Illum previous editions

illum 26 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/404413

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 26 ta' Ottubru 2014 Erba' snin mill-qtil ta' Joseph It-tieni attentat ISSENSIELA "Omiċidji mhux solvuti" din il-ġimgħa tkompli bil-qtil tan-negozjant Joseph Baldacchino li minkejja li għamel aktar minn xahar jissielet għal ħajtu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei, hu miet wara li xi ħadd li s'issa għadu mhux magħruf sparalu tiri ta' arma tan-nar ftit wara li kien għadu kif ipparkja l-vettura tiegħu f 'parkeġġ fil-Belt nhar it- Tlieta, 23 ta' Novembru 2010. Attentat ieħor fuq il-ħajja ta' Baldacchino seħħ aktar minn sena qabel. Stennieh fuq mutur Joseph Baldacchino ta' 51 sena miż-Żurrieq, li kien joqgħod Ħ'Attard, dakinhar li sar l-attentat fuqu kien mar il-Belt għax kellu jattendi seduta fil- Qorti fuq kawża ċivili. Kien ftit qabel id-9am li Baldacchino wasal fil-kapitali u baqa' sejjer lejn Triq il-Mitħna fejn ipparkja l-karozza tiegħu, Toyota Land Cruiser fil-parkeġġ tal-House of Four Winds. Li żgur qatt ma daħallu f 'rasu kien li raġel fuq mutur li kien għadu kif għadda minn ħdejh qabel daħal fil-parkeġġ, kien qattiel li x'aktarx tqabbad minn persuni oħrajn biex joqtlu. Baldacchino, missier ta' ħamest itfal, ipparkja l-vettura u kif kien għadu fil-parkeġġ ġibed l-attenzjoni tas-sewwieq tal-mutur fejn qallu li n-numru tar-reġistrazzjoni tal-mutur kien waqagħlu fl-art. Is-sewwieq tal-mutur għamillu ġest b'rasu li kien fehmu u ħalla lil Baldacchino jkompli miexi. Kif għamel ftit passi l-qattiel resaq minn warajh bil-mutur tat-tip Typhoon ta' kulur blu u li kellu kulur oranġjo mar-roti u s-sewwieq niżżel iż-żipp tal- ġakketta, ħareġ pistola u spara tir ta' kalibru .22mm f 'dahar Baldacchino. Il-qattiel ried ikun assolutament ċert li ma jfallix il- mira tant li mhux sparalu minn xi distanza, iżda poġġa l-pistola eżatt ma' dahar il-vittma tant li ma ħariġlux demm li jindika li l-isparatura kienet mill-qrib ħafna. Il-każ seħħ quddiem numru ta' persuni li raw lil Baldacchino jaqa' mal-art filwaqt li l-mutur deher jitlaq minn fuq il-post tar-reat b'veloċità eċċessiva. Kif kien qed jaħrab il-pjanċa tar-reġistrazzjoni tal-mutur bin-numru EAH124 inqalgħet u waqgħet fl-art fejn instabet mill- Pulizija aktar tard. Iżda l-Pulizija jemmnu li l-pjanċa ntremiet mill-istess qattiel biex meta ħareġ mill- Belt il-kameras tas-CVA ma timmarkahx bħalma kien immarkat li kien daħal fid- 8.40am. B'hekk ħadd ma seta' kellu ħjiel lil fejn ġibed. Dan ta vantaġġ lill-qattiel fuq il-Pulizija sakemm isiru l-verifiki u jkunu eżaminati l-filmati. Kollox jindika li l-qattiel kien persuna professjonali li qatt ma kien eskluż ukoll li seta' kien barrani li ġie Malta b'għan ewlieni, dak biex iwettaq id-delitt u dakinhar stess telaq minn pajjiżna u ħlief għal skartoċċ ta' balla ma ħalla ebda traċċa warajh. Fuq il-post ta' dan il-qtil stil mafjuż bdew jaslu diversi Pulizija fosthom dawk tad- Distrett, immexxijin mill- Ispettur James Grech, li llum jagħmel parti mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali, flimkien mas-Surġent Stephen Saliba. Ftit tal-ħin wara marru wkoll is-Supretendent Silvio Valletta, illum Assistent Kummissarju u l-Ispetturi Daniel Zammit u Chris Pullicino. Ippreservata x-xena tad-delitt Wara li l-vittma ttieħed l-isptar, il-Pulizija għalqu l-aċċess għall-parkeġġ u l-inħawi biex jippreservaw ix-xena tar-reat. Bil-każ ġiet informata l-Maġistrat Dr Audrey Demicoli u ħatret numru ta' esperti fosthom lill-Brigadier Maurice Calleja bħala espert ballistiku, it-Tabib Forensiku Mario Scerri u Martin Bajada biex jeżamina filmati tal-kameras tas-sigurtà fosthom dawk tas-CVA. Il- Pulizija tad-Distrett u dawk mill-Iskwadra Mobbli bdew bi tfittxija għall-mutur u l-qattiel, iżda sa tard filgħaxija ma kien hemm l-ebda ħjiel ta' xejn. Minn fuq il-post tar-reat il-Pulizija elevaw skartoċċ li jindika li l-arma li ntużat kienet pistola kalibru .22mm. Mill- pjanċa li waqgħet mill-mutur irriżulta li l-mutur kien ġie rrapportat misruq mill-Marsa fil-21 ta' Ottubru, ftit aktar minn xahar qabel, li kien jindika li l-qtil ta' Joseph Baldacchino kien ippremedidat u kien ilu ppjanat. Ma mietx mill-ewwel Minkejja li Joseph Baldacchino Iħebb għar-referi Għalliem ikkorrompa studenta ta' 13-il sena Seraq il-bibien ta' karozza Mill-Qorti RAĠEL ta' 44 sena mill-Gżira ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin, u li għal sena sħiħa ma jersaqx lejn grawnd tal-futbol, wara li ammetta li aggredixxa referi waqt partita tal-minors bejn Gżira u Kirkop. Emanuel Ciantar – li huwa uffiċjal tal-Gżira United FC - ammetta wkoll li hedded u li kkważa ġrieħi ħfief fuq ir-referi Etienne Mangion, li kiser il-paċi pubblika, u li uża kliem abbużiv fil-konfront tar-referi. Il-partita ntlagħbet fil- grawnd tal-Mosta nhar it-Tnejn li għadda, bl-inċident iseħħ għall-ħabta tad-9pm. Sorsi qrib l-investigazzjoni qalu li l-attakk seħħ wara li r-referi keċċa żewġ plejers tal-Gżira. Intant, fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni tar-Referis Maltin qalet li l-attakk seħħ fuq ir-referi fid-dressing room, u li l-imputat kellu jiġi mwaqqaf miż-żewġ assistenti tar-referi. Huwa mifhum li wara l-attakk, ir-referi għamel rapport lil pulizija filwaqt li uffiċjal mediku ċċertifikah li sofra uġigħ f 'dahru u grif f 'wiċċu. Il-Qorti, ppreseduta mill- Maġistrat Miriam Hayman, sabet lil Ciantar ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh u lliberatu bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin, u li għal sena sħiħa ma jersqax lejn l-ebda grawnd tal-futbol jew ikellem lir-referi Etienne Mangion. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Nicholas Vella, filwaqt li l-Avukat Chris Cilia deher għal akkużat. Raġel ta' 33 sena minn Bormla ġie kkundannat sena ħabs wara li ammetta li seraq erba' bibien ta' karozza Peugeot li kienet ipparkjata. Charlie Brincat – li għandu problema ta' dipendenza fuq l-alkoħol - intbagħat 18-il xahar ħabs oħra wara li ammetta li kiser il-kundizzjonijiet imposti minnu mill-qorti fuq sentenza sospiża u li kien reċediv. Is-serqa seħħet nhar il- Ħamis fin-12:30pm fi Triq Polverista, Bormla. Sorsi qalu li dakinhar l-akkużat seraq l-erba' bibien ta' karozza Peugeot li kienet ipparkjata quddiem mekkanik. Il-Maġistrat Anthony Vella qal li minkejja li l-imputat ingħata ċansijiet mill-Qorti, Brincat baqa' ma tgħallimx mill-iżbalji tiegħu. B'konsegwenza ta' dan, il-Maġistrat qal, il-Qorti m'għandhiex għażla oħra ħlief li tibgħat lill-imputat il-ħabs għal sena, u tmintax-il xahar ieħor talli kkommetta r-reat waqt it-terminu ta' sentenza sospiża. Għalliem taż-żfin minn Raħal Ġdid inżamm taħt arrest preventiv wara li ġie mixli quddiem il-Maġistrat Giovanni Grixti li bejn Mejju u Ġunju li għadda kkorrompa studenta ta' 13-il sena. Warren Muscat, ta' 30 sena minn Raħal Ġdid, li s-sengħa tiegħu hija dik ta' mekkanik iżda huwa żeffien u li filgħaxija jagħti l-lezzjonijiet, ġie mixli wkoll li pparteċipa f 'attivatijiet sesswali mal- istudenta tiegħu, u li kkommetta attentat vjolenti fuq il-pudur tagħha - liema reati huma ta' natura aktar serja minħabba li l-istess tifla kienet fdata lilu sabiex jieħu ħsiebha, jgħallimha u jindukraha. Muscat wieġeb mhux ħati għall-akkużi. Sorsi qalu li allegatament kien waqt il-lezzjonijiet taż- żfin, kien hemm għaddej xi tip ta' tinbix bejn l-imputat u t-tifla. Huwa mifhum ukoll li fuq il-mowbajl tal-akkużat instabu diversi messaġġi lil u minn studenti tiegħu taħt l-età. B'hekk, il-Maġistrat Giovanni Grixti ordna li jkun ikkonfiskat il-mowbajl ta' Muscat biex ikun stabbilit jekk hemmx xi messaġġi li jistgħu jinkriminawh. L-Avukat Mario Spiteri deher għall-akkużat, filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Sylvana Briffa u Josric Mifsud. John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2014