Illum previous editions

illum 26 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/404413

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Ottubru 2014 | illum 33 SPORTSillum Tliet atleti mill-MWA jipparteċipaw Sqallija ILĦADD 19 ta' Ottubru, l-assoċjazzjoni Maltija tal-weightlifting (MWA) ipparteċipat bi tliet atleti fil-kampjonati reġjonali tal- weightlifting f 'San Cataldo fi Sqallija. Din il-kompetizzjoni sservi bħala avveniment ta' kwalifika għall-atleti Sqallin biex jipparteċipaw fil-Kampjonati Nazzjonali Taljani u għall-atleti Maltin din kienet opportunità kbira biex jevalwaw il-ħila tagħhom bħala preparazzjoni għall-avvenimenti internazzjonali li l-MWA se tipparteċipa fihom fil-bidu tas-sena d-dieħla. Ryan Agius u Owen Bugeja pparteċipaw kontra 11-il atleta fil-kategorija tal-85 kilo. Agius kellu bidu ta' rfigħ tajjeb b'105 u 110 kilo fl-iSnatch però tilef il-115 kilo bi ftit. Fil-Clean & Jerk hu refa' 120 u 125 kilo, iżda huwa naqas li jagħmel l-aħħar tentattiv ta' 130 kilo fil-fażi tal-Jerk, għalhekk huwa għalaq il-kompetizzjoni b'total ta' 235 kilo jikseb 282 punt li kienu biżżejjed għalih sabiex jakkwista l-ewwel post fil- kategorija rispettiva segwit minn F. Bruno 265 punti u G. Candela 262 punti. Owen Bugeja ta' 15-il sena refa' 88 kilo Snatch u bi ftit tilef l-aħħar tentattiv tat-92 kilo wara li tilef il-bilanċ fl-aħħar sekonda. Fil-Clean & Jerk hu refa' faċilment il- 100 kilo iżda għal darb'oħra huwa tilef l-aħħar tentattiv fuq 108 kilo billi mbotta l-piż ftit 'il quddiem. Hu għalaq l-kompetizzjoni b'total ta' 188 kilo u għamel 225 punt biex kiseb it-tieni post fil-grupp għal dawk ta' taħt is-17-il sena. L-ewwel post intrebaħ minn G. Trimarchi b'256 punt filwaqt li S. Macaluso kiseb it-3 post b'147 punt. Martin Pisani li pparteċipa fil-kategorija 105 kilo kellu bidu ftit ħażin fir-refgħa snatch u huwa rnexxielu jerfa' 100 kg. Fil-Clean & Jerk hu refa' 125 kilo u spiċċa b'total ta' 225 kilo dan kien riżultat tajjeb għal Pisani wara li hu għadu jirkupra minn korrimenti żgħar. Huwa rnexxielu jakkwista t-tieni post b'248 punti, l-ewwel post intrebaħ minn E. Giordano b'270 punt filwaqt li fit-tielet post G. Mauro 243 punti. L-atleti Maltin kienu akkumpanjati u kkowċjati minn Jesmond Caruana. Din il-kompetizzjoni ma kinitx tkun possibli mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat Olimpiku Malti u l-ħbiberija mal-Federazzjoni tal- Weightlifting fi Sqallija. Owen Bonello -azzjoni Eluf ikunu protagonisti fil-ftuħ ta' Skola Sport 23 atleta jirbħu 24 medalja FI tmiem il-ġimgħa li għaddiet beda l-programm tax-Xitwa tal-Kunsill Malti għall-Isport, 'Skolasport'. L-għan ta' din l-iskola għal din is-sena huwa dak li jressaq kemm jista' jkun tfal lejn l-isport. Eluf ta' parteċipanti mlew iċ-ċentri kollha tal-KMS fejn fin-nofs in-nhar ta' filgħodu ta' nhar is-Sibt 18 ta' Ottubru wieħed seta' josserva ħsejjes ta' tfal jipprattikaw l-isport favorit tagħhom f 'baħar ta' kuluri taħt it-tmexxija professjonali ta' madwar 180 kowċ. L-iskola nfetħet fil-Kumplessi tal-Kottonera, Marsa, Pixxina Nazzjonali, Kirkop, fl-iskejjel tal-Ħandaq, Santa Margerita, Pembroke u Mosta. Għal dak li huwa sport speċjalizzat l-attivitajiet bdew isiru fl-Eden Super Bowl, Badger Karting, Viking Sailing Club u Tennis Club Kordin. Hemm programm ukoll ta' sport fil-Padiljun ta' l-Università. Jibqgħu l-aktar attivitajiet popolari mal-parteċipanti ż-żfin, il-ġinnastika, il- basketball, u l-għawm. Kien għalhekk li fil-programm ta' din is-sena żdied programm ta' żfin sew fil-Pixxina kif ukoll fil-Marsa li kkumplimentaw dak li kien hemm qabel. Dan minbarra l-programmi foundation u participation immirat għat-tfal bejn l-4 u l-10 snin li għandhom l-għan li jintroduċu l-ħiliet sportivi bażiċi fid-diversi dixxiplini. Intant, tajjeb ngħidu li fetħet ukoll l-akkademja tat-Triathlon fejn novità għal din is-sena huwa programm għall-adulti. Din l-akkademja żiedet ħafna fil-popolarità. Fil-jiem li għaddew infetħet ukoll l-akkademja taż-żwiemel li l-Kunsill Malti għall-Isport qed jorganizza fil-korsa taż-Żwiemel fil-Marsa. Skola Sport kompliet ukoll matul il-ġimgħa bi programm fil-Kottonera, Mosta, Kirkop u l-Pixxina Nazzjonali. Skolasport jipprovdi wkoll programm għall-ġenituri biex waqt li jkunu qegħdin jistennew lit-tfal tagħhom huma wkoll ikunu jistgħu jieħdu sehem f 'xi attività fiżika. L-applikazzjonijiet jibqgħu jintlaqgħu sakemm jintlew il-postijiet kollha. Dan jista' jsir jew permezz tal-online booking fuq www.sportmalta. org.mt jew inkella billi jimlew il-formola li tinkiseb minn xi wieħed miċ-ċentri. 23 atleta tal-Malta Karate Federation rebħu total ta' 24 medalja – sebgħa tad-deheb, tmienja tal-fidda u disa' tal-bronż fil-Kampjonat Open li saru f 'Bielsko Biala ġewwa l-Polonja biex it-tim Malti spiċċa fit-tielet post fil-klassifika ġenerali. Aktar minn 800 kompetitur minn 14-il pajjiż – l-Awstralja, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Ingilterra, Ġorġja, l-Italja, il-Ġappun, in-Norveġja, il- Polonja, ir-Russja, l-Iskozja u s-Slovakkja – ħadu sehem fil-Kata (forms) u Kumite (sparring). It-tim kien akkumpanjat mill-kowċ nazzjonali Sensei Joe Tanti, id-Direttur Tekniku Sensei James Galea, Sensei Michelle Vella bħala kap tad-delegazzjoni u Sensei Anthony Zammit bħala referi. Il-President tal-Malta Karate Federation Kenneth Abela qal: "Għal darba oħra erġajna rajna prestazzjoni brillanti mill-atleti tagħna, prova li b'dedikazzjoni u determinazzjoni, ir-riżultati jistgħu jinkisbu." Tfal jitgħallmu l-għawm waqt l-inawgurazzjoni ta' Skola Sport 2014/15 Id-Delegazzjoni tal-Federazzjoni Maltija tal-Karate l-Polonja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2014