Illum previous editions

illum 26 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/404413

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 26 ta' Ottubru 2014 Kif għażilt il-basketball fost tant sport ieħor? Bdejt nilgħab il-basketball meta kelli tmien snin u komplejt nevolvi fih bl- iktar mod naturali iktar minn kull sport li pprovajt nilgħab f 'ħajti. Anki jekk ma stajtx nimmaġina lili nnifsi nilgħab b'mod professjonali, kont nieħu gost għall-fatt li kont nagħmel parti minn tim u nibni relazzjoni tajba ma' sħabi l-plejers. Naf li kellek esperjenza tajba barra minn Malta. Kif għenitek din l-esperjenza f 'ħajtek? Tina iktar dettalji. Meta kelli 17-il sena mort nilgħab f 'Pomezia fl-Italja fejn hemmhekk kont nilgħab fil-kampjonat tas-Serie B Eccellenza. Għalkemm kont l-iżgħar plejer il-kowċis tiegħi stennew ħafna minni u kont inkoraġġuta li nikber kemm bħala individwu kif ukoll bħala atleta. Mort l-Italja mingħajr ma kont naf lill-plejers u lanqas il-lingwa Taljana, waqt li l-irwol tiegħi bħal Point Guard irrikjeda li jien norganizza u mmexxi lit-tim. Jien kont sorpriża b'mod pożittiv, meta f 'perjodu qasir ta' żmien bdejt nitkellem it-Taljan b'mod tajjeb u ersaqt viċin lejn sħabi kollha l-plejers. Anki meta kont qed nistudja full-time l-Ingilterra, komplejt nilgħab il-basketball. Lgħabt ma' Sheffield Hatters kif ukoll mat-tim tal-Università sakemm l-impenji li kelli marbutin mal-skola ġegħluni nieqaf minn ma' Sheffield Hatters. Madankollu, kien iktar tard meta kont qed naħdem fl-Amerika, li rrealizzajt li ridt nieħu l-basketball b'iktar serjetà. Irritornajt Malta u bdejt nitħarreġ u nilgħab mat-tim ta' Loyola qabel mort Sqallija. Kont naf li għamilt id-deċiżjoni t-tajba meta bdejt nilgħab b'mod professjonali mat-tim ta' Rainbow Catania. Li kieku l-finanzi tat-tim ippermettew, kont inkun iktar kuntenta li kieku lgħabt ma' dan it-tim għal iktar minn żewġ staġuni, madankollu xorta tgħallimt ħafna minn din l-esperjrenza qasira fi Sqallija. Minn din l-espejenza tgħallimt ħafna, u għenitni noħroġ il-potenzjal tiegħi u wasslitni biex nilgħab mat-tim Malti ta' Hibernians. Matul dan l-istaġun erġajt irritornajt Malta. Ġejt affetwata b'xi mod mit- tranżizzjoni minn pajjiż għall-ieħor? It-tranżizzjoni ma kienet xejn diffiċli għalija minħabba l-fatt li l-aħħar post li kont ngħix fih kien propju Sqallija, li huwa ferm simili għal Malta. L-ikbar sfida li kelli nirbaħ kienet u għadha dik li nipprova nsib il-bilanċ bejn il-professjoni tiegħi bħala trainer u nutrizzjonista flimkien ma' li nipprova nlaħħaq mat-taħriġ u l-kundizzjonament li huma mitluba minni biex nilgħab bl-aħjar mod possibbli. Xi drabi ftit li xejn nistrieħ u għalhekk ngħejja ħafna. Kif sejra mat-tim il-ġdid tiegħek Hibernians? It-tim li qed nilgħab miegħu bħalissa, Hibernians, għandu potenzjal enormi, hekk kif il-plejers ta' dan it-tim qegħdin jibdew jirrealizzaw lilhom infushom. Il- fatt li huwa tim ġdid, u li huwa kompost primarjament minn plejers żgħażagħ, qed naffaċċjaw ċerti sfidi hekk kif qed insiru nafu il-kwalitajiet ta' kull plejer u kif naħdmu bħala grupp. Inħossni ferm pożittiva rigward il-futur tagħna u nemmen li ġaladarba jirnexxielna negħlbu din il-fażi inizjali neċessarja nkunu ħafna iktar b'saħħitna. X'kienu l-esperjenzi li kellek sa issa mat-tim nazzjonali? Sa minn meta ngħaqadt mat-tim nazzjonali meta kelli 16-il sena, kelli ħafna esperjenzi ma' dan it-tim. Kull esperjenza mal-istess tim hija speċjali għalija fil-mod tagħha. Anki f 'dawk il-ftit logħbiet li sfortunatament fallejna milli nikkwalifikaw għal stadji iktar avvanzati, il-fatt li kkompetejt kontra atleti iktar t'esperjenza inkoraġġietni bis-sħiħ biex intejjeb it-tekniċi tiegħi fil-basketball u nitħarreġ iktar b'saħħti. Min-naħa l-oħra meta rbaħna l-midalja tad-deheb għamel ix-xogħol iebes tagħna iktar ta' sodisfazzjon. L-emozzjoni ta' meta tirbaħ logħba hija waħda indeskrivibbli, speċjalment meta din tkun maqsuma ma' sħabi l-plejers, għalhekk il-memorji favoriti tiegħi huma konnessi mal-mumenti meta għent lit-tim tiegħi jirbaħ. X'relazzjoni għandek mal-kowċ tat-tim nazzjonali Angela Adamoli? Jien u Angela Adamoli mmorru tajjeb ħafna flimkien. Iltqajna għall- ewwel darba f 'Pomezia meta jien kont qed nitħarreġ mat-tim tas-serie A u kont fortunata biżżejjed li kelli lilha bħala waħda mill-kowċis tiegħi. Kont verament emozzjonata meta t-tim nazzjonali ħabbar li hi kienet se tkun il-kowċ tat-tim nazzjonali hekk kif hi għandha ħafna x'toffri lill-plejers tagħha. Matul is-snin jien ġejt ikkowċjata minn diversi kowċis ta' talent kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta, u l-abiltà ta' Angela li timmotiva lit-tim tagħha tibqa' bla paragun. L-imħabba evidenti tagħha għall-isport tal-basketball huwa ta' ispirazjoni għall-plejers tagħha u hi tifhem kif tħejji lit-tim tagħha psikoloġikament għal-logħba importanti. X'tikkummenta fuq il-Malta Basketball Association mmexxija mill- SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Christina Grima – bla dubju waħda mill-aqwa plejers tal-basketball li pproduċa l-basketball lokali f'dawn l-aħħar snin u li għamlet isem għal pajjiżna -istess sport barra minn Malta. "Ħafna aħbarijiet marbuta mal-isport huma mimlija futbol, u nispera li nara bidla f 'din il-ħaġa inġusta" "Nemmen li ma ninvestux biżżejjed fil-faċilitajiet tal- isport f 'pajjiżna" Fost l-aqwa plejers fil-basketball

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2014