttil. "Dan ifisser li Busuttil issa rebaħ iktar saħħa f 'Għawdex filwaqt li Said ħa għaddsa 'l isfel." F'ittra li nbagħtet lit-tesserati kollha tal-PN f 'Għawdex, is-Segretarju Ġenerali Rosette Thake saħqet dwar l-importanza li kulħadd imur jivvota, "biex inkomplu nsaħħu u nġeddu lill- PN b'risq Għawdex u l-Għawdxin." Minkejja kollox iżda, kompla jgħidilna s-sors Għawdxi, il-partit għadu qed ibati ħafna. "Dawk l-eluf li dejjem ivvutaw lil Giovanna Debono mhux se jivvutaw lil Chris Said u apparti minn Said, s'issa ħafna mill-kandidati l-oħrajn għad għandhom ftit esperjenza. Dawn qed iħabbtuha ma' politiċi min- naħa l-oħra bħal Anton Refalo, li għandu għeruqu sodi ħafna f 'Għawdex." Idejn Busuttil issaħħet permezz ta' Euchar Mizzi. Ben Mizzi huwa l-assistent ta' Busuttil Mintoff l-unika spalla ta' Said? Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta diżappuntant bil-Gwardjani Lokali ILKUNSILL Lokali tal-Belt Valletta jinsab diżappuntat bil-livell ta' servizz li qed joffru l-Gwardjani Lokali fil-Belt Kapitali. Il-Kunsill Lokali saħaq li filwaqt li kontinwament qed jinforma lil-LESA, l-aġenzija risponsabbli mill-Gwardjani Lokali, dwar numru ta' irregolaritajiet li qed isiru, xorta waħda mhux qed tittieħed l-azzjoni meħtieġa. "L-attività fil-Belt Valletta qed tiġi kontinwament ostakolata minn numru ta' inġenji ta' kuntratturi li qed jostakolaw it-toroq u joħolqu periklu għall-publiku," saħaq il-Kunsill fi stqarrija. "Hemm ukoll numru kbir ta' sidien tal-ħwienet qed joħolqu inkonvenjenzi kbar billi joħorġu bla permess numru ta' imwejjed u siġġijiet fit-toroq, kif ukoll bl-ammont ta' iskart li qed jintrema illegalment f 'postijiet u f 'ħinijiet irregolari." Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta jinnota li qed ikun hemm ukoll abbużi kontinwi fl-organizzazjoni tat- traffiku u bil-parkeġġ irregolari tal-karozzi. Il-Kunsill ilmenta li din is-sitwazzjoni qed toħloq inkonvenjenzi kbar mhux biss lir-residenti tal-Belt Valletta, iżda lil dawk kollha li jidħlu l-Belt Valletta kemm Maltin kif ukoll turisti, li bir-raġun jixtiequ jaraw it-toroq tal-Kapitali Maltija miżmuma u organizzati kif jixraq. Il-Kunsill Lokali tal- Belt jappella lill-Aġenzija responsabbli mill-Gwardjani Lokali biex issir l-isforz meħtieġ biex jissolvew dawn il-problemi. Min-naħa tiegħu, il-Kunsill Lokali qal li lest li joffri l-kollaborazzjoni u l-għajnuna kollha tiegħu fl-aħjar interess tal-lokalitża u tar-residenti.