Illum previous editions

ILLUM 10 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/702135

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

illum | Il-Ħadd 10 ta' Lulju 2016 Aħbarijiet 10 minn Veronica Lynn Mizzi RIĊERKA fl-Università ta' Malta turi kif il-maġġoranza tal-ġenituri li jibagħtu lill-uliedhom fid-diversi ċentri taċ-childcare madwar il-pajjiż, bħala parti mill- programm taċ-childcare b'xejn, huma sodisfatti bis- servizz li jingħataw. Fil-fatt, huma 84% tal-ġenituri li huma sodisfatti jew inkella sodisfatti ħafna bis-servizz li qed jingħataw minn dawn iċ-ċentri. Dan joħroġ minn riċerka li saret minn Ayrton Zarb, bħala parti mill-istudji tiegħu fl-Ekonomija dwar l-effett l-ħidma tan-nisa ħalliet fuq id-dinja tax-xogħol permezz tal- introduzzjoni tal-miżura taċ-childcare b'xejn. L-istudju sar fost 790 mara b'impjieg, li hi wkoll omm ta' tifel jew tifla li għandha bejn tliet xhur u tliet snin, iżda li għadhom ma bdewx jattendu l-kindergarten. Is-servizz ta' childcare bla ħlas lil kull tifel u tifla ilu fis-seħħ sa minn April tal- 2014, bil-għan li iktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol għaliex issa, l-ispiża tal-kura ta' wliedhom waqt li huma jinsabu x-xogħol hija mħallsa mill-Gvern. F'dan l-istudju deher li madwar 55% kienu sodisfatti ħafna bil-programm ta' childcare b'xejn, u 29% qalu li jinsabu sodisfatti. L-ikbar kritika hi dwar l-assenteiżmu F'dan l-istudju, l-ommijiet mistoqsija ntalbu wkoll jgħaddu xi suġġerimenti li kellhom dwar kif dan is-servizz jista' jitjieb. Fil- fatt, minkejja r-reazzjoni pożittiva ħafna, dawk li wieġbu tkellmu f 'ammonti kbar dwar il-kundizzjoni tal-assenteiżmu. Fil-preżent, ġenitur jibbukkja l-ammont ta' sigħat li se jkun jeħtieġ jibgħat lit-tifel jew tifla tiegħu minn xahar qabel sabiex iċ-ċentru taċ-childcare jista' jkun preparat biex jilqa' t-tfal għal dawk il-ħinijiet. Ovvjament, minħabba xi imprevvisti jew b'mod partikolari mard, li tfal ta' dik l-età jkollhom sikwit, dawn il-ħinijiet mhux dejjem jistgħu jinżammu fedelment. Fil- fatt, għal din ir-raġuni, il-ġenituri għandhom konċessjoni ta' madwar 10% fuq is-sigħat li jkunu rriżervaw, li fihom uliedhom jistgħu jfallu milli jmorru fiċ-ċentru. Iżda jekk it-tfal jitilfu iktar minn dawn l-10% konċessi, il-Gvern jibgħat il-kont lill-ġenituri sabiex iħallsu d-differenza tas-sigħat li ma marrux uliedhom, għaliex finalment, il-Gvern xorta waħda kellu jħallas liċ-ċentru għalihom. Il- problema li qed jaraw bosta ommijiet f 'dan ir-rigward, hija l-fatt li meta t-tfal ikunu morda, u għalhekk ma jistgħux jibagħtuhom fiċ- ċentru, xorta waħda jgħodd daqslikieku t-tfal fallew b'kapriċċ. Għaldaqstant, ir- rakkomandazzjoni ewlenija li semmew dawn il-ġenituri kienet li l-ġranet ta' mard ma jkunux inklużi mat-total ta' ġranet li t-tfal jistgħu jfallu, b'konsegwenza li jkollhom iħallsu għal dawk is-sigħat li jaqbżu iktar mil-limitu stipulat. Rakkomandazzjoni oħra li kienet popolari fost l-ommijiet li wieġbu, kienet li jiġu estiżi l-ħinijiet tal-ftuħ ta' dawn iċ-ċentri sabiex ikun jista' jakkomoda iktar dawk il-ġenituri li jkollhom ħinijiet tax-xogħol li mhumiex daqstant konvenzjonali. Żieda ta' 5 sigħat iktar xogħol fil-ġimgħa Konklużjoni ewlenija li ħarġet minn dan l-istudju kienet li permezz tal-miżura taċ-childcare bla ħlas, bosta ommijiet setgħu jidħlu jew jirritornaw fid-dinja tax-xogħol. Effettivament, in-numru ta' sigħat ta' xogħol tan-nisa li għandhom wild ta' bejn it-tliet xhur u t-tliet snin żdied b'ħames sigħat fil-ġimgħa. Dan ir- riżultat juri li ż-żieda kienet waħda impressjonanti, partikolarment meta mqabbel ma' programmi simili ta' kura tat-tfal attwali f 'pajjiżi barranin. Fil-fatt, minn studju preliminari qabel ma ddaħħlet din il-miżura, kien stmat li kellhom jinħolqu 350,000 siegħa ta' xogħol fis-sena minn 84% sodisfatti bis-servizz Barman meħlus fuq nuqqas ta' prova li kien jaf bi droga fil-ġakketta BARMAN li kien akkużat b'pussess ta' kokaina li nstabet fil-but tal-ġakketta tiegħu, ħareġ liberat wara li l-Qorti qalet li ma ġietx ippruvata l-konnessjoni bejnu u d-droga sal-grad rikjest mil-liġi. Dylan Agius ta' 29 sena, kien arrestat fuq il-post tax-xogħol tiegħu, il-Family Bar ġewwa l-Furjana, fi Frar tal-2011 waqt operazzjoni tal-Pulizija mill- iskwadra ta' kontra d-droga. Waqt tfittxija, instabu żewġ boroż ta' kokaina fuq garigor li mill-bar iwassal għat-toilets użati mill-pubbliku, filwaqt li disa' boroż oħra nstabu flimkien ma' għaxar pilloli ecstasy fil- bwiet ta' ġakketta bajda li kienet imdendla fuq siġġu mal-bar. €600 fi flus kontanti nstabu fil-karozza ta' Agius u diversi mobiles instabu fir-residenza tiegħu. L-avukati difensuri Veronique Dalli u Dean Hili kienu minn dejjem saħqu li l-konnessjoni bejn il-ġakketta u l-imputat ma kienet ċerta xejn. Minkejja l-fatt li Agius kien ammetta li l-ġakketta kienet tiegħu, dan il-fatt waħdu ma kienx biżżejjed biex jiġi ppruvat li kien jaf bil- pakketti fil-bwiet, u wisq anqas li kien poġġihom hemm hu. Ma nstabu l-ebda oġġetti relatati mad-droga fit-tfittxijiet ġewwa d-dar, il-karozza u l-post tax-xogħol tal-imputat. Il-mobiles ma kien fihom l-ebda messaġġ inkriminanti u l-marki tas-swaba' meħuda minn fuq il-boroż lanqas ma qablu ma ta' Agius. Wara li ħadet kont ta' dan kollu, il-maġistrat Natasha Galea Sciberras qalet li fil- fehema tal-Qorti, ma kien hemm xejn mill-provi li jindikaw il-ħtija tal-imputat u għaldaqstant ordnat li jinħeles. Riċediv akkużat b'serqa minn ħanut il-Belt RAĠEL li tressaq b'arrest il-Qorti nhar il-Ġimgħa fuq suspett li wettaq serqa, kien diġà ngħata ordni biex isegwi programm ta' riabilitazzjoni mid-droga s-sena l-oħra minħabba li kien instab ħati ta' serqa simili. Claudio Mallia, Belti ta' 34 sena ġie arrestat wara li ntlemaħ idur fl-inħawi ta' Bieb il-Belt għall-ħabta tas-1:30am nhar il-Ħamis filgħodu, minn pulizija li kien għadu kif innota kiosk bix-shutter imkisser fil-viċin. L-ispettur Priscilla Caruana Lee spjegat lill-maġistrat Neville Camilleri li l-imputat instab iġorr luminata u €41 f 'muniti fil-ħin tal-arrest. Hi qalet li Mallia kien magħruf mal-Pulizija u kien diġà ngħata ordni ta' probation is- sena li għaddiet. L-avukat Christopher Chircop ġie appuntat bħala għajnuna legali għall-imputat wara li dan qal lill-Qorti li kien ilu ma jkollu xogħol, "xi sentejn, tlieta." Hu wieġeb li mhux ħati tal-akkużi. Id-difiża talbet li Mallia jingħata l-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest, iżda t-talba ġiet miċħuda wara li l-ispettur Caruana Lee qajmet oġġezzjoni minħabba li Mallia kien riċediv li diġà kellu ordni ta' probation pendenti. L-imputat kien qiegħed jiġi investigat fuq diversi serqiet simili, żiedet tgħid l-ispettur. Il-Qorti, wara li kkunsidrat il-fedina penali refrattarja tal-imputat, qalet li ma kinetx sodisfatta li, f 'każ li jingħata l-ħelsien mill-arrest, Mallia kien se jobdi l-kundizzjonijiet li l-Qorti kienet se timponi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 July 2016