Illum previous editions

illum 26 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/404413

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Ottubru 2014 | illum 3 Qsim ta' ideat fl-ewwel Konvenzjoni Ġenerali tal-PN FI tmien din il-ġimgħa l-Partit Nazzjonalista qed jorganizza l-ewwel Konvenzjoni Ġenerali fl-istorja, liema Konvenzjoni Ġenerali offriet opportunità lil bosta persuni 'l barra mill-Partit Nazzjonalista biex jesprimu dak li jaħsbu li għandu jsir fl-isfera politika fix-xhur u s-snin li ġejjin. B'differenza għal laqgħat ġenerali oħra li jorganizza regolarment il-partit, din id-darba l-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil flimkien mal- amministrazzjoni tal-Partit, Deputati u kandidati għażlu li jisimgħu lill-kelliema flok jitkellmu huma. Din il-gazzetta tkellmet ma' Matthew Bonett li hu l-Aġent Direttur Informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fejn staqsejnieh x'kien il-ħsieb wara din il-Konvenzjoni. Hu qal li l-Konvenzjoni Ġenerali serviet biex il-Partit Nazzjonalista jisma' bosta ideat ġodda ta' fejn għandha tmur is-soċjetà Maltija. "Kien ta' sodisfazzjon kbir li persuni differenti aċċettaw l-istedina tal-Partit Nazzjonalista li jindirizzaw il-Konvenzjoni Ġenerali. Żgur li l-proċess li nbeda f 'din il-konvenzjoni mhux se jintemm illum, imma se jkompli jiżviluppa f 'politiki ġodda li jkunu anke magħġunin fil-ħidma li se jkunu qed jagħmlu l-fora politiċi" qal Bonett. Fost dawk li indirizzaw il-Konvenzjoni Ġenerali l-Ġimgħa u lbieraħ kien hemm persuni ta' orjentazzjoni sesswali differenti, ta' kulturi u kulur differenti, professjonisti, negozjanti, ġurnalisti, u persuni ta' twemmin differenti. L-attività bdiet b'introduzzjoni mill- President tal-Konvenzjoni Ġenerali Rosette Thake fejn wara kien kien hemm l-ewwel sessjoni bit-tema Ideat u Ideali li fiha tkellmu Dr David Griscti, Prof. Joseph M. Pirotta u Dr Joseph Cassar. Il-Konvenzjoni kompliet ilbieraħ bit-tieni sessjoni bit-tema Il-Ħobża ta' Kuljum b'diskorsi minn Marisa Xuereb (Raesch Quarzglas Malta) u Ivan Bartolo (6pm Ltd). It-tielet sessjoni kellha t-tema Ugwali Mhux L-Istess u inkludiet diskorsi minn Amy Zahra, Tonio Caruana, Naomi Bugre, Dr Jacqueline Azzopardi u Alex Mangion. Ir-raba' sessjoni kellha t-tema 2014+ u inkludiet diskorsi dwar il-viżjoni għal Malta tal-futur minn Michael Briguglio, James Debono, Marica Mizzi u Jonathan Shaw. Fi tmiem ir-raba' sessjoni kien hemm siegħa ta' interactive workshops bejn il-parteċipanti preżenti. Il-konvenzjoni kienet aġġornata għal dalgħodu fl- 10am meta l-Kap tal-Partit Simon Busuttil se jkun qed jindirizza l-Konvenzjoni u fejn hu mistenni li se jitkellem dwar il-viżjoni tiegħu għal pajjiżna. Din id-darba l-Kap tal-PN u l-amministrazzjoni tal-partit għażlu li jisimgħu minflok jitkellmu Ritratt: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2014