Illum previous editions

illum 26 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/404413

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 26 ta' Ottubru 2014 LAĠENDA soċjali kienet fuq l-aġenda tad-diskussjoni f 'laqgħa bejn l-Eżekuttiv ta' NL - Nisa Laburisti u l-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca. Il-laqgħa kordjali kienet mitluba mill-Eżekuttiv ta' NL u saret fil-Palazz tal- President f 'San Anton. Claudette Abela Baldacchino, President ta' NL esprimiet is-sodisfazzjon profond li llum pajjiżna għandu bħala Kap tal-istat persuna li mhux biss hija mara iżda li fuq kollox matul il-karriera tagħha kostantament impenjat ruħha favur dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà. Abela Baldacchino qalet li l-Eżekuttiv ta' NL huwa interessat u jħaddan l-aġenda tal-Presidenza meta qed ngħixu fi żminijiet fejn kawża tal-maltemp ekonomiku qawwi li qed jaħkem fuq l-Ewropa u s-swieq internazzjonali, il-pjaga tal-faqar reġgħet bdiet tgħolli rasha. Qalet li ta' tħassib akbar huwa l-fatt li studju wara studju juru li f 'sitwazzjoni ta' diffikultà, l-ewwel li jaqilgħuha huma n-nisa u t-tfal. Qalet li NL konxja ta' dak li qed jiġri fl-Unjoni Ewropea fejn miljuni jinsabu bla xogħol u fejn iż-żgħażagħ Ewropej qegħdin, f 'numri dejjem jikbru, jaħarbu u jittentaw li jsibu futur aħjar għalihom band'oħra. Iċ-ċittadini Ewropej qegħdin jaqtgħu qalbhom u jitilfu l-fiduċja qalet Abela Baldacchino u għalhekk għandu jkollna mudell ta' demokrazija mibnija fuq is-solidarjetà u t-tolleranza. Huwa f 'dan il-kuntest li NL trid tagħti s-sehem tagħha u taħdem biex titkattar is-solidarjetà u l-ġustizzja soċjali anke f 'pajjiżna fejn niżguraw li b'miżuri akkurati nkomplu nsostnu l-ekonomija Maltija u l-impjiegi li din tiġġenera l-impjiegi. Għaldaqstant, l-Eżekuttiv ta' NL wiegħed l-appoġġ kollu tiegħu fil-ħidma tal-Presidenza sabiex il- faqar u l-problemi soċjali kbar relatati miegħu tassew jitpoġġew fuq nett tal-aġenda nazzjonali. ''Nemmnu'' qalet Abela Baldacchino ''li bil- ħidma ta' kulħadd nistgħu negħlbu din l-isfida.'' Min-naħa tagħha l-President Coleiro Preca spjegat il-ħidma tagħha mill-Presidenza. Fakkret fid-diskors tagħha waqt il-konferenza ta' livell għoli organizzata mill- Kummissjoni Ewropea fi Brussell, bit-tema "The Europe 2020 poverty target: Lessons Learned and the Way Forward". ''Iż-żieda tal-faqar fl- Ewropa hi tal-akbar tħassib u għalhekk jeħtieġ li nkabbru l-isforzi tagħna biex nindirizzawh. Il- politiki soċjali waħedhom mhumiex biżżejjed biex jindirizzaw il-faqar, għax dan huwa fenomenu kumpless iddeterminat minn fatturi soċjali kif ukoll dawk ekonomiċi u politiċi" qalet l-Eċċellenza tagħha. Il-President tar-Repubblika għamlet ukoll referenza għal tipi ġodda ta' faqar dinji, fosthom li qegħdin jiżiedu dawk li minkejja li għandhom edukazzjoni terzjarja u huma kwalifikati, xorta waħda dawn qed jispiċċaw f 'impjiegi mħallsin bi ftit flus, bir-riżultat li dawn qegħdin jaqgħu fiċ-ċirku tal-faqar u saħansitra tal-prekarjat. Qalet ukoll li l-faqar mhix problema biss ta' individwu, familja jew għażla ta' komunità iżda tinsab fl-għeruq ta' inġustizzji soċjali, politiċi u ekonomiċi. "L-ewwel li jaqilgħuha huma n-nisa u t-tfal" Apprezzament Manni Spiteri MARIO AZZOPARDI LAĦBAR tal-mewt ta' Manni Spiteri waslitli b'ħasda. Kont niltaqa' miegħu minn żmien għall- ieħor fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira, fejn it-tnejn li aħna konna niċċekkjaw kemm għandna bżonn warfarina. Manni kien jidher dejjem tajjeb ħafna u ma tilifx l-ispark li kellu dari. Dawk tal-ġenerazzjoni tiegħi, il-baby boomers, jiftakruh bħala attur tar- radju u tal-palk. Eluf kienu jistennew l-episodji fejn Manni kien jinterpreta l-protagonist fis-serje Il- Farfett l-Aħdar. U forsi l-aqwa moment tiegħu għall- palk kien fil-parti ewlenija fid-dramm psiko-kriminali L-Ewwel Jien! ta' Ġużè Diacono. Manni ħaqqu li ma jintesiex fejn tidħol l-istorja tat-teatru Malti. Insellem il-memorja ta' Manni Spiteri u noffri l-kondoljanzi tiegħi lill- familja tiegħu. Manni Spiteri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2014