Illum previous editions

illum 22 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/467062

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

28 illum Il-Ħadd 22 ta' Frar 2015 SPORTSillum RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 21 ta' Frar Aston Villa vs Stoke City 1-2 Chelsea vs Burnley 1-1 Crystal Palace vs Arsenal 1-2 Hull City vs Queens P. Rangers 2-1 Sunderland vs West B. Albion 0-0 Swansea City vs M. United 2-1 M. City vs Newcastle United 5-0 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 22 ta' Frar 13:00 Tottenham H. vs West H. Utd 15:05 Everton vs Leicester City 17:15 Southampton vs Liverpool Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 22 ta' Frar 15:00 AC Milan vs Cesena 15:00 Empoli vs ChievoVerona 15:00 Hellas Verona vs Roma 15:00 Lazio vs Palermo 20:45 Fiorentina vs Torino It-Tnejn 23 ta' Frar 19:00 Napoli vs Sassuolo 21:00 Cagliari vs Inter Cordoba se jżur Malta bil-medalji tat-tripletta ILKUMITAT tal-Inter Club Pupi Zanetti Malta bi pjaċir iħabbar li nhar is-Sibt 14 ta' Marzu u nhar il-Ħadd 15 ta' Marzu, il-player leġġendarju Ivan Ramiro Cordoba se jkun qed iżur Malta. Il-pubbliku Interist se jkun jista' jġedded il-memorja tar- rebħ tat-tripletta għaliex b'mod esklussiv il-plejer se jkun qed jesponi l-medalji tiegħu. Kulħadd huwa mistieden li jieħu ritratt tal-okkażjoni. Dawn huma d-dettalji tal-attivitajiet marbuta maż-żjara ta' Cordoba - nhar is-Sibt 14 ta' Marzu se tiġi organizzata gala dinner ġewwa l-lukanda 'Radisson Blu Resort & Spa', Golden Sands fit-8pm għal prezz ta' €40. Dawk kollha li se jattendu għal din l-attività se jkunu bi dritt li jieħdu ritratt mall-medalji tat- tripletta. Nhar il-Ħadd 15 ta' Marzu Cordoba se jkun qed imexxi kamp ta' taħriġ fejn it-tfal, kemm bniet kif ukoll subien, huma mħeġġa li jipparteċipaw. B'kollox se jkun hemm żewġ sessjonijiet għal prezz ta' €35. L-ewwel sessjoni se tkun qed issir mid-9am sal-11.30am filwaqt li t-tieni sessjoni se tkun qed issir mis-2.30pm sal-5pm. L-etajiet tat-tfal se jvarjaw minn 4 sa 15-il sena. Fl- istess ġurnata, f 'nofsinhar, se jiġi organizzat VIP Lunch fir-ristorant Wiġi's f 'San Ġiljan għall-prezz ta' €60. Dawk li se jattendu se jkollhom l-okkażjoni unika li jieklu flimkien ma' Cordoba kif ukoll jieħdu ritratt tal-okkażjoni mal-medalji tat-tripletta. L-attività hi miftuħa biss għal numru limitat ta' 25 persuna u li għalhekk il-bookings se jittieħdu fuq bażi ta' first come first served. Il-flus kollha miġbura minn dawn l-attivitajiet se tibbenifika minnhom il-Fondazzjoni "te quiere ver onlus" mmexxija minn Cordoba fejn tgħin tfal u familji ġewwa l-Kolumbja. Għal bookings, wieħed jista' jikkuntattja lil Paul Fenech fuq 99494762. Ivan Ramiro Cordoba waqt li kien qed jindirizza konferenza stampa f'lukanda ewlenija fil-Mellieħa f'Novembru li għadda Swansea City jixxukkjaw lil Manchester United u Manchester City jnaqqsu d-distakk minn ma' Chelsea SWANSEA City xxukkjaw lil Manchester United meta ġewwa darhom għelbuhom bl-iskor ta' 2-1. Kienu propju r-Red Devils li fetħu l-iskor permezz ta' Ander Herrera fit-28 minuta iżda Swansea City għamlu rimonta tajba u skorjaw żewġ gowls li swewlhom tliet punti prezzjużi fit- tentattiv tagħhom li jevitaw ir-relegazzjoni għaċ- Championship permezz ta' Sung-Yueng Ki u Bafetimbi Gomes fit-30 u fit-73 minuta rispettivament. Chelsea ġewwa darhom fi Stamford Bridge kisbu riżultat ferm diżappuntanti meta ġewwa miżmuma f 'parità ta' 1-1 minn Burnley. Il-Blues spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il- plejer Nemanja Matic fis-70 minuta permezz ta' karta ħamra diretta. Il-gowl tagħhom wasal minn Branislav Ivanovic waqt li Burnley ġabu l-iskor indaqs permezz ta' Ben Mee fil-81 minuta. Manchester City ġewwa darhom fl- Etihad Stadium għelbu lil Newcastle United bl-iskor ferm konvinċenti ta' 5-0 bil- gowls għalihom jaslu minn penalty ta' Sergio Aguero u gowls ta' Samir Nasri u Edin Dzeko fi spazju qasir ta' 20 minuta, bl-gowls l-oħra jaslu fit-tieni taqsima minn doppjetta ta' David Silva f 'temp qasir ta' żewġ minuti. B'hekk issa Manchester City naqsu d-distakk minn mal- leaders Chelsea għal 5 punti u għalhekk kollox għadu miftuħ għar-rebħ tal-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra. Arsenal barra minn darhom kisbu rebħa tajba ta' 2-1 fuq Crystal Palace biż-żewġ gowls għall-Gunners jaslu minn penalty ta' Santi Cazorla u gowl ieħor tal-Franċiż, Olivier Giroud. Glenn Murray naqqas il-marġni tal-iskor għal Crystal Palace fid-90 minuta. Bl-istess skor intemm il-konfront bejn Stoke City u Aston Villa fejn kienu Stoke City li għalkemm kienu qed jilagħbu barra minn darhom kisbu t-tliet punti ferm importanti. Iż-żewġ gowls għal Stoke City waslu minn Mame Biram Diouf u minn penalty ta' Victor Moses. Il-gowl uniku għal Aston Villa wasal minn Scott Sinclair fl-20 minuta fejn tajjeb ngħidu li huma spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Ron Vlaar fid-90 minuta wara li rċieva żewġ karti sofor fi spazju ta' ftit sekondi. U bl-istess skor intemm il-konfront bejn Hull City u Queens Park Rangers fejn kienu t-Tigers li ħarġu rebbieħa bil-gowls għalihom jaslu mill-plejer internazzjonali Kroat Nikica Jelavic u minn Dame N'Doye fid-89 minuta. Il-gowl uniku għal QPR wasal minn Charlie Austin fid-39 minuta. Tajjeb ngħidu li huma lagħbu għal kważi siegħa sħiħa bi plejer inqas meta fit-33 minuta tkeċċa għalihom il-plejer Joey Barton. Intant, il-konfront bejn Sunderland u WBA intemm f 'parità ta' mingħajr gowls.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 February 2015