Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/702135
Il-Ħadd 10 ta' Lulju 2016 | illum Sports 33 Tkompli l-istorja ta' suċċess tal-omm u l-bint Antonella u Sarah Chouhal NHAR is-Sibt 18 ta' Ġunju waqt il-laqgħa tal- Athletics Quadrathlon, Sarah Chouhal, ta' AS Libertas li tattendi wkoll l-Iskola Nazzjonali tal- isport reġgħet kisret ir-rekord nazzjonali fid- discus throw fil-kategorija tal-cadets b'tefgħa ta' 26.39m. Dan ir-rekord kien ilu mwaqqaf erba' snin. Din is-sena, Sarah kienet qrib ħafna diversi drabi biex tagħmel dan ir-rekord. Apparti dan ir-rekord, Sarah, għandha wkoll ir-rekord nazzjonali fil-hammer throw. Apparti li Sarah tibbrilla f 'avvenimenti oħra tal- atletika wkoll, fosthom il-ġiri u l-qbiż. Fl-istess laqgħa, Sarah, ġiet l-ewwel fil-100m f 'ħin rekord personali, l-ewwel fil-long jump ukoll b'qabża rekord personali wkoll u l-ewwel fit-800m. B'hekk, hija rebħet il-quadrathlon. Ftit issib atleti li jkunu tajbin ħafna overall bħal Sarah Chouhal, liema atleta żagħżugħa, hija kkowċjata mill-ġenituri tagħha, Rachid u Antonella Chouhal, li huma atleti nazzjonali li żgur li m'għandom bżonn tal-ebda introduzzjoni fix-xena tal- atletika lokali. Antonella, min-naħa tagħha hija l-kowċ ta' Sarah fit-throws, waqt li Rachid jikkowċjaha fid-dixxiplini l-oħra. Apparti f 'Malta, din is- sena Sarah diġà kkompetiet fil-'London Indoor Games', fejn għalkemm kienet fil- kategorija U15 hija spiċċat fis-sitt post. Din is-sena hija rebħet ukoll l-'endurance league' organizzat mill-MAAA. Sarah tidher li għanda prospetti sbieħ għall-futur sportiv tagħha, u żgur li din mhux se tkun l-aħħar darba li se nisimgħu bis- suċċessi tagħha. Intant, nhar is-Sibt 25 ta' Ġunju, waqt il-Kampjonati Nazzjonali tal-Atletika, Antonella Chouhal, ta' AS Libertas, reġgħet kisret ir-rekord nazzjonali tagħha stess fil-hammer throw fil-kategorija open b'tefgħa ta' 42.54m. Dan kien it-tielet rekord għaliha f 'din il-kategorija matul din is-sena, B'din it-tefgħa, hija wkoll laħqet il-kwalifikazzjoni għal- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Fl-istess Kampjonati hija wkoll rebħet id-discus throw, fejn kienet ukoll qrib tal- kwalifikazzjoni għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f 'din id- dixxiplina. B'hekk, hija kkonfermat id-dominju tagħha f 'dawn id-dixxiplini għal dawn l-aħħar snin, fejn rebħet dawn il-Kampjonati fil-hammer throw għas- sitt darba konsekuttiva, waqt li rebħet id-discus throw għall-14-il darba konsekuttiva. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, hija xtaqet tirringrazzja lill-MAAA, il-Kumitat Olimpiku Malti (MOC), SportMalta għall-'Flexi Training Scheme', 'Team Chouhal' u lill-isponsor ewlieni tagħha, 'Go & Fun', għax- xarbiet u s-supplimenti, li jipprovdilha kontinwament. Antonella Chouhal fl-azzjoni waqt il-hammer throw Sarah Chouhal fl-azzjoni waqt id-discus throw Suċċess għal Rebecca Sarè u Ian Paul Grech fil-qbiż orizzontali REBECCA Sarè u Ian Paul Grech m'għandhom bżonn tal-ebda introduzzjoni fix- xena sportiva tal-atletika f 'Malta. Iż-żewġ atleti, li jitħarrġu taħt il-gwida tal- kowċ Jivko Jetchev, kellhom xahar impenjattiv u ta' suċċess. Fil-bidu ta' Ġunju, Sarè u Grech kienu r-rappreżentanti Maltin fid-dixxiplina tal-'Long Jump' waqt il- Kampjonati tal-Pajjiżi ż-Żgħar Ewropej li ġew organizzati għall-ewwel darba ġewwa Malta. It-tnejn li huma spiċċaw fis-sitt post, f 'kompetizzjoni li attirat atleti ta' livell għoli. Sarè rregistrat qabża ta' 5.56m, filwaqt li Grech irreġistra qabża ta 7.01m. Għal Grech, din kienet l-aħjar qabża tal-istaġun, li biha kien erba' ċentimetri biss bogħod mill- medalja tal-bronż. Ġimgħa wara, Sarè kienet impenjata f 'kompetizzjoni barra minn xtutna - il- 'Brussels Grand Prix'. Hawnekk Sarè ħadet sehem fid-dixxiplina favorita tagħha, it-'triple jump' kif ukoll fil- 'Long Jump' fejn irnexxielha tispiċċa l-kompetizzjoni tat-triple jump fit-tieni post b'qabża ta' 12.05m, u fid- dixxiplina tal-long jump spiċċat fir-raba' post b'qabża ta' 5.49m. Però, l-aqwa riżultat għaż-żewġ atleti wasal fil-Kampjonati Nazzjonali tal-Atletika, li saru bejn il-25 u s-26 ta' Ġunju. Dan hekk kif it-tnejn li huma ġew iddikjarati champions nazzjonali tat-triple jump u long jump rispettivament, u dan għamluh bl-aqwa mod possibbli. Sarè kisret ir-rekord nazzjonali fid-dixxiplina tat- triple jump darbtejn, bl-aħjar qabża rrekordjata tkun dik ta' 12.42m u Grech rebaħ ukoll il-kompetizzjoni tat-triple jump bl-aħjar qabża personali ta' 14.63m. Għal Grech, dan kien sodisfazzjon ikbar għax b'din id-distanza rnexxielu jikseb il-kwalifikazzjoni għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-2017 - biex hekk iż-żewġ atleti kisbu d-dritt tagħhom biex jieħdu sehem f 'din il-kompetizzjoni tal- 2017. Fid-dixxiplina tal-long jump, Sarè tejbet l-aqwa distanza personali b'qabża valida ta' 5.82m, u Grech għal darb'oħra laħaq id-distanza ta' kwalifikazzjoni għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar bl-aħjar qabża personali ta' 7.21m. Ċertament li dan kien tmiem il-ġimgħa ta' suċċess għal Sarè u Grech. Iż-żewġ atleti qed iħarsu 'l quddiem u se jkunu qed jaħdmu bis-sħiħ għal sena oħra impenjattiva kemm fix- xena lokali kif ukoll fix-xena internazzjonali, speċjalment għal-Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar tal-2017 li se jsiru ġewwa San Marino. Sarè se jkollha r-responsabbiltà li tiddefendi l-medalji tal- Fidda u tal-Bronż li rebħet fl-edizzjonijiet tal-2013 u l-2015 rispettivament. Grech għandu tir wieħed biss ġo moħħu, dak li jirbaħ żewġ medalji oħra għal Malta fid-dixxiplina tal-long jump u t-triple jump. Wara dawn il-logħob, kemm Rebecca kif ukoll Ian, għandhom ċans kbir li jkunu qegħdin jirrapreżentaw lil Malta fil- Logħob tat-Timijiet Ewropej fit-Tielet Diviżjoni. Għal Grech, li għadu student fl- Università ta' Malta, hemm ukoll ċans kbir li jirrapreżenta lil pajjiżna fil-Logħbiet Dinjija tal-Universitajiet li se jsiru ġewwa Taipei fiċ-Ċina. Huma xtaqu jirringrazjaw lill-MAAA u lill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC) tas- sapport kontinwu tagħhom, waqt li Rebecca Sarè xtaqet tirringrazzja lill-isponsors ewlenin tagħha, Eurosport Malta u SportMalta, tas- sapport kontinwu li huma tawha matul dan l-aħħar staġun. Rebecca Sarè u Ian Paul Grech flimkien mal-kowċ tagħhom, il- Bulgaru Jivcho Jetchev Ritratt : Wally Galea