Illum previous editions

illum 22 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/467062

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 31

€1.00 Nr 436 • 22 ta' Frar 2015 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST Investigata ittra ta' Busuttil lill-impjegati tal-Enemalta ARA PAĠNI 3031 Il-qtil tal-Lion fl -2012 Iċ-Cittadella: Tingħata l-ħajja mill-ġdid Paġna 8 u 9 Paġna 12 Ikompli f 'paġna 2 DIN il-gazzetta hi infurmata li grupp ta' impjegati tal- Enemalta ressqu lment lill- Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Protezzjoni tad- Data u talbu biex issir investigazzjoni u la darba jiġu identifikati l-ksur tar- regoli, jittieħdu azzjonijiet skont dak li tgħid il-liġi. Artiklu 9(A) tal-Att għall- Protezzjoni tad-Data (Kapitlu 440) jgħid li data personali tista' tkun ipproċessata biss jekk is- suġġett tad-data jkun ta l-informazzjoni bil-qbil tiegħu stess. L-impjegati tal-Enemalta qed jikkwotaw Artiklu 40 tal-istess att li jistipula li l-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data hu responsabbli biex isegwi l-kontroll u jivverifika jekk l-ipproċessar iseħħx bil- proviżjonijiet tal-Att. Impjegati qalu lill-ILLUM li l-ittra ta' Simon Busuttil li ntbagħtet fid- djar residenzjali tagħhom hija parti minn kampanja immirata lejn l-Enemalta li tħalliet b'dejn ta' 840 miljun mill-amministrazzjoni ta' qabel b'riskju enormi fuq ix- xogħlijiet. L-Enemalta issa attirat strateġija ta' 320 miljun mal-kumpanija Ċiniża, ix-Shangai Electric Power li kienet meqjusa bħala l-akbar investiment dirett barrani li qatt attira Malta, bil-maġġoranza tal-ishma jibqgħu fil-kontroll tal-Gvern. Ħaddiema ressqu lment dwar il-Protezzjoni tad-Data Eks Sindku Nazzjonalista joffri n-nomina mal-Labour FRANK Zammit li kien sindku Nazzjonalista fil- Marsa u attivista tal-Partit Nazzjonalista tefa' n-nomina tiegħu f 'isem il-Partit Laburista bħala kandidat għall-Partit Laburista għall- Kunsill tal-Marsa. Zammit huwa magħruf bħala persuna leali u viċin ħafna l-eks Kummissarju John Dalli. Kien segretarju privat ta' Dalli meta kien Ministru u segretarju personali meta kien Kummissarju. Mitlub jikkummenta, Zammit, li kien Nazzjonalist aħrax u magħruf ukoll bħala espert fuq il-Vatikan qal: "Dr Muscat irnexxielu jibni moviment b'membri fih ġejjin minn skejjel politiċi u ta' ideoloġiji differenti li qabel qatt ma ħasbu li setgħu jgħixu flimkien. Il- moviment ta' Joseph Muscat li l-fulkru tiegħu jibqa' l-Partit Laburista, inħobb inxebbhu ma' żerriegħa żgħira li tħawlet u kibret f 'siġra kbira u li qed tagħti kenn lil ħafna għasafar ta' daqs u lwien differenti." Ikompli f 'paġna 4 Naslu biex innaqqsu l-vetturi mit- toroq - Joe Mizzi PAĠNA 17 Muscat mhuwiex it-tip ta' mexxej li l-poplu jixtieq li jkollu - David Casa PAĠNA 16 ILKAP tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal fi stqarrija li wara li ra dak li kiteb Michael Falzon fuq Facebook, fejn ammetta li hu kellu €465,000 mfaddlin fl- HSBC f 'Ġinevra, stqarr li hu jibqa' jikkunsidra dak li qal f 'dawn l-aħħar jiem u li ma jqisx li hu aċċettabbli li nies li jkunu personalitajiet pubbliċi jew politiċi jkunu involuti fi skandli bħal dawn. Busuttil injora l-fatt li Falzon kien irripatrija l-flus permezz ta' amnestija tal-gvern Nazzjonalista qabel l-2008. Ma qal xejn anqas dwar il-każ ta' Austin Gatt li kien ġie żvelat fl-2013 li kellu kont Żvizzeru. Il-Kap Nazzjonalista qal li dawk imċappsin ma' dan l-iskandlu, huma min huma jridu jġorru r-responsabilità tagħhom quddiem il-liġi. "Jekk hemm min minnhom li għandu xi konnessjoni uffiċjali mal-Partit Nazzjonalista, jistgħu jikkunsidraw lilhom infushom sospiżi immedjatament mill-partit." Temm jgħid li l-Perit Falzon għandu jkun jaf li s-sospensjoni tiegħu mill- partit hi waħda immedjata. Ikompli f 'paġna 2 Busuttil jaħsel idejh minn Michael Falzon

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 February 2015