Illum previous editions

ILLUM 10 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/702135

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Lulju 2016 | illum Sports 31 tieni turnew li ġie organizzat minn żewġ pajjiżi b'mod kontemporanju, it-tim ta' Spanja rebaħ din l-edizzjoni b'mod meritat, sabiex reġa' niżżel ismu bħala rebbieħ wara li l-uniku trijonf turnew maġġuri kien wasal fis-snin 60. Kien nifs ġdid għal nazzjon li matul is-sena jiftaħar bl-akbar żewġ klabbs fid-dinja, Real Madrid u Barcelona, iżda meta kien jiġi għat-tim nazzjonali, kien dejjem jeħel. Barra minn hekk kien ukoll sinjal li finalment, is-suċċessi li t-timijiet Spanjoli ta' kategoriji iżgħar f 'tournaments tal- UEFA u tal-FIFA, bdew isarrfu f 'suċċessi ta' skala akbar. Ta' min jirrimarka, li t-tim Spanjol kien immexxi mill-mibki Luis Aragones qabel ħalla postu għal Vicente Del Bosque. Spanja u l-Ġermanja ltaqgħu fil-finali, bil- Ġermaniżi jkunu l-favoriti nett wara li sentejn qabel kienu spiċċaw fit-tielet post tat-Tazza tad-Dinja li kienu organizzaw huma stess. Barra minn hekk, it-tim Spanjol kien għadu kaxxa magħluqa għas-sempliċi raġuni li kienet l-ewwel darba li konna qegħdin narawhom f 'finali fil-futbol modern, mentri l-Ġermanja kważi kważi huma sinonimi mal-podju ta' kwalunkwe tournament. Gowl fl-ewwel taqsima ta' Fernando Torres irregala dan it-trofew lil pajjiżu, u kkonferma kliem Zinedine Zidane, li qabel il-finali kien sostna li jekk Spanja jirbħu, għandna nippreparaw għal dominju Spanjol. Infatti hekk ġara, għaliex wara dan is- suċċess, Spanja rebħu kemm it-Tazza tad-Dinja tal-2010 kif ukoll il-Kampjonat Ewropew ta' erba' snin ilu. Tliet rebħiet konsekuttivi fil-grupp, fosthom kontra d-detenturi, il-Greċja, raw lil Spanja jgħaddu b'mod komdu fil-grupp. Fil-kwarti tal-finali, sabu ostaklu iebes fl-Italja u kellhom bżonn l-għoti tal-penaltis sabiex jaċċertaw ruħhom minn post fis-semifinali. Hemmhekk iltaqgħu mas-sorpriża tat-tournament, ir-Russja, li kienu ġejjin minn rebħa stupenda fuq l-Olanda, iżda hawnhekk ħarġet id-differenza bejn iż-żewġ timijiet, fejn Spanja, anke grazzi għall-plejer pjuttost mhux magħruf, David Guiza, ħarbu bir-Russi u bbukkjaw post fil-finali. Sadanittant, il-Ġermanja kellhom jitħabtu naqra fil-grupp, għaliex wara li bdew b'rebħa, huma sfaw megħluba mill-Kroazja fit- tieni partita u kellhom bilfors jirbħu mal-Awstrija sabiex jevitaw li jerġgħu jinqalgħu kmieni bħalma kien ġara fl-2004. Fil-kwarti tal-finali u fis-semifinali rebħu bl- iskor identiku ta' 3-2 kontra l-Portugall u t-Turkija, sabiex eventwalment sabu lil Spanja jistennewhom fil-finali. Intant, Malta kienet għamlet rekord fil-fażi preliminari, hekk kif grazzi għall-ħames punti li kienet ġabret minn 12-il partita, Malta kienet ġabet l-akbar total ta' punti f 'din il-fażi fi kwalunke tournament tal-UEFA jew FIFA. It-tim Malti mmexxi minn Dusan Fitzel, ġab il-ħames punti permezz ta' rebħa storika fuq l-Ungerija bl-iskor ta' 2-1, draw ta' 2-2 mat-Turkija u draw ta' 1-1 barra minn darna kontra t-tim tal-Moldova. Barra minn hekk, fil-grupp kien hemm anke l-Greċja li kienu d-detenturi tat-titlu u fil-partita li saret f 'Ta' Qali, il-Griegi ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 0-1 grazzi għal penalti kontroversjali wara siegħa logħob. L-aqwa 11 tat-tournament: Goalkeeper: Iker Casillas (Spanja) Difensuri: Phillip Lahm (Ġermanja), Carles Puyol (Spanja), Carlos Marchena (Spanja) u Yuri Zhirkov (Russja) Midfielders: Luka Modric (Kroazja), Marcos Senna (Spanja), Xavi (Spanja) u Hamit Altintop (Turkija) Attakkanti: Andrey Arshavin (Russja) u David Villa (Spanja) Kampjonati Ewropej tal- 2012 Organizzaturi: Polonja u Ukrajna Rebbieħa: Spanja Għat-tieni darba infila u għat-tielet darba fl-istorja, dan it-turnew kien qiegħed jiġi organizzat bejn żewġ pajjiżi f 'daqqa, b'din id-darba jkunu l-Polonja u l-Ukrajna l-organizzaturi. Dan kien l-aħħar tournament li kien qiegħed jiġi kkontestat bejn 16-il nazzjon, hekk kif mill-edizzjoni ta' din is- sena, il-parteċipanti kienu jammontaw għal 24. Kien it-tieni trijonf konsekuttiv Ewropew u ċ-ċirasa fuq il-kejk għall-era li paxxietna. Naturalment, qegħdin nitkellmu fuq l-era Spanjola li kemm f 'livell ta' nazzjonal u anke f 'livell ta' klabb, tatna pjaċir naraw futbol modern li iżda xi ftit jew wisq kellu rtokki li jeħduna lura fis-snin 80 u 90. Spanja ħarġu rebbieħa fuq l-Italja fil-finali, permezz tar-rebħa konvinċenti ta' 4-0, biex b'hekk rebħu dan it-trofew għat-tielet darba fl-istorja tagħhom. Spanja ma sabux ostaklu iebes fl-Italja fil-finali, hekk kif irnexxielhom jiskurjaw erba' gowls kontra tim li impressjona mhux ftit f 'din l-edizzjoni, li iżda wasal għal din il-finali fl-agħar forma possibli. Logħba twila sal-għoti tal-penaltis kontra l-Ingilterra fil-kwarti tal-finali u semifinali sofferta kontra l-Ġermanja, inklużi wkoll xi injuries u sospensjonijiet, raw lit-tim immexxi minn Cesare Prandelli jasal għal din il-finali sfavoriti fuq il-lat fiżiku. Dan ġie kkonfermat minnufih, hekk kif Spanja kienu superlattivi f 'kull aspett biex eventwalment rebħu din il-finali bl-iskor ta' 4-0, sabiex rebħu t-tieni unur taħt il- gwida ta' Vicente Del Bosque. Kif semmejna diġà, l-Italja waslu sal-finali wara li fil-kwarti tal-finali u fis- semifinali eliminaw lill- Ingilterra u lill-Ġermanja rispettivament. Intant, fil-fażi tal-gruppi, l-Italja u Spanja kienu bdew l-impenji tal- gruppi kontra xulxin fejn kienu temmew il-konfront fi draw ta' 1-1. Mentri l-Italja ġew draw kontra l-Kroazja bl- iskor ta' 1-1 u rebħu l-aħħar partita kontra l-Irlanda bl-iskor ta' 2-0, Spanja rebħu maż-żewġ timijiet fiż-żewġ partiti sussegwenti biex fil- kwarti tal-finali affrontaw lil Franza, fejn għelbuhom b'mod konvinċenti bl-iskor ta' 2-0. Fir-rawnd ta' wara, eliminaw lill-ġirien Iberiċi tal-Portugall, wara l-għoti tal- penaltis, biex eventwalment iltaqgħu mal-Italja fil-finali. L-uniku punt miġbur minn Malta fil-fażi preliminari kien dak kontra l-Georgia, fejn fil-partita li ntlagħbet ġewwa Ta' Qali, Malta kienet temmet il-konfront tagħha bl-iskor ta' 1-1, grazzi għall-gowl skurjat minn Michael Mifsud. Ta' min isemmi wkoll, li f 'dan il-grupp, Malta kienet reġgħet iltaqgħet mal-Greċja, fejn għal darb'oħra sofriet telfa minima bl-iskor ta' 0-1, bil-gowl jasal fl-94 minuta permezz ta' Vasilis Torosidis. L-aqwa 11 tat-tournament: Goalkeeper: Iker Casillas (Spanja) Difensuri: Fabio Coentrao (Portugall), Pepe (Portugall), Sergio Ramos (Spanja) u Jordi Alba (Spanja) Midfielders: Andrea Pirlo (Italja), Sami Khedira (Ġermanja), Andrea Iniesta (Spanja) u Xavi (Spanja) Attakkanti: Mario Balotelli (Italja) u Cristiano Ronaldo (Portugall) Plejers tal-Greċja jifirħu wara li saru champions Ewropej fl-2004 Plejers ta' Spanja jifirħu wara li saru champions Ewropej fl-2008 Plejers ta' Spanja jifirħu wara li saru champions Ewropej fl-2012

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 July 2016