Illum previous editions

illum 22 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/467062

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Il-Ħadd 22 ta' Frar 2015 | illum 25 SPORTSillum SPORTSillum Ritratt: Ray Attard MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Valletta .......................... 2 Żebbuġ ........................... 3 ŻEBBUĠ Rangers ħasdu lil Valletta meta b'wirja superlattiva, għelbuhom bl- iscore ta' 3-2. Huma fetħu l-iscore fil-25 minuta permez ta' corner dirett tal-captain Matias Muchardi li ntemm ġewwa b'mod sabiħ. Fil-45 minuta Valletta li addottaw formazzjoni ta' 4-3-3, ħolqu l-unika azzjoni denja ta' nota fl-ewwel taqsima meta xutt ċentrali ta' Abdelkarim Nafti ġie milqugħ minn Manuel Bartolo li bħal Luke Montebello wkoll kien qed jilgħab kontra l-eks tim tiegħu. U ftit sekondi wara r-Rangers irduppjaw l-iscore meta minn cross tal-eks Luke Montebello, il-ballun spiċċa f 'saqajn l-eks plejer ta' Wimbledon fl-Ingilterra, Rachid Yussuff, li ra t-tentattiv tiegħu minn ġol-kaxxa jintemm wara l-goalkeeper Taljan ta' Valletta, Pietro Demetrio Marino. Fis-60 minuta Valletta rnexxielhom isibu x-xibka biex reġgħu daħlu lura fil-logħba permezz ta' xutt mid-distanza tal- captain Ryan Fenech. Żebbuġ Rangers irrispondew tliet minuti biss wara permezz ta' xutt angulat ta' Luke Montebello li iżda ntemm barra. Iżda kellu jkun l-istess plejer Luke Montebello li ftit sekondi wara ma żbaljax biex reġa' tefa' lir-Rangers żewġ goals minn fuq meta wara li rċieva minn pass tal-captain Matias Muchardi, avvanza tajjeb, daħal fil-kaxxa u tefa' l-ballun wara Pietro Demetrio Marino. Fl-84 minuta Valletta sabu x-xibka meta minn corner ta' Hamza Barry, għola tajjeb id-debuttant żagħżugħ Kurt Borg li mill-viċin tefa' ġewwa biex b'hekk skorja l-ewwel goal tiegħu mal-Lilywhites. Valletta - Marino, Caruana, Azzopardi (Leeflang 57'), S. Borg, Camilleri, Fenech, Barry, Elford-Alliyu (Cremona 46'), Bajada, Nafti, Dimech (K. Borg 69') Żebbuġ - Bartolo, Borg, Barbetti, Muchardi, Camilleri, Bartolo, Yussuff, Britto, Reano, Paris (Zammit 68'), Montebello (Ciantar 87') Referi - Trustin Farrugia Cann MATIAS MUCHARDI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fl-Arġentina iżda għandu passaport Taljan Qed ikollu staġun mill-aqwa ma' Żebbuġ Rangers Skorja l-ewwel gowl mit-tlieta għat-tim tiegħu F'Malta lagħab ukoll ma' Sliema Wanderers Żebbuġ Rangers jaħsdu lil Valletta Id-difensur internazzjonali ta' Valletta, Steve Borg, jikkontrolla tajjeb il-ballun wara li jinqata' mill-art b'Mauricio Osmar Rodrigues Britto isegwi l-azzjoni mill-viċin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 February 2015