Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/702135
illum | Il-Ħadd 10 ta' Lulju 2016 24 Kummerċjali L-Air Malta tniedi esperjenza unika fuq it-titjiriet speċifikament għat-tfal L-Air Malta nediet SKY KIDS – l-ewwel esperjenza li qatt eżistiet ta' intratteniment speċjali maħsuba speċifikament għat-tfal żgħar matul titjiriet. Il-linja tal-ajru nazzjonali Maltija nediet dan is-servizz ġdid innovattiv fuq it-titjira KM478/9 fid-29 ta' Ġunju lejn uminn Pariġi li fuqha kien hemm ibbukkjat grupp ta' madwar 60 tifel u tifla. Permezz ta' dan is-servizz, il-linja tal-ajru tkompli tkun pijuniera f'li toffri esperjenzi uniċi u innovattivi abbord lill-mistednin. Dan is-servizz isegwi Sky Spa, li permezz tiegħu, il-linja tal-ajru kisbet rikonoxximent mad-dinja kollha f'li toffri esperjenzi uniċi bla ħlas anki lill-passiġġieri tal-klassi tal- ekonomija. L-Air Malta ngħaqdet ma' Nestlé (Malta) u ma' Malta International Airport biex toffri lit-tfal esperjenza ta' titjira li ma jinsew qatt. Żewġ professjonisti li jieħdu ħsieb lit-tfal minn Yoyo Kids Childcare, li jinsab fi SkyParks Business Centre, ġew reklutati bħala membri tal-ekwipaġġ ta' Sky Kids. Huma laqgħu lill-vjaġġaturi żgħar fid-Departure Gate b'rigali pprovduti minn Nestlé Confectionery u minn Malta International Airport. Il-mistednin bniet żgħar tal-linja tal-ajru kellhom ukoll l-opportunità li jimmaljawlhom xagħarhom qabel it-titjira bikrija ta' filgħodu filwaqt li s-subien ħadu sehem f'xi logħob organizzat mill- ekwipaġġ ferrieħi ta' Sky Kids. Is-servizz mingħajr ħlas kompla abbord b'diversi attivitajiet pjaċevoli, inkluż kompetizzjoni tal-arti għat-tfal kollha biex jiddisinjaw logo għal Sky Kids. Il-kompetizzjoni tal-arti kienet milqugħa b'entużjażmu mit-tfal kollha li użaw tajjeb it-talent artistiku tagħhom biex ifasslu logo kollu kuluri. L-Air Malta ser tagħżel wieħed minn dawn il-logos biex tippromwovi din l-attività unika għal titjiriet futuri. L-ekwipaġġ ta' Sky Kids, imħarreġ apposta, bl-għajnuna kollha entużjażmu tal-ekwipaġġ tal-kabina tal-linja tal-ajru, ikkordina logħob li jinvolvi ħiliet oħrajn u attivitajiet one-to-one bil-għan li l-vjaġġaturi żgħar tal-Air Malta jinżammu okkupati matul it-titjira ta' tliet sigħat lejn u minn Pariġi. F'kumment dwar din l-idea innovattiva, Joe Galea, il-viċi kap uffiċjal kummerċjali tal-Air Malta qal, "L-Air Malta tgħożż lill-mistednin żgħar tagħha u ridna norganizzaw esperjenza unika għalihom. L-Air Malta hija linja tal-ajru li tilqa' lill-familji u, b'mod speċjali matul dan iż-żmien tas-sena, meta t-tfal jibdew il-vaganzi tas-sajf tagħhom, ħsibna li nibdew norganizzaw esperjenzi bħal dawn bħala parti mill- inizjattivi 'We Care More' tagħna. Beħsiebna norganizzaw titjiriet simili meta naraw li jkun hemm numru mhux ħażin ta' tfal ibbukkjati. Il-linja tal-ajru li mpenjata li toħloq attivitajiet li jmorru lil hinn mill-aspettattivi tal-mistednin tagħha. Ħerqanin noffru aktar minn dawn is- servizzi uniċi u bla ħlas abbord għall-mistednin żgħar tagħna fuq titjiriet tal-Air Malta fil- futur". Qabel ma niżlu, it-tfal kollha abbord irċevew pakkett rigal minn Nestlé Confectionery. Din it-titjira ta' tnedija kkoincidiet ma' vjaġġ ta' grupp ta' 50 tifel u tifla Maltin ta' bejn it-8 u l-15-il sena li taru mal-familji tagħhom lejn Pariġi. It-tfal huma kollha studenti ta' Stagecoach Theatre Arts Schools (Malta) u se ikunu qegħdin jirreċtaw siltiet minn CATS għal żewġt iljieli konsekuttivi f'Disneyland Paris. Il-Coca-Cola Life fuq l-ixkafef f 'Malta Il-General Soft Drinks Co. Ltd ħabbret li l-Coca-Cola Life issa qed jiġi prodott u distribwit f'Malta u Għawdex permezz tal-GSD Marketing Ltd. L-aktar żieda reċenti fil-familja tal- Coca-Cola għandha t-togħma mill-aqwa li wieħed jistenna minn Coca-Cola, iżda b'36% inqas tal-kaloriji u bi ħlewwa ġejja minn sorsi naturali. It-tnedija tal-Coca-Cola Life hija parti minn impenn dinji minn The Coca-Cola Company li toffri aktar għażliet b'inqas kaloriji jew bl-ebda kalorija lill- konsumaturi. Il-ħlewwa ġejja minn taħlita ta' zokkor u estratt ta' stevia u flixkun ta' 500ml fih 135 kalorija. It-tnedija tal-Coca-Cola Life tipprovdi lill-konsumaturi f'Malta b'għażla akbar: Coca- Cola, Coca-Cola Life b'terz inqas tal-kaloriji u żewġ għażliet mingħajr kaloriji permezz tal- Coca-Cola Zero u d-Diet Coke. Il-Coca-Cola Life hija l-ewwel Coca-Cola li tnidiet f'Malta minn mindu l-Coca-Cola Zero iddaħħlet f'Malta fl-2007. "Aħna ninsabu kuntenti li qed inżidu l-Coca-Cola Life mal- bqija tal-prodotti tal-Coca-Cola f'Malta," qalet il-Kap tal-Operat tal-GSD Maria Micallef. "Ix- xarba tikkumplimenta l-għażla ta' Coca-Colas li jeżistu diġà u tinsab f'pożizzjoni tajba biex tissodisfa x-xejriet tal-istili ta' ħajja li qed jinbidlu billi jipprovdi lill-konsumaturi Coca-Cola b'togħma tajba b'inqas kaloriji u ħlewwa minn sorsi naturali. Hemm interess li qed jikber mad-dinja kollha f'ingredjenti ġodda bħall-glikosidi tal- istevjol, li jinsabu b'mod naturali fil-weraq tal-pjanta tal-istevia, biex b'hekk jipprovdu ħlewwa minn sorsa naturali. L-istevja hija pjanta indiġena għall- Paragwaj. It-togħmiet ħelwin magħmulin mill-pjanta tal-istevja m'għandhomx kaloriji u huma sa 200 darba aktar ħelwin miz-zokkor li jintuża ta' kuljum. Il-Coca-Cola Life qed tuża snin twal ta' esperjenza fl-innovazzjoni tal-prodott, l-istudji fuq il-gosti tal-konsumaturi u l-ittestjar tal-prodotti sabiex tipprovdi lill-konsumaturi b'xarba b'inqas kaloriji mingħajr ma tiġi ssagrifikata t-togħma. "Għall- konsumaturi li jixtiequ jnaqqsu miz-zokkor u l-kaloriji iżda ma jridux jaqilbu għal Coca mingħajr zokkor, din hija għażla b'togħma tajba immens," stqarr il-Maniġer Ġenerali tal-GSD Marketing Brian Galea. "Fis-swieq fejn ġiet introdotta diġà, il-Coca-Cola Life intlaqgħet tajjeb ħafna. U għalkemm għadu kmieni, aħna ninsabu ferħanin bir-reazzjonijiet tal-konsumaturi s'issa f'Malta." Vaganzi iktar faċli grazzi għat-Travel Tools app ta' Visa Europe Issa li dħalna fis-sajf u l-vaganzi huma fil-ħsieb ta' kulħadd, il-Visa Travel Tools jista' jkun is-sieħeb tiegħek tal-mowbajl waqt is-safar. Visa Europe dan l-aħħar ħabbret li għamlet update fil-verżjoni tat-Travel Tools app. Din l-app tipprovdi aċċess mgħaġġel u faċli għall- għodda tas-safar provduti mill- Visa u informazzjoni li tinkludi fejn tista' ssib ATM, converter biex taqleb minn valur ta' munita għal oħra, għajnuna jekk titlef jew tinsteraqlek il-card, kif ukoll ideat dwar kif l-aħjar tonfoq il-flus meta tkun imsiefer. Din l-app hija ppakkjata b'karatteristiċi ġodda f'ħin biex jintużaw waqt l-istaġun tal- vaganzi. Il-gwidi li żdiedu dwar il-pajjiżi jagħtu l-possibbiltà lit-turisti biex jiċċekkjaw il-livell ta' kemm hija aċċettata l-Visa card qabel jilħqu d-destinazzjoni tagħhom. Dashboard fuq l-app turi kemm hu faċli li l-Visa card tista' tintuża f'postijiet bħal f'lukandi, ristoranti, ħwienet kif ukoll fuq modi differenti ta' trasport lokali. Il-konsumaturi jistgħu jniżżlu l-Visa Travel Tools App b'xejn milll- Apple App Store jew il-Google Play store fuq mezz tal-mowbajl kompatibbli. Waqt li kien jikkummenta dwar it-Travel app, Catalin Cretu, General Manager ta' Visa Europe għal Malta, il-Kroazja, ir-Rumanija u s-Slovenja qal li l-Visa Travel Tools tista' jkun s-sieħeb perfett għal waqt is-safar. "Din tgħin billi tipprovdi informazzjoni essenzjali biex tiffaċilità l-mod kif tħallas waqt li tkun barra minn pajjiżek. Il-faċilità li tiċċekkja minn qabel fejn hija aċċettata l-Visa card permezz tal-gwidi ġodda tal-pajjiżi tgħin biex tnaqqas il-ħtieġa li taqleb il-muniti b'rati żvantaġġużi. L-użu tal-Visa card huwa mod għaqli biex tiżgura li jkollok ħsieb inqas f'moħħok meta taghmel pagamenti waqt li tkun msiefer. Il-Visa cards huma aċċettati f'miljuni ta' lokalitaijiet u ATMs madwar id-dinja, għalhekk int tista' tgawdi mill-konvenjenza, sigurtà u valur meta tuża l-Visa card tiegħek waqt li tkun imsiefer bħalma tagħmel meta tkun id-dar." Casa Antonia toħloq atmosfera ta' festa għar-residenti tagħha Il-mużika ferrieħa tal-banda tar-raħal akkumpanjata minn logħob tan-nar ikkulurit kienu l-qofol ta' reċiviment tas-sajf organizzat minn Casa Antonia għar-residenti tagħha, u l-familjari u l-ħbieb tagħhom. L-ambjent kalm u rilassanti tal-ġonna ta' Casa Antonia f'Ħal- Balzan kien trasformat fi pjazza tipika Maltija mżejna bil-pavaljuni u bandalori tradizzjonali li wieħed isib fi żmien il-festa tar-raħal. "B'iktar minn 150 resident, 120 ħaddiem u viżitaturi li ta' kuljum iżuru r-residenti, Casa Antonia Nursing and Residential Home tista' faċilment tixxebbaħ ma' raħal żgħir," qalet il-Maniġer Ġenerali ta' Casa Antonia, Sarah Cassar. "Li nipprovdu lir-residenti anzjani tagħna bl-opportunità li jieħdu pjaċir li festa tar-raħal iġġib magħha, hu eżempju tipiku ta' kif Casa Antonia tenfasizza l-kura olistika ta' kwalità f'ambjent ta' familja." Iż-żewġ baned ta' Ħal Balzan ikkontribwew għas-suċċes ta' din l-attività, bil-mużiċisti tal-Banda Maria Annunzjata jdoqqu marċi popolari Maltin. Il- Banda ta' San Gabriel żejnet Casa Antonia bil-pavaljuni u bandalori tradizzjonali. Hekk kif l-ebda festa tradizzjonali Maltija mhi kompluta mingħajr ikel, Casa Antonia ħasbet biex torganizza mwejjed tal-ikel li wieħed isib f'ambjent ta' festa. Fost l-ikel kien hemm ħobż biż-żejt, pastizzi, qassatat, hot dogs u anki stuffat tal-fenek. Għal dawk li jħobbu l-ħelu kellhom l-imqaret, qagħaq tal-għasel, krustini tar-raħal u qubbajt. Bil-għan li tkompli mat-tema tal- festa, l-istaff li kien qed iservi l-ikel kien liebes kostumi tradizzjonali Maltin. Ir-residenti ta' Casa Antonia u l-familjari tagħhom jieħdu pjaċir waqt l-attivita' ta' festa