Illum previous editions

illum 26 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/404413

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 26 ta' Ottubru 2014 www.um.edu.mt/discoveruniversity 2340 2163 or comms@um.edu.mt for more information OPEN DAY Sunday 26 October 2014 5-a-side Tournament Registration for Fun Run Wind Ensemble opens the event Activities throughout the day 09:00 09:00 09:30 09:30 11:00 11:00 11:00-17:00 11:00-17:00 Entrance from Main Gate • All parking in Car Park 6 Entrance from Main Gate • All parking in Car Park 6 L-iżviluppi dwar il-kumpless White Rocks Possibbiltà li dan il-proġett finalment jitwettaq ĦDAXIL investitur, mis- 17 li ġabru d-dokument tal-Espressjoni Internazzjonali ta' Interess għal Konċessjoni għad- Disinn, Bini u Operat tal-White Rocks Malta, issottomettew il-proposti tagħhom mal-Privatisation Unit tal-Gvern. "In-numru ta' sottomissjonijiet għall- iżvilupp tal-White Rocks ikompli jimla lil dan il- Gvern bil-kuraġġ biex ikompli jaħdem ħalli jpoġġi lil dan il-pajjiż fuq quddiem fl-Ewropa, kif diġà, bħala pajjiż, qed jirnexxilna nagħmlu f 'diversi oqsma, fosthom fl-ekonomija u fl-impjiegi." Dan qalu l-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Chris Cardona f 'kumment fejn esprima s-sodisfazzjon tiegħu għan- numru ta' proposti wara s-sejħa Internazzjonali li ħareġ il-Gvern. Cardona kompla jgħid "Qed inħarsu 'l quddiem biex, b'determinazzjoni u impenn, naraw li dan il- proġett fl-aħħar jitwettaq. Dan ħalli ssir ġustizzja ma' din iż-żona u mal-poplu li ilu s-snin jara din it- telqa u, fuq kollox, jara sit b'potenzjal kbir f 'pajjiżu ma jkunx utilizzat." Il-Gvern kien nieda s-sejħa internazzjonali għal konċessjoni għad- disinn, bini u operat tal- White Rocks Malta fl-20 ta' Ġunju 2014. B'kollox, minn dakinhar, fil-Privatisation Unit daħlu 139 talba għal aktar informazzjoni, li minnhom, sakemm skada ż-żmien għall-ġbir tad-dokument tal-EOI, kien hemm 17 li ġabru d-dokument. Il-pass li jmiss hu li jinħatar kumitat bil-għan li jevalwa l-proposti u jipprepara rapport ta' rakkomandazzjoni lill- Gvern ta' kif għandu jkun utilizzat bl-aħjar mod is-sit abbażi tas-sottomossijonijiet li saru. Polidano b'ċertifikat għall- effiċjenza ambjentali FORSI diffiċli biex temmen imma l-kumpanija Polidano Group of Companies ġiet ċertifikata bl-ISOI14001 mill-BSI, kumpanija Ingliża li tiċċertifika kumpaniji. Polidano Group of Companies kienet fil-mira ta' ħafna kritika minħabba żvilupp illegali. Iżda dan iċ- ċertifikat se jikkontribwixxi biex il-kumpanija tipprova tirbaħ ġieħha. Biex tieħu dan iċ-ċertifikat irid ikollok livelli għoljin fir-riċiklaġġ tal-ilma, skart u materjal, kif ukoll livelli ta' storbju li jirrispettaw id- direttivi tal-Unjoni Ewropea. Il-kumpanija Polidano ġiet imwaqqfa fl-1987u timpjega mijiet ta' ħaddiema u hija l-ewwel kumpanija tal- kostruzzjoni f 'Malta li rebħet dan iċ-ċertifikat. F'kumment li ta Colin Rushmere, f 'isem il-BSI hu qal li hemm protokoll diffiċli permezz ta' rapporti ta' kull xahrejn, audits interni u spezzjonijiet fuq il-post. "Ma tiħux iċ-ċertifikat għax tħallas għalih," qal Rushmere. Charles Polidano Dehra mill-ajru tal-kumpless Dik li darba kienet il-pixxina tal-kumpless

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2014