Illum previous editions

illum 26 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/404413

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Ottubru 2014 | illum 7 22 ċentru ta' matul il-jum u tagħlim FTIT ġranet ilu s-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva nieda prospektus sħiħ għaċ-ċentri ta' matul il-jum biex jinbidlu f 'LifeLong Learning Hubs. Dawn iċ-ċentri huma servizzi fil-komunità fejn l-anzjani tal-madwar jistgħu jiltaqgħu fihom u b'hekk iqattgħu l-ħin liberu tagħhom hemm. B'kollox Malta hawn 22 ċentru, l-aktar wieħed riċenti tal-Gżira li nfetaħ propju din il-ġimgħa. Huma bosta dawk l-anzjani fil-komunità li jattendu, u għalhekk dawn iċ-ċentri huma kruċjali biex l-anzjani jibqgħu attivi u jibqgħu fil- komunità. Din il-gazzetta daħlet iżjed fil-fond biex tara fiex jikkonsistu dawn is- sezzjonijiet ta' taħriġ għall- anzjani li jattendu ta' kuljum dawn iċ-ċentri. Tkellimna mas-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana li qaltilna li bla dubju ta' xejn, it- tagħlim għall-adulti huwa importanti biex tiġi żgurata ħajja ta' kwalità tajba u biex il-persuni anzjani jibqgħu b'saħħithom u mentalment attivi. Caruana qalet li t-tagħlim tul il-ħajja jippromovi wkoll is-sodisfazzjon personali, il-kunfidenza u s-soċjalizzazzjoni. "It- tagħlim aktar tard fil-ħajja jieħu xejriet differenti li jvarjaw minn strutturi akkademiċi u formali għal tagħlim iktar informali u flessibli. Huwa fatt magħruf li għalkemm Malta toffri bosta opportunitajiet għat- tagħlim tul il-ħajja, bosta anzjani jħabbtu wiċċhom ma' bosta tfixkil fil- parteċipazzjoni tagħhom f 'attivitajiet ta' tagħlim." Mistoqsija dwar il- programmi li jipprovdu dawn iċ-ċentri, Caruana qalet li l-programmi jinkludu tipi differenti ta' suġġetti li jvarjaw fuq drawwiet u użanzi Maltin, l-istorja ta' Malta, Veduti u Arti diversi ta' Malta u suġġetti oħrajn fuq affarijiet li niltaqgħu magħhom matul il-ħajja. Semma fost oħrajn il- kreattività, informazzjoni fuq Malta u fuq il-kultura Maltija u lezzjonijiet tal- aerobics. "Suġġett partikolari hu dak magħruf bħala Kabbar Siġra fejn kull ċentru ta' matul il-jum se jkun qiegħed jieħu ħsieb li jkabbar siġra bl-għan li anki l-anzjani jikkontribwixxu għal ambjent aħjar u aktar nadif għall-pajjiżna" qalet is-Segretarju Parlamentari. Kompliet tgħid li apparti minn hekk, fil-prospett għal dawn il-Lifelong Learning Hubs ġie miżjud ukoll il-proġett roadshow b'kollaborazzjoni mal-Malta Communications Authority, fejn l-anzjani se jkollhom iċ- ċans jitgħallmu wkoll fuq kif jużaw informazzjoni diġitali. "Dan qiegħed isir permezz ta' tablets biex l-anzjani jitgħallmu jużaw għodda diġitali relattivament ħafifa biex tużaha u li tista' tinxtara bi prezz raġonevoli. Fost it- tagħlim dwar informazzjoni diġitali, dawn l-anzjani qegħdin jitgħallmu kif jużaw l-internet u mezzi ta' komunikazzjoni differenti, minħabba li ħafna minnhom għandhom qrabathom joqogħdu 'l bogħod jew barra minn Malta. Nafu kemm hawn anzjani jinstabu waħedhom, u għalhekk permezz ta' din l-għodda diġitali, meta jitgħallmuha, jistgħu jikkomunikaw b'mod iżjed faċli u dirett mal-familjari tagħhom, waqt li fl-istess ħin ikunu qegħdin iserrħu l-moħħ ta' qrabathom." Meta staqsejna lil Caruana jekk hux is-suġġetti kollha huma disponibbli f 'kull ċentru hija qalet li hemm tqassim tas-suġġetti skont il-lokalità kif ukoll dwar il-faċilitajiet li joffru ċ-ċentri nfushom. "F'ċertu lokalitajiet, bħal tal-Mellieħa, l-anzjani qegħdin jagħmlu wkoll korsijiet tal-Aerobics. Dan huwa mod ċar kif anke meta wieħed jikber, jista' jibqa' jagħmel eżerċizzju fiżiku u jibqa' f 'saħħtu. Nafu kemm illum għandna problema tal- obeżità anke fost l-anzjani u għalhekk dawn it-tip ta' eżerċizzji jagħmlu tajjeb biex wieħed iżomm ruħu kemm jista' jkun attiv u f 'kundizzjoni tajba." Staqsejnieha wkoll dwar passatempi popolari mal- anzjani bħal mhi t-tombla. "Bla dubju ta' xejn ħafna anzjani kienu jmorru ċ-ċentru ta' matul il-jum u jieħdu gost jilagħbu t-tombla waqt li jiltaqgħu ma' anzjani oħra tal-istess età. Għalhekk it-tombla se tibqa' tintlab f 'dawn iċ- ċentri, anke minħabba l-fatt li hija għodda utli ta' kif wieħed jinduna fil-pront b'kundizzjoni ta' dimensja." Is-Segretarju Parlamentari kompliet tgħid li llum ħafna anzjani qegħdin ikunu ommijiet jew missirijiet għat-tieni darba bit-tfal tat- tfal. "Din saret rwol komuni ta' ħafna nanniet kemm f 'Malta u kemm fl-Ewropa. Dawn il-lifelong learning hubs huma wkoll mod ta' kif dawn in-nanniet isiru jafu iżjed fuq l-affarijiet tal- lum u jaġġornaw ruħhom b'informazzjoni tal-lum biex il-quddiem ikunu jistgħu jinfurmaw ruħhom man- neputijiet. Ħafna anzjani llum qegħdin ukoll jgħinu lin-neputijiet tagħhom fil-maaterjal tal-iskola u għalhekk hemm bżonn ikunu aġġornati." Caruana temmet tgħid li l-Gvern nieda dawn l-inizjattivi ta' tagħlim u se jkompli jsaħħaħ dawn it-tip ta' servizzi minħabba l-fatt li huma mod ċar ta' kif anzjan jista' jibqa' attiv. "Fil-ħajja qatt ma tieqaf titgħallem u għalhekk it-tagħlim magħtul il-ħajja m'għandu jieqaf qatt." Frederick Attard fattard@mediatoday.com.mt Justyne Caruana tara l-anzjani jużaw it-tablet u anzjani waqt attivita' fiżika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2014