Illum previous editions

ILLUM 10 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/702135

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

illum | Il-Ħadd 10 ta' Lulju 2016 Aħbarijiet 6 Andrè Debattista ta' 40 sena, jħalli mara u żewġt itfal jibkuh Debattista, mill-Mellieħa mtajjar fl-Għadira u jmut fuq il-post RAĠEL ta' 40 sena mill- Mellieħa, li kien miexi flimkien ma' bintu minn Triq il-Marfa, l-Mellieħa, qrib l-Għadira, tilef ħajtu fuq il-post, wara li ntlaqat minn karozza li kienet għaddejja mit-triq. Ir-raġel ġie identifikat bħala Andrè Debattista mill-Mellieħa, raġel miżżewweġ u missier ta' żewġt ibniet. Għal xi raġuni intlaqat minn karozza li kienet għaddejja fl-istess triq, u kawża tal-ġrieħi li sofra, miet fuq il-post. L-inċident seħħ ilbieraħ filgħodu għall-ħabta tas-6:30am, meta l-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Marfa, fil-Mellieħa, peress li kien għadu kif seħħ inċident stradali. Irriżulta li waqt li raġel ta' 40 sena mill-Mellieħa kien għaddej mit-triq, intlaqat minn karozza tat-tip, Toyota Passo misjuqa minn raġel ta' 22 sena residenti l-Fgura. Wara l-ħabta, l-karozza waqfet ftit metri bogħod, bil-konsegwenza li karozza oħra baqgħet dieħla ġol karozza Toyota. F'din il-kolliżjoni sekondarja, vettura oħra tat- tip Subaru J10 misjuqa minn raġel ta' 39 sena residenti x-Xewkija, Għawdex baqgħet dieħla fit-Toyota. Il-Mellieħi li ntlaqat, mal- impatt sofra ġrieħi estensivi, u ngħata l-ewwel għajnuna minn tabib li nzerta kien għaddej mill-inħawi bir- rota. Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jassisti l-vittma, iżda sfortunatament ir-raġel tilef ħajtu. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. Intant matul il-ġurnata tal-bieraħ bosta kienu n-nies li esprimew sens ta' xokk u offrew il-kondoljanzi lill- familja. Andrè Debattista flimkien ma' martu Michelle u ż-żewġ uliedu Il-vittma Andrè Degabriele, ta' 40 sena Id-differenza bejn id-dati 'best before' u 'use by' fuq il-pakketti tal-ikel AĦNA nieklu kuljum, iżda l-istil tal-ħajja tagħna rari jippermettilna nikkunsmaw l-ikel fl-istess ġurnata li nixtruh. Il-liġijiet Ewropej u nazzjonali għarfu l-ħtieġa ta' informazzjoni dettaljata dwar l-ikel li nixtru biex b'hekk bħala konsumaturi nkunu protetti aktar. Ħafna ma jafux id-differenza bejn id-data tal-'use by' u tal-'best before' u jaħsbu li jfissru l-istess. Importanti ħafna li nifhmu d-differenza ta' bejniethom biex innaqqsu l-ħela tal-ikel u niffrankaw il-flus. Il-Kummissjoni Ewropea tiddefinixxi l-'Best before' bħala d-data li tindika sa meta l-ikel jibqa' fl-iprem kwalità tiegħu u l-'Use By' bħala d-data sa meta l-ikel għandu jittiekel mingħajr periklu għal saħħitna. Bħala regola ġenerali, l-ikel jista' jittiekel wara d-data tal-'best before' sakemm l-istruzzjonijiet ta' fuq it-tikketta dwar kif għandu jintrefa' l-prodott ikunu ġew segwiti kif suppost u l-pakkett ma jkunx imqatta'. L-indikazzjoni tal-'best before' tavża sakemm l-ikel idum fl-aqwa kwalità tiegħu. Wara din id-data, jista' jitlef mill- konsistenza jew it-togħma tiegħu. Importanti wkoll li l-ikel bil-marka tal-'Best before' jiġi kkunsmat skont struzzjonijiet oħra, bħal 'eat within three days of opening', jiġifieri l-prodott irid jittiekel sa tlett ijiem minn meta jinfetaħ". L-ikel li jkollu d-data 'Use by' aktarx jeħżien malajr u ma jibqax tajjeb wara din id-data. Il-prodotti tipiċi li jkollhom l-indikazzjoni tal-'use by' jinkludu l-ħut u l-laħam frisk, il-prodotti tal-ħalib, u l-insalati tal-pakkett. Biex id-data tal-'use by' tibqa' valida, importanti li jipu segwiti l-istruzzjonijiet ta' kif jintrefa' l-prodott, per eżempju 'keep in a refrigerator', jiġifieri żomm fil-friġġ. Jekk ma nagħmlux hekk, l-ikel jeħżien malajr u jiżdied iċ-ċans ta' avvelenar. Nistgħu ntawlu d-data tal-'use by' billi wara li nixtruh, meta naslu d-dar, niffriżawh kemm jista' jkun malajr. Dan ma jfissirx li l-prodott jista' jinżamm għal dejjem. Mod utli li jfakkrek hu li fuq il-pakkett tikteb id-data ta' meta tkun iffriżajtu. Segwi dejjem l-istruzzjonijiet ta' fuq il-pakkett, bħal 'freeze up to the use by date', jiġifieri ffriża sad-data tal-użu, 'cook from frozen', jiġifieri sajjar il-prodott dritt mill-friża jew 'defrost thoroughly before use', jiġifieri l-prodott ma jistax jissajjar iffriżat u 'use within 24 hours', jiġifieri uża l-prodott fi żmien 24 siegħa. Bejn wieħed u ieħor, nofs l-iskart tagħna għandu x'jaqsam mal-ikel. L-iskart bħall-qxur tal-frott, tal-ħaxix u tal-bajd hu inevitabbli. Madankollu ammont konsiderevoli ta' skart jiġi mill-ikel li jintrema minħabba li d-dati tal-'use by' jew tal-'best before' tiegħu jkunu skadew. Din il-ħaġa tajjeb nevitawha billi nifhmu aħjar l-implikazzjonijiet taż-żewġ dati. Dejjem agħti kas ta' dawn id-dati biex tiżgura li l-ikel ma jkunx skadut. Qabel tagħmel ix- xirja uża l-ikel li jkollok fil-friġġ jew fl-armarju li d-dati tal-'use by' jew tal-'best before' tiegħu jkunu waslu biex jagħlqu. Meta tmur tixtri qis li tagħżel prodotti li jkollhom id-dati mmarkati. B'hekk tkun qed tiġġenera anqas skart u, fl-istess ħin, tiffranka l-flus.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 July 2016