Illum previous editions

illum 26 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/404413

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Ottubru 2014 | illum 9 Joseph Baldacchino fil-Belt attentat fuq ħajtu ma jfallix ntlaqat minn tir sparat mill-qrib u kien sofra emoroġija interna, huwa ma mietx mill-ewwel. Kienu xi residenti li joqogħdu qrib fejn seħħet l-isparatura li marru jagħtu l-ewwel għajnuna lil Baldacchino li spiċċa fl-art mitluq għal mejjet. L-intervent mediku li rċieva fuq il-post mit- tim mediku li tmexxa mit-Tabib Michael Spiteri u l-infermieri li marru bl-ambulanza kien determinanti biex Baldacchino ma mietx fil-parkeġġ. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei u mill-ewwel it-tobba bdew joperaw fuqu. Irriżulta li l-balla daħlet min-naħa tax-xellug ta' dahru u għamlet ħsara fl-intern fejn beda jitlef ħafna demm kawża ta' emoroġija. Fil-fatt minħabba li l-vittma tilef ħafna demm, id- Dipartiment tal-Informazzjoni kien ħareġ stqarrija fejn sar appell urġenti għad-demm O positive. Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamanġa baqa' miftuħ sa tard filgħaxija jilqa' lil dawk li rrispondew għal dan l-appell. Ir-rispons tal- pubbliku kien immedjat tant li kienu ħafna li marru ċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm. Meta bdew jgħaddu l-ġranet u Baldacchino kien għadu qed jinżamm taħt osservazzjoni stretta kemm medika kif ukoll dik ta' sigurtà, il-Pulizija bdew jittammaw li Baldacchino seta' jiżvela xi ħaġa, żgħira kemm hi żgħira, li titfa' xi ħjiel dwar l-attentat. Xtaqu kieku jsiru jafu jekk kellux suspetti f 'xi ħadd. Huwa mifhum li sakemm Baldacchino kien għadu fl-art u kien qed jingħata l-ewwel għajnuna medika, huwa lissen isem ta' persuna. Nifhmu li l-Pulizija kienu ġabru lil dan ir-raġel biex jgħinhom fl- investigazzjonijiet, imma qatt ma rriżulta xejn konkret. Jinstab il-mutur Nhar il-Ġimgħa, 26 ta' Novembru 2010 dan il-każ kellu żvolta meta l-Pulizija sabu l-mutur li ntuża mill-qattiel. Kien għall-ħabta tal-5.20pm meta l-Pulizija sabu l-mutur Typhoon blu fil-baħar taħt il- Forti Sant Iermu li dak iż-żmien kien jintuża bħala l-Akkademja tal-Pulizija fil-Belt. Mill-istħarriġ li għamlu l-Pulizija kienu waslu għat-teżi li wara li seħħ l-attentat, is- sewwieq tal-mutur baqa' sejjer dritt lejn il-Foss tal-Belt li jagħti għal taħt Sant Iermu fejn ħeles mill-mutur billi tefgħu fil-baħar. Wara tliet ijiem ta' tfittxija l-Pulizija rċevew informazzjoni fejn setgħu jsibu l-mutur li ntuża f 'dan il-każ. Meta marru fuq il-post indikat il-Pulizija setgħu jaraw mutur f 'qiegħ il-baħar imma ma kinux ċerti li kien l-istess wieħed li kienu qegħdin ifittxu. Wara li ttella' mill-baħar, il-mutur ittieħed fil-Bażi tal- Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta' Malta f 'Xatt it-Tiben fejn kien hemm jistennew l-investigaturi tal-Pulizija u l-Uffiċjali tax-Xena tar-Reat. Minn hemm il-mutur ittieħed lejn il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal aktar stħarriġ. Il-Pulizija xtaqu jkomplu jfittxu kemm fl-inħawi kif ukoll fil- baħar, b'mod speċjali għall-arma li ntużat, iżda peress li kien dalam kellhom jabbandunaw it-tfittxija u jipposponuha. Mal- ewwel dawl tax-xemx komplew bi tfittxija intensiva bit-tama li tinstab l-arma, iżda nifhmu li din baqgħet ma nstabitx. Interrogati diversi individwi Bħalma jiġri f 'kull każ il-Pulizija ġabret diversi persuni li huma magħrufin magħhom biex jgħinuhom fl-investigazzjonijiet. Minkejja s-sigħat twal ta' interrogazzjonijiet, il-Pulizija qatt ma kellhom dik il-prova suffiċjenti biex takkuża lil xi ħadd li sa dakinhar kien għadu każ ta' attentat ta' qtil fuq Joseph Baldacchino. Imut aktar minn xahar wara Baldacchino kien għamel aktar minn xahar jissielet għal ħajtu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei. Fil-fatt huwa ġie ċċertifikat mejjet nhar it-Tnejn, 27 ta' Diċembru 2010 għall-ħabta ta' 11.40pm mingħajr qatt ma ġie f 'tiegħu. Kien żmien li s-soltu l-familji jinġabru biex jiċċelebraw flimkien il-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena. Imma għall-familja Baldacchino ma kienx żmien ta' ferħ, iżda ġranet diffiċli u ta' niket, imma xorta waħda kienu flimkien. Bl-aħbar li n-negozjant Joseph Baldacchino ddikjarat mejjet, il-Pulizija issa kellhom każ ta' omiċidju x'jinvestigaw u mhux aktar attentat ta' qtil. Dan kien it-tieni attentat fuq il-ħajja ta' Baldacchino. Madwar sena u tliet xhur qabel xi ħadd mhux magħruf kien poġġa bomba b'sustanza magħmula minn TNT mar-rota tal-vettura tiegħu, x'aktarx l-istess waħda li kien biha meta sar it-tieni attentat. Dakinhar il-vettura kienet ipparkjata quddiem l-istabbiliment tan-negozju tiegħu Baldacchino Woodworks fiż-Żurrieq. Għalkemm il-bomba splodiet ma kinitx ikkawżat ħsarat estensivi. Il- Pulizja temmen li hemm rabta bejn l-attentat tal-isparatura u l-bomba li kienet tpoġġiet mal-karozza tiegħu. Din id-darba min ried jelimina lil Baldacchino ma ħax aktar riskji u x'aktarx li għalhekk qabbad lil min jisparalu u jkun ċert li joqtlu. Barra li Joseph Baldacchino kien sid Baldacchino Woodworks, kien ukoll imexxi s-swali tat-tiġijiet Garden Of Eden fiż-Żurrieq, l-Olive Gardens taħt l-Imdina, Villa Maria fir-Rabat, Malta u wieħed mill-akbar proġetti tiegħu San Lawrenz Leisure Resort f 'Għawdex u aktar. Suspett qawwi, imma mhux biżżejjed Waqt stħarriġ ta' każ totalment separat, il-Pulizija kienu sabu biċċa karta f 'karozza li fuqha kien hemm imniżżel in- numru tal-karozza ta' Joseph Baldacchino. Din il-biċċa karta nstabet fil- karozza ta' Romeo Bone mill- Furjana waqt tfittxija li kienu għamlu l-Pulizija fil-karozza tiegħu fuq allegazzjoni li saret fuq Bone minn eks-Pulizija Mario Portelli li kien qal li Bone kien qiegħed isegwi l-passi tiegħu. Bone ma kienx instab ħati dwar din l-allegazzjoni. Bis-sejba ta' dik in-nota bin-numru tal-karozza ta' Joseph Baldacchino għamlet li Bone wieħed mis-suspettati fil-qtil tan-negozjant imma l-investigaturi qatt ma kellhom provi li jpoġġu lil Bone fuq ix-xena tad-delitt jew li kellu xi konnessjoni ma' Baldacchino. Appell Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in- numri 119 jew 21224001. Il-post fejn inqatel Joseph Baldacchino "Il-vittma kien għadu kif kellem il- qattiel biex jgħidlu li waqgħetlu l-pjanċa tal-mutur" Il-vittma - Joseph Baldacchino Baldacchino kien is-sid ta' bosta negozji fosthom il-lukanda Kempinski u l-flettijiet f 'Għawdex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2014